Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skola Primarji tal-Gvern — talbiet speċifiċi

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk matul din is-sena skolastika kienx hemm xi talbiet speċifiċi, biex ġenituri jieħdu lil uliedhom fi skola primarja oħra tal-Gvern minflok l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar? Jekk kien hemm tali talbiet, kemm kien hemm? Tista' tagħti indikazzjoni dwar x'seta' wassal għal dawn it-talbiet, u kemm kien hemm?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li kien hemm 20 talba u r-raġuni kienet bdil tal-indirizz.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — xogħlijiet fuq main

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk persuna li jkollha l-main tal-ilma mhux imwaħħal mal-arloġġ tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, u li ma jkunx twaħħal wara li jkun sar xogħol fuq il-main, fit-triq jew fil-bankina, fil-fatt għandux iħallas tal-arloġġ ukoll, minkejja li ma jkollux servizz ta' ilma fil-vit?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — tappieri tad-drenaġġ - cushions

Question

Billi numru ta' tappieri tad-drenaġġ f'diversi toroq madwar San Pawl il-Baħar jinsabu mingħajr cushion, bil-konsegwenza li kull meta tgħaddi vettura dawn l-istess tappieri jagħmlu ħsejjes li jdejqu lir-residenti, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex issir spezzjoni ta' kull tappiera li hemm u fejn hu l-każ jiġu rranġati, biex ma jibqgħux jagħmlu ħsejjes?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Arloġġi tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' arloġġi tad-dawl u l-ilma rispettivament li huma reġistrati f'kull wieħed mill-irħula li jiffurmaw it-12-il distrett, u s-7 distrett elettorali? Jista' jagħti tagħrif dwar kif inhuma maqsuma lokal, lokal dawn l-arloġġi skont il-kategoriji li fihom jitqassmu dawn l-istess arloġġi (residenzjali, kummerċjali eċċ.)

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

vetturi reġistrati Malta — kwestjoni dwar ħlas żejjed

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25976 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar jekk dawk is-sidien tal-vetturi li ġew reġistrati f'Malta u li kienu ħallsu aktar milli kien dovut, u li kellhom jingħataw lura dak li ħallsu żejjed, fil-fatt kellhomx jagħmlu xi applikazzjoni partikolari biex jingħataw lura dak il-ħlas?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif ħabbarna fil-ġimgħa li għaddiet, kull min kien xtara vettura matul l-2008 u ddeċieda li jaqleb il-vettura tiegħu taħt ir-reġim ta’ tassazzjani li daħal fis-seħħ matul l-2009 għaliex it-taxxa ta’ reġistrazzjoni fuq dik il-vettura tnaqqset, se jirċievi d-differenza b’ċekk minflok dan l-ammont jibqa’ jinqata’ kull sena mil-liċenzji.

San Pawl il-Baħar — bajja tal-għażżenin - tindif

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-bajja tal-għażżenin, ħdejn l-iskola primarja tal-gvern ta' San Pawl il-Baħar, fejn hemm il-club tal-windsurfing, titnaddaf, u jieħdu ukoll il-passi neċessarji biex titranġa r-rampa tal-aċċess għall-istess bajja?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta’ tindif fil-bajja msemmija diġà sar. Ngħarrfu wkoll li din tkun imnaddfa regolarment. Fil-preżent il-ħaddiema responsabbli qegħdin fuq progamm ta’ tneħħija tal-alka min fuq il-bajjiet kollha. Wieħed għandu jgħid li għalkemm tista’ toħloq inkonvenjent lill-għawwiema, l-alka tagħmel ġid kemm għaż-żamma tar-ramel fuq ix-xtajta kotra l-eruzzjoni mill-mewġ qawwi kif ukoll toħloq mikro-ambjent għal numru ta’ ħlejjaq li jgħixu fuq ix-xtajta. Ta’ min ifakkar ukoll l-alka tinġabar partikolarment meta jkun ir-riħ akkumpanjat minn baħar qawwi fid-direzzjoni tal-art. Mhux l-ewwel darba li bajjiet li ġew imnaddfa mill-alka, reggħu jintlew minhabba ir-riħ qawwi bħal ma għamel dan l-aħħar. Għalkemm ninsab infurmat li nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju din il-bajja kienet imnaddfa, ma nistax’ niggarantixxi li sa dan il-mument ma reġax inġabar xi alka. Għar-rigward tar-rampa imsemmija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġa saret spezzjoni fuq il-post biex ikun evalutat x’hemm bżonn isir biex f’qasir żmien dan isir.

Rotot minn Buġibba għal Golden Bay u minn Buġibba għar-Rabat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex ir-rotta diretta Buġibba/Golden Bay u lura, u Buġibba/Rabat u luru ma jiġux inklużi fil-lista ta' rotot li se jibdew jitħaddmu mit-3 ta' Lulju 2011 'l quddiem? Jista' jagħti indikazzjoni dwar dan u jekk din ir-rotta tistax tiġi mibdula?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sistema l-ġdida tat-trasport pubbliku taħdem b’mod differenti mis-sistema tal-lum fejn ġiet introdotta diċentralizzazzjoni tas-servizz li tradizzjonalment kien ċentrat madwar il-Belt Valletta. Infurmat ukoll li bis-sistema l-ġdida se jkunu introdotti madwar 20 interchanges f’Malta li l-iskop tagħhom huwa li jsir tibdil ta’ rotot minflok li r-rotot jkunu diretti lejn il-Belt Valletta, kif inhuma preżentament. Għaldaqstant, bl-introduzzjoni tas-servizz l-ġdid, passiġġier minn Buġibba jrid jirkeb ir-Rotta 31 jew 41 li tieħdu l- interchange tat-Technopark ġewwa l-Mosta u minn hemm jirkeb ir-Rotta 107 jew 202 lejn ir-Rabat. Fir-rigward ta’ dak il-passiggier li jrid imur minn Buġibba lejn Golden Bay, jien infurmat li jista’ jagħmel dan permezz tar-Rotot 41 u X1 u jibdel ix-xarabank mill-Mellieħa fejn jieħu ir-rotta 102 lejn Golden Bay. Ninsab infurmat ukoll li Transport Malta u Arriva se jkunu qed jevalwaw l-użu tar-rotot biex dawn jittejbu skont il-bżonn.

Imsida — traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-traffic lights ta' ħdejn il-każin laburista l-Imsida, u b'mod partikulari dawk id-dwal li jikkontrollaw it-traffiku li jkun ġej mid-direzzjoni tal-Belt, biex imur tas-Sliema, jiġu rranġati, ħalli jkunu jaħdmu b'mod sinkronizzat mal-kumplament tat-traffiku l-ieħor u b'hekk ma jtellfux il-flow tat-traffiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-traffic lights ta' ħdejn il-każin Laburista tal-Imsida, u b'mod partikulari dawk id-dwal li jikkontrollaw it-traffiku li jkun ġej mid-direzzjoni tal-Belt, se jkunu sinkroniżżati bħala parti mill-proġett imsejjaħ Intelligent Traffic Management Systems (ITMS), fejn jinkludi ukoll t-titjib b’mod komputeriżżat tad-dwal tat-traffiku fil-junctions prinċipali fit-toroq fejn applikabbli.
Leg 11 PQ #26661 Sitting 364 2011-06-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadini tal-Unjoni Ewropea — ID Card Maltija

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' ċittadini mill-Unjoni Ewropea li għandhom ID Card Maltija, nazzjonalità nazzjonalità, u jgħid ukoll kif inhuma maqsuma skont il-lokalitajiet ta' Malta, fejn jikkonċerna indirizz residenzjali f'Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant id-dettalji ta’ ċittadini mill-Unjoni Ewropea li għandhom ID Card Maltija, nazzjonalità nazzjonalità, u kif inhuma maqsuma skont il-lokalitajiet ta’ Malta , fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Luzzu - bajja mnaddfa mill-alka

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-bajja li hemm fi Triq il-Luzzu, Qawra, San Pawl il-Baħar, tiġi mnaddfa mill-alka li nġabret ġo fiha, issa li numru ta' persuni bdew jiffrekwentaw il-baħar tal-inħawi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 26592, ninfurmah li din il-bajja diġà ġiet imnaddfa.

San Pawl il-Baħar — Triq Desquanez - Tarmak

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex issa li l-bini fi Triq Desquanez, San Pawl il-Baħar, kważi tlesta kollu, jittieħdu dawk il-passi neċessarji biex l-istess triq tingħata wiċċ bit-tarmak għall-benefiċċju ta' dawk li joqogħdu fiha?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24717.
Leg 11 PQ #26511 Sitting 360 2011-06-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — ftuħ ta' spiżeriji

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm bħalissa talbiet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jinfetħu spiżeriji? Fejn jinsabu dawn it-talbiet? Kemm-il talba għall-ftuħ ta' spiżerija kien hemm matul l-2010 u din is-sena li ġiet approvata jew rifjutata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat illi skond is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, bħalissa hemm erba' (4) talbiet quddiem l-istess awtorità biex jinfetħu spiżeriji. Dawn jinsabu fil-lokalitajiet tal-}amrun, l-Imtarfa, in-Naxxar u r-Rabat. Matul l-2010 u din is-sena kien hemm tnax (12)-il talba għall-ftuħ ta' spiżeriji li minnhom kien hemm tmienja (8) li ġew approvati, erbgħa (4) għadhom pendenti. Xejn ma ġie rifjutat. L-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet li fil-proposta tagħhom kien hemm il-kliem " pharmacy/ies " jew "spizerija/i" u ma jinkludux spiżeriji veterinarji.

Ftuħ ta' spiżeriji

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet quddiem xi dipartiment li jaqa' taħt il-Ministeru biex jinfetħu spiżeriji (f'liema lokalità)? Kemm kien hemm talbiet għall-ftuħ ta' spiżeriji li ġew rifjutati mid-dipartiment ikkonċernat, matul l-aħħar ħames snin? Fejn kienu dawn it-talbiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Service provider tat-trasport pubbliku — estensjoni tar-rotta tal-Wardija

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-possibilità li s-service provider ġdid tat-trasport pubbliku jbiddel ftit ir-rotta fil-Wardija u jestendiha ftit fid-direzzjoni taż-Żebbiegħ biex iktar residenti jkunu jistgħu jinqdew b'dan it-trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Każijiet ta' tfal li ttieħdu mingħand il-ġenituri

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet fejn tfal ittieħdu mingħand il-ġenituri tagħhom, kull sena mill-2005 sal-lum? Kemm minn dawn it-tfal ittieħdu mingħand il-ġenituri li joqogħdu f'San Pawl il-Baħar, fl-istess perjodu ta' żmien indikat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferu lill-Onorevoli Interpellanti għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari 26482 (seduta 359).

San Pawl il-Baħar — tfal u żgħażagħ li ddaħħlu l-isptar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' tfal taħt l-għaxar snin li ddaħħlu l-isptar matul l-2010 u li kienu ġejjin minn San Pawl il-Baħar? Kemm kien in-numru ta' tfal/ żgħażagħ li ddaħħlu fl-isptar mill-istess lokalità fl-istess perjodu ukoll fl-2010? Kemm żgħażagħ bejn is-16 u l-20 sena minn San Pawl il-Baħar (lokalità sħiħa) iddaħħlu l-isptar fl-istess perjodu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul l-2010 kien hemm 123 tfal taħt l-għaxar snin; 67 tfal bejn l-għaxar u l-ħmistax- il sena; u 232 żgħażagħ li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei u li kienu ġejjin minn San Pawl il-Baħar. Dawn jinkludu In-patients u day cases iżda ma jinkludux it-trabi li twieldu f’dan l-istess l-isptar u li ma kellhomx bżonn jinżammu għal xi kura.