possibilità biex il-cruiseliners jidħlu fil-port ta' San Pawl il-Baħar
Question
Minkejja li fil-passat diversi drabi saru tentattivi (anke minni stess meta kont responsabbli mis-settur marittimu) bla suċċess, biex uħud mill-cruise liners li jiġu Malta jużaw il-port ta' San Pawl il-Baħar bħala l-berthing tagħhom, jista' l-Prim Ministru jerġa' jinvestiga l-possibilità li tali liners isorgu f'dan il-post, anke biex ikun hemm xi forma ta' inċentivi għal dan il-għan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li Transport Malta tikkunsidra kull rikjesta li tirċievi mingħand l-aġenti jew l-operaturi tal-cruise liners. Huwa fatt li wara l-Port il-Kbir it-tieni destinazzjoni preferita tal-cruise liners, meta jdumu aktar minn ġurnata (over-nighting) hija Għawdex. Madankollu, is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant qed jiġi mgħoddi lil Transport Malta biex terġa’ tinvestiga dan il-potenzjal.
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi necessarji biex jiġi assigurat li meta jintbagħtu korrispondenzi, inkluż kopji ta' pjanti kif ikunu approvati, (li tagħhom diġà jkun hemm kopji għand il-MEPA) il-periti li japplikaw ma jibqghux jintalbu li jiskenjaw dawn l-istess pjanti, meta ma jkun hemm l-ebda raġuni għaliex tali pjanti jintalbu (ladarba ma jkun hemm l-ebda ndikazzjoni li dawn il-pjanti mhumiex korretti)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar diġa qegħdha tieħu passi f'dan ir-rigward fejn fil-fatt ppreparat ċirkulari b'konsultazzjoni mal-Kamra tal-Periti biex tiġi ndirizzata din is-sitwazzjoni. Kopja taċ-ċirkulari numru 3/11 li ġiet pubblikata fit-13 ta' Settembru 2011 tista titnizzel mill-websajt tal-MEPA mniżżla hawn taħt.
http://www.mepa.org.mt/info-circulars
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-pelican lights li hemm fid-daħla ta' San Pawl il-Baħar (Triq il-Mosta), ħdejn l-pompi tal-petrol, u li ġew imkissra b'xi vettura li laqtithom, jiġu msewwija għaliex ilhom 15-il ġurnata li ntlaqtu u dawn qed iservu ta' periklu għas-sewwieqa u dawk li jkunu iridu jaqsmu? Jista' jitlob li ssir ukoll spezzjoni fuq il-pelican lights l-oħra (ta' warajhom iktar 'il ġewwa fl-istess triq) għaliex dawn donnhom li tilfu l-bilanċ tagħhom u qed jaħdmu b'mod żbaljat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mit-Trasport.
San Pawl il-Baħar — Triq il-Wileġ - pelican lights
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-pelican lights li kienu ġew approvati erba' snin ilu, u li għadhom qatt ma bdew jiffunzjonaw minkejja li l-arbli tagħhom ilhom imwaħħla xhur sħaħ, fi Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar (ħdejn il-ground tal-football), fil-fatt jibdew joperaw biex jitnaqqas il-periklu għal dawk li jkunu għaddejjin minn dawk l-inħawi u jkunu jridu jaqsmu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dawn il-pelican lights se jiġu stallati fil-ġimgħat li ġejjin.
Qawra/Buġibba — Triq it-Turisti - tneħħija ta' arblu tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex arblu tad-dawl, li litteralment jinsab f'nofs il-bankina, fi Triq it-Turisti, Buġibba/Qawra, wara li taqbeż il-mużew tal-karozzi, fil-fatt jitneħħa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol meħtieġ biex dan l-arblu jitneħħa se jsir fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fadalx tined/shelters li għad iridu jinbnew fid-diversi termini li għandha l-Arriva madwar Malta u Għawdex? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx ftehim partikolari biex il-bus shelters li huma nieqsa madwar Malta fil-fatt jitwaħħlu? Tista' Transport Malta tassigura li kull fejn hu meħtieġ matul ir-rotta tal-Qawra fil-fatt jitwaħħlu x-shelters meħtieġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
San Pawl il-Baħar -Port tal-Veċċia bħala landing port
Question
Jista' l-Ministru jipprova jassigura li l-Port tal-Veċċia, San Pawl il-Baħar jkun konsidrat bħala landing port għas-sajjieda matul is-sena kollha għaliex meta dan ma jibqax konsidrat hekk, u minflok is-sajjieda jkollhom imorru l-Marfa, fil-fatt l-istess sajjieda jidħlu fi spejjeż żejda mhux meħtieġa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat tal-Kontroll tas-Sajd għaddej b’taħdidiet dwar il-possibiltà li l-lista ta’ designated ports tiżdied.
Kennedy Grove — pjanti neċessarji għall-estensjoni tal-park
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pjanti neċessarji għall-estensjoni tal-park ta' Kennedy Grove fil-fatt huwiex lest? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jinbeda x-xogħol fi żmien qasir biex jiġi finalizzat dan ix-xogħol ippjanat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-pjanti għal estensjoni oħra ta’ Kennedy Grove tlestew u ġew sottomessi l-MEPA. Ix-xogħol fuq dan il-proġett għandu jinbeda hekk kif joħorgu l-permessi neċessarji.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' talbiet għal sekwestru li ġew ippreżentati fil-qrati tagħna, xahar b'xahar matul l-2010 u sa Settembru 2011? Kemm minn dawn it-talbiet għal sekwestru ġew aċċettati fil-qrati tagħna matul dan il-perjodu? X'investigazzjoni/riċerka tagħmel jew suppost tagħmel il-Qorti qabel ma tiġi aċċettata/rifjutata tali talbiet għal sekwestru? Kif jiġi garantit li min isiru kontra tiegħu tali mandati ta' sekwestru, fil-fatt ikollu jagħti l-flus mitluba?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif dwar in-numru ta' sekwestri preżentati matul l-2010 u sa Settembru 2011.
B’referenza għat-tieni parti dwar kemm ġew aċċettati mill-Qorti ninsab infurmat illi ma tinżammx l-ebda statistika f’dan ir-rigward.
Dwar l-aħħar żewġ domandi, din hija materja li tispetta lill-Qorti u l-amministrazzjoni ma tidħolx fiha.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawk l-arbli tad-dawl li jinsabu mwaħħlin f'nofs il-bankini jinqagħlu minn fejn qegħdin u minnflokhom jitpoġġew arbli ġodda? Skont il-Korporazzjoni Enemalta kemm hu n-numru ta' arbli tad-dawl li jinsabu mwaħħla mhux kif suppost, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? Fejn qegħdin dawn l-istess arbli?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-arbli f’nofs il-bankina huma eċċezzjoni u dawn jeħlu hekk minħabba restrizzjonijiet minħabba servizzi oħrajn taħt l-art sakemm tinstab alternattiva oħra. Ma tinżammx lista ta’ dawn l-arbli, li jinqalgħu malli jkun hemm soluzzjoni oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il rapport ta' ħsara tal-ilma daħal fuq is-sistema tar-rappurtaġġ ta' ħsarat tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul l-aħħar tmien ġimgħat, għal dak li jirrigwarda San Pawl il-Baħar? Kemm minn dawn ir-rapporti ġew investigati u msewwija? B'mod partikolari x'follow up kien hemm għal rapporti ta' ħsarat fi Triq il-Wileġ, fejn il-ground tal-football u fil-front tal-Qawra, qrib ta' Fra Ben?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi huwa ġentilment mitlub jirreferi għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 28139 dwar l-ewwel żewġ punti ta’ din il-mistoqsija.
Dwar Triq il-Wileġ, il-korporazzjoni rċeviet żewġ rapporti ta’ ħsarat – wieħed irriżulta fi bdil ta’ servizz tal-ilma (23 ta’ Awwissu) filwaqt li l-ieħor ma nstabux ħsarat (14 ta’ Settembru).
Dwar il-
front
tal-Qawra, qrib ta’ Fra Ben, daħlu tliet rapporti, u fit-tliet każi kellhom jinbidlu servizzi tal-ilma (27 ta’ Lulju, 16 ta’ Awwissu u 25 ta’ Awissu).
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif taħdem is-sistema ta' rappurtar ta' ħsarat tal-bozoz, liema ħsarat jiġu rappurtati minn individwi jew kunsilli lokali, għal dak li jirrigwarda, toroq lokali u toroq arterjali rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapporti tal-ħsarat tal-bozoz jidħlu għand is-sezzjoni tal-customer care tal-Korporazzjoni Enemalta minn diversi mezzi alternattivi. L-aktar li jintużaw huma:
· Telefonati lill-
freephone
tal-ARMS u li jiġu mwieġba fil-Korporazzjoni;
· Emails; u
· Permezz ta’ sistema elettronika tal-Gvern tal-
customer care
magħrufa bħala eGov.
Kull ilment jiġi mgħoddi mis-sistema kompjuterizzata tal-Korporazzjoni għand is-sezzjoni tal-manutenzjoni tal–bozoz minn fejn isir ix-xogħol. Meta ix–xogħol jitlesta l-informazzjoni tiddaħħal fis–sistema kompjuterizzata tal-Korporazzjoni u jekk l-ilment daħal permezz tas-sistema tal-eGov, tingħata risposta meta x–xogħol ikun sar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi jittieħdu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex rapporti ta' ħsarat li jsiru fuq is-sistema tal-customer care jiġu segwiti u rranġati, fl-iqsar żmien possibbli? Kif jinżamm track ta' tali rapporti minn x'ħin jidħlu r-rapporti sa x'ħin tissewwa l-ħsara li tkun ġiet rappurtata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha sistema elettronika ta’ Customer Relations Management li fiha jiddaħħlu l-ilmenti kollha li l-Korporazzjoni tirċievi mill-pubbliku. Din is-sistema hija parti minn pakkett elettroniku imsejjaħ SAP li hija soluzzjoni rikonoxxuta mad-dinja kollha.
Din is-sistema tirreġistra b’mod awtomatiku d-data u l-ħin li kull ilment jasal fil-
call centre
tal-Korporazzjoni. Jekk xi ħadd irrapporta dwar xi ħsara tal-ilma, dan il-każ jiġi trasferit immedjatament fir-reġġjun ikkonċernat, minn fejn jintbagħtu l-ħaddiema biex tissewwa l-ħsara.
L-oġġettiv tal-Korporazzjoni hu li ħsarat jissewwew fi żmien 24 siegħa minn meta jiġu rrapurtati, għalkemm fix-xhur tas-sajf, dan mhux dejjem possibbli minħabba li l-volum ta’ ħsarat jiżdied sewwa. Ġaladarba l-ħsara tissewwa, l-ilment fuq is-sistema elettronika jingħalaq.
Is-sistema tal-
customer relations managemen
t
tinkludi wkoll rapporti li permezz tagħhom kontinwament jiġu analizzati l-ilmenti li jidħlu mill-pubbliku u jekk jibqa’ lmenti li ma ngħalqux fiż-żmien xieraq, dawn jiġu
highlighted
.
Billi l-iscreening għall-kanċer tas-sider qed ikun suċċess, u huma bosta dawk li qed jattendu għall-iscreening wara li jkunu mitluba jagħmlu hekk, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu l-pjan tal-gvern biex ikun jista' jitkompla dan il-programm? Billi minbarra din il-forma ta' kanċer jista' jkun hemm diversi forom oħra ta' l-istess marda, x'se jkun qed jagħmel il-gvern biex jiġi assigurat li forom oħra tal-istess marda jkunu ukoll ikkontrollati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Programm Nazzjonali għall-breast screening bħalissa hu offrut lin-nisa mwielda bejn l-1950 u l-1959 fuq bażi ta’ stedina kull tlett snin. Dan iċ-ċiklu jintemm fl-aħħar tas-sena 2012. Wara li ssir evalwazzjoni jiġi deċiz jekk u kif il programm għandux jitwessa’.
Hu ppjanat ukoll li l-istess metodi li qed jintużaw b’mod tant effettiv fil-Programm Nazzjonali għall-breast screening jiġu applikati biex jitwaqqfu programmi oħra ta’ screening, fosthom għall-kanċer tal-musrana l-kbira (colorectal cancer) kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. Dan tal-aħħar hu antiċipat li jibda lejn l-aħħar tas-sena 2012.
Jista' l-Ministru jinvestiga r-rotta li minnha tgħaddi l-karozza tal-linja bin-numru 31 u fl-iqsar żmien possibbli jiggarantixxi li dak li qed jiġi reklamat, u ċioe li din ir-rotta qiegħda sservi lir-residenti ta' San Pawl il-Baħar biex imorru l-isptar direttament, fil-fatt iseħħ? Jekk dan mhux possibbli li jsir, jista' jgħid kif se jiġi garantit li din il-parti tal-lokalità fil-fatt tiġi moqdija b'servizz ta' trasport dirett għall-isptar, mingħajr iktar dewmien u ilmenti (ġustifikati) min-naħa tar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-rotta 31 isservi l-lokalità ta' San Pawl il-Baħar u tgħaddi minn Mater Dei. Qed jiġu evalwati possibiltajiet oħra biex aktar postijiet ta' din il-lokalità jkollhom servizz dirett lejn l-isptar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm problemi partikolari ta' mard f'dak li jikkonċerna t-tkabbir tat-tadam, matul l-istaġun tas-sajf li għadda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
B’sodisfazzjoni nista’ ngħid li l-produzzjoni tat-tadam din is-sena kienet waħda tajba ħafna. Dan ħareġ minn surveys li saru fi ħdan dan il-Ministeru. Dawn is-surveys juru li ftit li xejn kien hemm problemi ta’ mard fix-xitel tat-tadam peress li dan kien baxx ħafna (eżempju: fil-każ tat-Tuta Absoluta il-livell naqas b’madwar 40% mill-livell tal-2009 meta feġġet il-marda).
San Pawl il-Baħar — rapporti ta' leakages ta' ilma
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm kienu r-rapporti ta' leakages ta' ilma li saru fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar (lokalità sħiħa) fil-perjodu ta' Lulju/Awwissu 2011? Jista' jgħid kemm minn dawn il-leakages ġew irranġati u kemm damu biex ġew irranġati? Kemm hu stmat li kien il-ħela ta' ilma b'riżultat ta' dawn il-leakages?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma rċeviet 105 rapport ta’ ilma ħiereġ fl-Lulju u Awissu ta’ din is-sena. Dawn il-ħsarat issewwew kollha. Il-Korporazzjoni ħadet medja ta’ jumejn (55 siegħa) minn meta rċeviet ir-rapporti, biex issewwiet kull ħsara. Mhuwiex possibli li jiġi stmat kemm kienet il-ħela ta’ ilma minn dawn il-leakages partikolari, peress li ħsarat ikunu qed jinqalgħu il-ħin kollu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kordinazzjoni ssir mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex Transport Malta tkun infurmata dwar toroq li fuqhom ikunu bdew joħorġu permessi għall-ewwel darba, biex isir l-ippjanar neċessarju biex tali toroq jiġu asfaltati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din il-kordinazzjoni bejn il-MEPA u Transport Malta ma sseħħx.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien, matul l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, in-numru ta' żgħażagħ li tressqu fil-Qrati tagħna, akkużati b'reati kriminali mwettqa qabel ma kienu għalqu 18-il sena? Kemm minn dawn iż-żgħażagħ ġew sentenzjati? Minn liema lokalità kienu dawk akkużati u sentenzjati rispettivament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena kien hemm 265 żgħażagħ taħt it-18-il sena li tressqu quddiem il-Qorti. Minn dawn, 99 kellhom il-każ tagħhom deċiż. Dawn iż-żgħażagħ huma minn dawn il-lokalitajiet:-
Attard
Għaxaq
Luqa
Pembroke
St Pauls Bay
Balzan
Għarb
Marsa
Qormi
Tarxien
B'Buġia
Għargħur
Marsascala
Rabat (Malta)
Valletta
Birgu
Gżira
Mellieħa
Safi
Victoria
Birkirkara
Ħamrun
Mġarr, Malta
San Ġiljan
Xewkija
Birżebuġia
Ħaż Żabbar
Mosta
San Ġwann
Żejtun
Bormla
Ħaż Żebbuġ
Mqabba
Sannat
Żurrieq
Ecuador
Isla
Msida
Santa Luċija
Fgura
Kappara
Mtarfa
Santa Venera
Floriana
Kerċem
Naxxar
Siġġiewi
Fontana
Kirkop
Paola
Sliema
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'differenza kien hemm fir-riżultati miksuba minn tfal/żgħażagħ li se jibdew jattendu l-iskola sekondarja din is-sena meta mqabbla mar-riżultati miksuba fil-passat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iskop tal-eżami li sar din is-sena fi tmiem il-primarja huwa totalment differenti minn dak li kellu l-eżami tad-Dħul fil-Junior Lyceums. Dan tal-aħħar kellu l-iskop li jiddetermina t-tip ta’ skola Sekondarja (Junior Lyceum jew Area Secondary) li kienu se jmorru fiha t-tfal, filwaqt li l-eżami li sar għall-ewwel darba din is-sena kellu l-għan li jagħti indikazzjoni tal-progress li jkunu għamlu t-tfal fl-erba’ ħilijiet diversi tal-lingwi u fil-Matematika biss. L-eżamijiet tal-Junior Lyceum kienu fuq sistema ta’ Pass jew Fail mentri l-eżami l-ġdid, hekk imsejjaħ Benchmark, mhuwiex fuq l-istess sistema. Għaldaqstant wieħed ma jistax iqabbel ir-riżultati ta’ qabel ma’ dawk ta’ din is-sena.