Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar — tfal u żgħażagħ li ddaħħlu l-isptar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' tfal taħt l-għaxar snin li ddaħħlu l-isptar matul l-2010 u li kienu ġejjin minn San Pawl il-Baħar? Kemm kien in-numru ta' tfal/ żgħażagħ li ddaħħlu fl-isptar mill-istess lokalità fl-istess perjodu ukoll fl-2010? Kemm żgħażagħ bejn is-16 u l-20 sena minn San Pawl il-Baħar (lokalità sħiħa) iddaħħlu l-isptar fl-istess perjodu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul l-2010 kien hemm 123 tfal taħt l-għaxar snin; 67 tfal bejn l-għaxar u l-ħmistax- il sena; u 232 żgħażagħ li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei u li kienu ġejjin minn San Pawl il-Baħar. Dawn jinkludu In-patients u day cases iżda ma jinkludux it-trabi li twieldu f’dan l-istess l-isptar u li ma kellhomx bżonn jinżammu għal xi kura.

Regolamenti dwar il-fond tas-servizzi taħt it-toroq

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-regolamenti li jispeċifikaw f'liema fond taħt wiċċ it-triq iridu jitqiegħdu d-diversi servizzi li għandna fit-toroq tagħna? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm ilhom fis-seħħ dawn ir-regolamenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — policy fuq speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta ffinalizzatx il-policy tagħha dwar l-ispeed cameras? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi speed cameras li hu mistenni jitwaħħlu fil-futur qarib? Jekk iva, fejn jinsabu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Leg 11 PQ #26450 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Barranin li għandhom ID Card Maltija

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' barranin li għandhom ID card Maltija li ġejjin minn pajjiżi barranin li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea? Minn liema pajjiżi ġejjin dawn il-persuni u f'liema rħula f'Malta huma reġistrati dawn il-persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat illi numru ta’ persuni li ġejjin minn pajjiżi barranin li m’humiex membri tal-Unjoni Ewropea li għandhom ID card Maltija huwa ta’ 18,648. L-informazzjoni dwar minn liema pajjiżi ġejjin u f’liema rħula f’Malta huma rreġistrati dawn il-persuni tidher fit-tabella annessa.

Leg 11 PQ #26451 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni li jridu jirreġistraw l-għassa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm bħalissa persuni li jridu jireġistraw fl-għassa kuljum jew b'xi frekwenza oħra, minħabba li għandhom akkużi pendenti, jew qegħdin fuq probation bħalissa u li jridu jirreġistraw fl-għassa ta' Buġibba/Qawra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 112-il persuna li jridu jirrapurtaw l-Għassa tal-Pulizija tal-Qawra/Buġibbba fuq ordni tal-Qorti.

Care orders

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien kull sena mill-2005 sa 2010 u fl-ewwel xhur ta' din is-sena n-numru ta' care orders li nħarġu sena, sena? Tista' tagħti l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għal San Pawl il-Baħar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru tal-Ordni għall-Ħarsien li nħarġu fis-snin li għaddew 2005 29 2006 36 2007 17 2008 35 2009 37 2010 36 2011 13 sal-1 ta’ Ġunju 2011. Matul l-ewwel xhur tas-sena 2011 ma kien hemm l-ebda Ordni għall-Ħarsien li nħarġet minn San Pawl il-Baħar. Kien hemm 6 Ordni għall-Ħarsien li nħarġu fis-sena 2010 mill-imsemmija lokalità filwaqt li nħarġu 4 oħra minn San Pawl il-Baħar matul is-sena 2009. Bejn is-snin 2005 u 2008 ma kien hemm l-ebda Ordni għall-Ħarsien li nħarġet minn San Pawl il-Baħar.

Leg 11 PQ #26483 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għassa tal-Qawra — Rapporti ta' storbju

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm rapporti fl-għassa tal-Qawra dwar allegat storbju minn bars jew postijiet oħra, matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kien hemm erba' rapporti fl-Għassa tal-Qawra dwar daqq ta' mużika b'volum għoli ġewwa bars.

Leg 11 PQ #26484 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Laqgħat tal-EPC - parking

Question

Billi issa l-laqgħat tal-EPC fil-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed jinżammu f'binja differenti mill-binja prinċipali tal-istess Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li huma awtorizzati li japparkjaw fil-parking principali tal-istess Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li fil-parkeġġ prinċipali fil bini St Francis Ravelin jistgħu jipparkjaw l-impjegati tal-MEPA kif ukoll il-pubbliku kif dirett jagħmel mill-uffiċjali tas-sigurta tal-awtorità.

Għasafar protetti importati

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 25106, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' għasafar protetti li jikkwalifikaw taħt id-definizzjoni mogħtija fl-istess risposta li ġew impurtati f'Malta matul l-2009 u l-2010?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-Dipartimenti ta’ dan il-Ministeru ma tinżammx statistika ta’ importazzjoni kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant nistiednu jressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat responsabbli mid-Dwana

Burmarrad — Triq Ġebel Għazzara - asflatar ta' toroq

Question

Billi partijiet mit-Triq il-Ġebel Għażżara f'Burmarrad u ukoll fl-istess triq f'kantuniera ma' Triq l-Insolja li parti minnha għadha kemm ġiet asfaltata, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dik il-parti ta' Triq Ġebel Għażżara fil-fatt tiġi asfaltata? Jista' jieħu l-passi neċessarji biex fl-istess triq tinbena roundabout, public open space li hemm ippjanat fl-istess area?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-parti fejn hi ffurmata t-triq bħalissa mhix skont l-iskema tal-MEPA. It-triq skont l-istess skema tal-MEPA tgħaddi ġo parti li bħalissa hija għalqa u għalhekk fadal ċertu żvilupp biex issir u biex tkun ikkunsidrata din it-triq.
Leg 11 PQ #26436 Sitting 358 2011-06-02 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema CPPS — Fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu l-ammont ta' fondi li hemm bħalissa taħt l-iskema ta' CPPS għal kull waħda mil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’ xi seduta oħra.

tiswija ta' dawl maqtugħ fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta jara flimkien mal-Korporazzjoni Enemalta li diversi dawl pubbliku fit-toroq arterjali fl-inħawi tal-Mellieħa, Imġarr, Mosta, San Pawl il-Baħar u Naxxar jiġu rranġati għaliex fejn hemm dan id-dawl maqtugħ qed ikun hemm problema ta' dlam u viżibilità baxxa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta qed tagħmel spezzjonijiet matul il-lejl biex jiġu identifikati dawn id-dwal u jsiru l-manutenzjonijiet meħtieġa.

tiswija fuq l-overhang signs

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jsir ix-xogħol ta' tiswija fuq l-overhang signs li nkisru madwar Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li survey dwar ħsarat ta’ overhang signs tlesta u Transport Malta qed tipprepara l-ħruġ ta’ tender biex ikun jista jsir ix-xogħol meħtieġ.