Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar — bajja tal-għażżenin - tindif

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26592, filwaqt li napprezza r-risposta li ngħatatli, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ammont ta' ġebel kbir li nġabru fl-istess bajja jineħħa għaliex dawk li jmorru jgħumu fil-post indikat, partikolarment l-anzjani qed isibu diffikultà biex jużaw l-istess bajja?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol imsemmi sar diġà.

San Pawl il-Baħar — skola primarja - attendenza

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' tfal fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar li jassentu ruħhom b'mod regolari milli jattendu l-iskola? Kemm kien hemm kazijiet matul is-sena skolastika li qed tintemm u fis-sentejn skolastiċi ta' qabel li ttieħdu passi legali kontra l-ġenituri tagħhom minħabba li l-ulied ma attendewx l-iskola kif obbligati jagħmlu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Matul is-sena skolastika li qed tintemm u fis-sentejn skolastiċi ta' qabel ttieħdu passi legali kontra dan l-ammont ta’ ġenituri minħabba li uliedhom ma attendewx l-iskola kif obbligati: Sena skolastika 2008 – 2009: 2 ġenituri Sena skolastika 2009 – 2010: 4 ġenituri Sena skolastika 2010 - 2011 sad-data tar-risposta: 3 genituri In-numru ta' tfal fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar li jassentu ruħhom b'mod regolari milli jattendu l-iskola din is-sena skolastika kien ta’ 10. Dawn fallew bejn 16 u 20 ġurnata matul is-sena skolastika 2010-2011.

San Pawl il-Baħar — il-Veccia - bus stop

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li l-bus stop li kien jeżisti għal bosta snin il-Veccia, San Pawl il-Baħar, fid-direzzjoni tal-Belt jitneħħa, għaliex huma bosta l-anzjani li kienu jużaw dan l-istage li huma nkwetati li dan se jitneħħa? Jekk hu l-ħsieb li dan jitneħħa, jista' jieħu l-passi neċessarji biex dan ma jiġrix?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kemm il-bus stop li jinsab qabel it-telgħa tal-Veċċja, kif ukoll dak li jinsab propju kif tispiċċa t-telgħa tal-Veċċja mhux se jitneħħew. Għaldaqstant, bl-introduzzjoni tas-servizz il-ġdid, il-passiġġieri se jibqgħu jiġu servuti permezz ta’ dawn il- bus stops.

Pjazza ta' Buġibba — bus stop

Question

Billi hemm diversi ilmenti dwar il-fatt li l-bus stop ta' qabel il-pjazza ta' Buġibba (fid-direzzjoni li bħalissa tieħdok lejn il-Belt) se jitneħħa, jista' l-Ministru permezz ta' Transport Malta jieħu l-passi neċessarji biex dan ma jiġrix?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi l-bus stop li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ser jitneħħa minħabba l-fatt li l-karozzi tal-linja direzzjoni lejn il-Belt Valletta mhux se jibqgħu jsegwu r-rotta normali li qed issir bħalissa, jiġifieri titlaq mill-venda ta’ Buġibba u tgħaddi minn Dawret il-Gżejjer. Bl-introduzzjoni tas-servizz il-ġdid tat-trasport pubbliku, r-rotot li se jidħlu fil-venda ta’ Buġibba direzzjoni lejn il-Belt Valletta se jibqgħu sejrin lejn Triq it-Trunċiera u Dawret il-Qawra. Għaldaqstant, il-passiġġiera li jkunu jridu jmorru l-Belt Valletta u li jridu jirkbu mill-pjazza ta’ Buġibba għandhom jużaw il- Bus Stops li hemm fuq in-naħa tal-baħar.

San Pawl il-Baħar — KSI - mains tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jaċċerta li x-xogħol bil-mains tad-drenaġġ li jrid jitqiegħed fi Triq it-Tamar, Triq il-Port Ruman u Triq Alof Wignacourt, ilkoll f'San Pawl il-Baħar, isir qabel ma l-bdiewa li mill-art tagħhom iridu jgħaddu dawn il-mains fil-fatt jaħdmu l-istess art, għaliex inkella probabbilment jintilef aktar żmien biex il-mains jitqabbad mas-sistema sħiħa?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mit-Trasport Pubbliku.

Transport Malta — standards dwar pajpijiet/cables taħt l-art

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għandhiex xi standards partikolari li fuqhom iridu jimxu l-korporazzjonijiet jew entitajiet kummerċjali oħra meta jiġu biex iqiegħdu pajpijiet jew cables taħt l-art li jistabbilixxu l-fond li fihom għandhom jitqiegħdu dawn il-pajpijiet/cables? X'tip ta' spjegazzjonijiet isiru minn Transport Malta biex jassiguraw li dawn l-istandards jiġu osservati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li jsiru fit-toroq huma regolati b’Avviż Legali 29 tal-2010 u għaldaqstant kull permess li jinħareġ minn Transport Malta huwa bbażat fuq dan l-Avviż Legali. Transport Malta tagħmel spezzjonijiet ta’ rutina fuq ix-xogħol li jsir mill-korporazzjonijiet/entitajiet kummerċjali biex tikkontrolla ix-xogħol ta’ reinstatement, immaniġġjar tat-traffiku kif ukoll saħħa u sigurta` (Health and Safety).

Transport Malta — policy fuq speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta ffinalizzatx il-policy tagħha dwar l-ispeed cameras? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi speed cameras li hu mistenni jitwaħħlu fil-futur qarib? Jekk iva, fejn jinsabu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ffinalizzat l-policy tagħha dwar speed cameras, liema policy se tiġi mħabbra waqt konferenza rigward sigurtà fit-toroq. Din l-istess speed policy tistabilixxi l-kriterji u l-metodoloġija li se taddotta Transport Malta fil-futur sabiex tevalwa f’liema postijiet u toroq għandhom jitqiegħdu speed cameras.

Service provider tat-trasport pubbliku — estensjoni tar-rotta tal-Wardija

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-possibilità li s-service provider ġdid tat-trasport pubbliku jbiddel ftit ir-rotta fil-Wardija u jestendiha ftit fid-direzzjoni taż-Żebbiegħ biex iktar residenti jkunu jistgħu jinqdew b'dan it-trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm Transport Malta kif ukoll l-operatur tat-trasport pubbliku se jkunu qed jirreġistraw id-domanda u l-imġieba tal-passiġġieri biex ir-rotot ikunu aġġornati minn żmien għal żmien, skond it-termini tal-kuntratt iffirmat bejniethom.

Regolamenti dwar il-fond tas-servizzi taħt it-toroq

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-regolamenti li jispeċifikaw f'liema fond taħt wiċċ it-triq iridu jitqiegħdu d-diversi servizzi li għandna fit-toroq tagħna? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm ilhom fis-seħħ dawn ir-regolamenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kien hemm diversi regolamenti li jirregolaw dawn it-tip ta' xogħlijiet. Preżentament dawn huma lleġislati b'Avviż Legali 29 tal-2010 li ġie fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010, liema Avviż Legali huwa faċilment disponibbli minn fuq l-internet.
Leg 11 PQ #26857 Sitting 369 2011-06-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vilel u Farmhouses liċenzjati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26580, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-vilel/farmhouses u appartamenti li huma liċenzjati fil-fatt jinsabu fl-irħula tat-12-il distrett elettorali? Kif inhuma maqsuma, lokal, lokal dawn il-faċilitajiet fl-irħula indikati għall-perjodu tar-risposta mogħtija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant.

Persuni li qed jirreġistraw

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' nies li qed jirreġistraw għax-xogħol u li ġejjin, minn kull waħda mill-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li qed jirċievu ċ-children allowances

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li qed jirċievu ċ-children allowances f'kull waħda mill-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali? F'kull każ, kemm hu n-numru ta' single mothers li qed jirċievu dawn l-allowances?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar — Transport Malta - karozzi self drive

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' garaxxijiet b'karozzi self drive li llum huma reġistrati ma' Transport Malta fil-lokalità sħiħa ta' San Pawl il-Baħar? Kemm hu n-numru ta' vetturi li huma liċenzjati ma' dawn il-garaxxijiet? F'kull każ, kemm kien in-numru ta' garaxxijiet, vetturi liċenzjati, kull sena mill-2008 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 11 PQ #26861 Sitting 369 2011-06-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni — reati kriminali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' reati kriminali li kienu rapportati fil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali, lokalità lokalità fl-2009, l-2010 u 2011 sa Mejju?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #26862 Sitting 369 2011-06-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

San Pawl il-Baħar — persuni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta' persuni li preżentament jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Kemm hemm minnhom li huma Maltin u kemm minnhom li huma barranin? Kemm hu n-numru ta' Maltin u barranin rispettivament li qegħdin fil-faċilità u li ġejjin minn San Pawl il-Baħar (inkluż Buġibba, Qawra, Burmarrad u Xemxija)?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta' persuni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin huwa 374 Maltin u 214 barranin. Infurmat ukoll illi minn dawn in-numru ta' Maltin u barranin li ġejjin minn San Pawl il-Baħar huwa ta' 17 u 25 rispettivament.

San Pawl il-Baħar — Skejjel primarji privati u tal-knisja u skejjel sekondarji

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' tfal sal-età tas-sittax-il sena li joqogħdu fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar u li jattendu skejjel primarja privati jew tal-knisja (u skejjel sekondarji) kif kienu matul is-sena skolastika li għadha kif intemmet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Eżamijiet li jwasslu għall-edukazzjoni sekondarja

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' studenti li din is-sena qagħdu għall-eżamijiet li ser iwasslu għall-edukazzjoni sekondarja, f'kull wieħed mill-rħula tas-7, 11 u 12-il distrett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar — Skola primarja

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu mistenni li jkun in-numru ta' tfal li jattendu l-iskola primarja tal-Gvern f'San Pawl il-Baħar, matul is-sena skolastika li jmiss?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ tfal li ser jattendu l-iskola primarja tal-Gvern f’San Pawl il-Baħar, matul is-sena skolastika li jmiss se jkun ta’ 723 (sebgħa mija u tlieta w għoxrin).

San Pawl il-Baħar — skola primarja - Tfal li attendew il-kindergarten

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' tfal subien u bniet rispettivament li matul is-sena skolastika li għaddiet, attendew fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar fil-livell ta' kindergarten?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ tfal subien u bniet li matul is-sena skolastika li għaddiet, attendew fl-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar fil-livell ta’ kindergarten hija kif jidher hawn taħt: K1 50 subien 55 bniet Total 105 K2 68 subien 64 bniet Total 132
Leg 11 PQ #26706 Sitting 365 2011-06-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar — storbju minn stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-każijiet kull sena mill-2006 sal-lum, fejn persuni tressqu l-Qorti akkużati li kkawżaw storbju minn stabbilimenti kummerċjali li għandhom fl-inħawi ta' Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar kull sena? F'kemm minn dawn il-każijiet, min kien akkużat ġie liberat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq akkużi dwar storbju minn stabbilimenti kummerċjali fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant u n-numru ta' dawk l-akkużati li ġew liberati huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-