Xemxija — informazzjoni rigward min jieħu ħsieb is-siġar taż-żebbuġ
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija parlamentari 22637, peress li fit-tweġiba li ngħatat qed jingħad li l-materja taqa' taħt l-uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista' jagħti tagħrif dwar x'kundizzjonijiet hemm imposti fuq il-Bird Life dwar l-amministrazzjoni ta' dan il-post? X'tip ta' spezzjonijiet isiru biex jiġi assigurat li dawn il-kundizzjonijiet jiġu onorati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fir-rigward tal-masġar taż-żebbuġ matul il-bajja tax-Xemxija, l-maġġor parti kbira tiegħu, speċifikament in-naħa tal-Lvant tas-sit, jaqa’ fis-sit immaniġjat mill-BirdLife. Il-parti l-oħra mhix immaniġjata mill-BirdLife u din il-parti mhix magħluqa. Il-kundizzjonijiet li bihom marbuta l-BirdLife Malta fir-rigward tal-parti tal-masġar li jaqa’ fis-sit huma ż-żamm u titjib tal-masġar taż-żebbuġ permezz ta’ traqqiq u żbir selettiv ta’ siġar. Xogħolijiet jitwettqu kif u fejn meħtieġ.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' sodod liċenzjati mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta fl-inħawi tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, rispettivament, fil-lukandi ta' dawn l-inħawi skont il-kategoriji tagħhom?
Kemm minn dawn is-sodod ma kenux jistgħu jintużaw matul ix-xhur ta' Ottubru, Novembru, u Diċembru, 2010 u f'Jannar/ Frar 2011, minħabba li l-lukandi partikulari kienu magħluqa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li sodod liċenzjati fil-lukandi mill-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta fl-inħawi tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar huma skont l-ewwel tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Matul il-perijodu ta’ Novembru 2010 sa Frar 2011, in-numru ta’ sodod li ma setgħux jintużaw f’lukandi fl-inħawi tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar hu skont it-tieni tabella. Il-parti l-kbira minn dawn il-lukandi għal
qu għal xi xogħol ta’
refurbishment
u tiswijiet.
Ma hemmx indikazzjoni li kien hemm lukandi magħluqa f’Ottubru tal-2010.
MTA — Federazzjoni Maltija tal-Isparar - pjanijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandhiex il-ħsieb li tiddiskuti mal-Federazzjoni Maltija tal-Isparar biex flimkien ifasslu pjan biex jattiraw turisti mill-qasam tal-isparar lejn pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità tikkunsidra li tippromwovi kull tip ta’ sport li jista’ jiġbed lejn Malta turisti għal niċeċ simili.
L-Awtorità kif mistenni toqgħod attenta li qabel ma tidħol għal spejjeż konsiderevoli ta’ promozzjoni ta’ xi niċċa bħal ma hi din, ikunu kkunsidrati diversi fatturi qabel ma jitfasslu pjanijiet b’konsultazzjoni u b’koperazzjoni ma’ l-Assoċjazzjonijiet Sportivi rispettivi, flimkien ma’ entitajiet oħra relevanti fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet.
Is-suċċess ta’ inizjattivi simili jiddependi fuq l-identifikazzjoni ta’ avvenimenti sportivi ta’ livell internazzjonali li jistgħu jiġu loġistikament organizzati fil-gżejjer Maltin fuq bażi tal-livell u l-ammont ta’ faċilitajiet eżistenti u pproġettati għal futur immedjat,
medium term
u
long term
; l-aċċessibiilta’ lejn il-pajjiż; akkomodazzjoni adattata, kif ukoll wara studju fuq stima tal-kontribut għall-ġid Ekonomiku Malti, meta mqabbel man-nefqa relatata ma’ l-implimentazzjoni ta’ dawn l-inizjattivi.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qattx ippreparat xi development brief għall-Fortizza Campbell u l-inħawi tagħha? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadx għandha quddiemha talbiet għal xi użu ieħor tal-istess fortizza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li wieħed isib referenza għall-Fort Campbell fin-Northwest Local Plan (policy NWML20 f'paġni 173-174). Sallum ma saritx talba lill-MEPA sabiex jitħejja Development Brief għall-istess Fort Campbell.
Hemm ukoll applikazzjoni bin-numru PA1977/00 għar-rijabilitazzjoni tal-Forti quddiem l-Awtorita' ta' Tarcisio Bonnici u l-perit Charles Buhagiar li ġiet validata fit-13 ta' April 2000. Fil-21 ta' Awissu 2000, fuq talba tal-perit ta' l-applikazzjoni nżammet tistenna l-approvazzjoni tal-Pjan Lokali. Minħabba li l-MEPA ma rċeviet l-ebda korrispondenza wara l-approvazzjoni ta' dan il-Pjan, fit-23 ta' Mejju 2011 l-MEPA nfurmat lill-perit u l-applikant biex jekk għadhom interessati fl-applikazzjoni jibgħatu pjanti u nformazzjoni ġdida li timxi fuq il-linji tal-policy NWML 20 tal-istess Pjan. Sa din id-data għadu ma kienx hemm risposta għal din l-ittra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu l-ammont ta' fondi li hemm bħalissa taħt l-iskema ta' CPPS għal kull waħda mil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq li skont il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għad m'għandhomx sistema tad-drenaġġ f'kull waħda mill-lokalitajiet tas 7, 11 u 12-il distrett elettorali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min organizza is-survey dwar l-użu tat-trasport pubbliku, li minnu rriżulta li 98% ta' dawk li jużaw t-trasport pubbliku u li ġejjin mill-Mellieħa u minn San Pawl il-Baħar fil-fatt ma jmorrux il-Belt? Skont dan is-survey liema huma d-destinazzjonijiet li fihom imorru dawk li jużaw it-trasport pubbliku, u li ġejjin minn dawn il-lokalitajiet? Jista' jpoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-National Household Travel Survey ġie organizzat minn Transport Malta fejn minn analiżi tal-informazzjoni miġbura 20.8% ta’ passiġġieri li jitilqu mill-Mellieħa permezz tat-trasport pubbliku (tal-linja) jivvjaġġaw sal-Belt Valletta. Min-naħa l-oħra, huma 2.2% biss ta’ passiġġieri li jużaw il-karozza tagħhom biex mill-Mellieħa jaslu sal-Belt. Rigward passiġġieri li jitilqu minn San Pawl il-Baħar bit-trasport pubbliku, 22.9% minnhom jaslu sal-Belt.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jagħti l-kumplament tal-informazzjoni mitluba.
Transport Malta — rapporti ta qtuħ ta' bozoz f'toroq arterjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar rapporti minn Transport Malta għal dak li jirrigwarda bozoz maqtugħa fit-toroq arterjali u distributorji li jikkonċernaw il-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali, liema rapporti għaddew għand il-Korporazzjoni Enemalta? Kemm mill-bozoz irrapurtati bħala maqtugħa fil-fatt ġew irranġati matul dan iż-żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru, permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jieħu l-passi neċessarji biex jiġi nvestigat ilment li ilma tad-drenaġġ qed jidħol fil-ħanut, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex jiġu evitati problemi għal dan il-post, kif ukoll, biex jiġi assigurat li jekk hemm ħsarat fis-sistema proprja tad-drenaġġ fit-triq, din tiġi rranġata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma, ma jirriżulta li hemm l-ebda problema fis-sistema tad-drenaġġ tal-Korporazzjoni madwar il-ħanut imsemmi. Jidher li l-problema qiegħda f’konnessjoni tad-drenaġġ privata. Għaldaqstant, il-Korporazzjoni talbet l-għajnuna tal-uffiċjali tas-Sanita’ biex din il-konnessjoni tissewwa.
San Pawl il-Baħar — Triq iċ-Ċagħaq - main tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tassigura li dawk il-partijiet tal-main ta' l-ilma fi Triq iċ-Ċagħaq f'San Pawl il-Baħar li għandhom bżonn jinbidlu, fil-fatt jinbidlu, minflok li jiġu msewwija kultant żmien?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħsarat li jinqalgħu minn żmien għal żmien f’din it-triq huma fil-maġġor parti ħsarat fuq il-kanen tas-servizzi tal-ilma. Madanakollu parti mill-main tal-ilma hu qadim u peress li t-triq se tingħata kisja ġdida ta’ tarmac, din il-parti tal-main se tinbidel flimkien mas-servizzi tal-ilma kollha. Dan ix-xogħol hu ppjanat b’ko-ordinament ma’ proġett ta’ bdil tal-wiċċ tat-triq msemmija mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Dan il-proġett mistenni jibda fi żmien qasir.
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi necessarji biex jiġi assigurat li meta jintbagħtu korrispondenzi, inkluż kopji ta' pjanti kif ikunu approvati, (li tagħhom diġà jkun hemm kopji għand il-MEPA) il-periti li japplikaw ma jibqghux jintalbu li jiskenjaw dawn l-istess pjanti, meta ma jkun hemm l-ebda raġuni għaliex tali pjanti jintalbu (ladarba ma jkun hemm l-ebda ndikazzjoni li dawn il-pjanti mhumiex korretti)?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27141, biex inneħħu kull dubju dwar id-domanda kif tqiegħdet, jista' l-Ministru jagħti tagħrif, bus stop, bus stop miżjud jew imneħħi li se jiġu affettwati mir-rotot il-ġodda u dan fejn jikkonċerna l-11 u 12-il distrett elettorali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li preżentament qed isir eżerċizzju madwar Malta u Għawdex sabiex jiġu identifikati n-numri finali ta’ bus stops li ser jitneħħew bl-introduzzjoni tas-servizz l-ġdid, kif ukoll liema bus stops ġew istallati ġodda sabiex jakkomodaw ir-rotot il-ġodda.
Infurmat ukoll li dawn iċ-ċifri se jiġu mqassma meta l-eżerċizzju jkun finalizzat fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li l-bus stop li hemm ħdejn il-Knisja tal-Karmnu, fi Triq San Pawl, (it-triq prinċipali), fid-direzzjoni tal-Mellieħa, u l-bus stop l-ieħor faċċata tiegħu (fid-direzzjoni tal-Belt), hux ser jitneħħew? Jekk iva, jista' jassigura li dan ma jiġrix, billi jekk dan iseħħ ir-residenti li joqogħdu fl-inħawi jkollhom problemi biex jużaw il-karozza tal-linja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-bus stops li hemm ħdejn il-Knisja tal-Karmnu, fi Triq San Pawl kemm fid-direzzjoni lejn il-Mellieħa kif ukoll lejn il-Belt, se jitneħħew. Dan se jsir peress li fil-parti tat-triq imsemmija hija dejqa, l-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku ħass il-ħtieġa li jieħu din il-miżura għal raġunijiet ta’ sigurtà u mmaniġjar aħjar tat-traffiku.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 26755, filwaqt li napprezza d-diffikultà msemmija fir-risposta u b'mod partikolari minħabba l-fatt li hemm madwar 50,000 tappiera mifruxa madwar Malta, jista' l-Ministru permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jagħmel arranġament ma' Transport Malta biex almenu t-tappieri li jsiru ġodda, jitqiegħdu f'posthom b'mod li jagħmluha ferm iktar diffiċli li dawn it-tappieri jiċċaqalqu minn posthom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tipprovdi tappieri ġodda ta’ kwalità biex jitqiegħdu f’posthom b’mod tajjeb meta isir xogħol fuq it-toroq ġodda minn Transport Malta. L-arranġament msemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa kopert minn speċifikazzjonijiet fil-framework agreement għal xogħol fit-toroq.
San Pawl il-Baħar — Triq San Luqa - kwestjoni dwar bozza fit-triq
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27257, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija dwar kif jiġu riżolti problemi bejn dawk li jkunu jridu u dawk li ma jkunux iridu li bozza partikolari titwaħħal jew ma titwaħħalx fejn propost?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minħabba li talbiet għall-bozoz ġodda isir mill-kunisilli lokali, l-Enemalta tagħmel biss vetting tal-applikazzjoni u tagħti parir fejn għandha teħel il-bozza skont it-tqassim tal-bozoz oħra fit-triq.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 27288, u b'mod partikolari għar-referenza ta' applikazzjonijiet lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Ministru jindika meta hu mistenni li l-pjanti jiġu finalizzati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Billi fil-jiem li għaddew kien irrapurtat li l-fondi li nġabru taħt l-iskema tal-CPPS jistgħu jintużaw għall-użu differenti, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk tali flus, ukoll jekk inġabru minn żviluppi ta' bini f'postijiet differenti minn San Pawl il-Baħar, permezz tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jipproponi li jiffinanzja l-bini ta' car park f'San Pawl il-Baħar (x'imkien fil-lokalità kollha)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li saru diskussjonijiet interni fil-MEPA biex il-fondi li jinġabru taħt l-iskemi tas-CPPS u UIF (Urban improvement fund) jiġu amalagamati f'fond wieħed. Madanakollu, il-fondi miġbura s'issa taħt is-CPPS mhux se jkunu milquta minn din ir-riforma. L-iskop hu li jiġu maħluqa kriterji u kundizzjonijiet fejn dawn il-fondi jistgħu jiġu applikati wara sejħa għall-proġetti jew kif tagħżel li tagħmel il-MEPA skont prioritajiet li jiġu stabbiliti minn żmien għal żmien. Wara li l-proposta ġiet imressqa lill-Bord tal-MEPA, ġie deċiż li ssir konsultazzjoni pubblika, liema proċess se jibda mingħajr dewmien biex dawn il-fondi jistgħu jibdew jintużaw lejn l-aħħar ta’ din is-sena. Sal-lum il-fondi miġbura taħt is-sistema preżenti jistgħu jiġu allokati għal proġett ta' parkeġġ jew ta' użu relatat ma traffiku fil-lokalita minn fejn inġabru l-flus biss u ma jistgħux jiġu utilizzati flus miġbura minn lokalità oħra.
Qiegħed ukoll inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li ġie diskuss fil-Board tal-MEPA u li se jitpoġġa għal konsultazzjoni pubblika .
Buġibba — Triq ħdejn il-breakwater - ħsara fil-cable
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'qed iwassal biex il-bozza li hemm fit-triq, eżatt fil-bidu tal-breakwater il-kbir fix-xatt ta' Buġibba, li ilha bil-ħsara diversi ġimgħat tissewwa, billi jidher li hemm xi problema bil-cable tal-istess bozza?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-manutenzjoni meħtieġa għandha ssir fl-aqsar żmien possibbli.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti għall-bozoz ġodda li għad iridu jiġu approvati mill-Korporazzjoni Enemalta? Fejn huma dawn it-talbiet li għadhom pendenti, għal dak li jirrigwarda s-7, 11 u 12-il distrett elettorali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26566, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kien in-numru ta' każijiet fejn iġġedded iċ-ċens tar-raba' matul l-2010? F'kemm mill-każijiet fejn seħħ it-tiġdid taċ-ċens, fil-fatt kien hemm bidla bejn dak li ċ-ċens kienu fuqu qabel u dawk li llum ingħataw iċ-ċens il-ġdid minħabba li kienu qed jaħdmu r-raba' konċernat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ebda każ fejn iġġeded iċ-ċens tar-raba’, wara li l-istess ċens tar-raba’ skada.