Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet qed jingħataw, preżentement, servizzi ta' speech therapy? Meta nbeda dan is-servizz u kif intlaqa' s'issa dan l-istess servizz? Kemm hu n-numru ta' persuni li qed jibbenefikaw minn dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jibdew jitkabbru xi prodotti agrikoli ġodda, wara li saru esperimenti neċessarji jew mid-Dipartiment tal-Agrikoltura jew minn bdiewa privati (f'dan il-każ jekk kemm-il darba d-dipartiment hu infurmat b'tali inizjattivi)?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Dipartiment tal-Agrikoltura kontinwament qiegħed jagħmel riċerka primarjament fuq speċi diġa eżistenti lokalment rigward varjetajiet li filwaqt li jkunu kompatibbli mat-tip ta’ ħamrija u kundizzjonijiet klimatiċi prevalenti lokalment. L-iskop prinċipali huwa li tiżdied ir-rendiment kemm bħala kwantità u kwalità kif ukoll li jiddaħħlu varjetajiet aktar reżistenti għall-mard.
Bħala eżempju wieħed jista’ jsemmi s-suċċess li inkiseb fil-produzzjoni tal-bambinella bħala riżultat tar-riċerka li saret kif ukoll il-‘breakthrough’ bit-tlaqqim tas-siġar tat-tut fuq iċ-ċawsli. Preżentement qed issir riċerka fuq varjetajiet taċ-ċitru. L-istess jista’ jingħad dwar prodotti oħra bħal tadam, qaqoċċ u patata li f’kollaborazzjoni mas-settur privat. Fil-fatt saru esperimenti ta’ tkabbir u b’riżultat tas-suċċess miksub iddaħħlu varjetajiet ġodda ta’ prodott li kien tradizzjonalment stabbilit. It-tkattir fis-settur ta’ tkabbir ta’ dawn il-varjetajiet isir fuq numru ta’ snin
Ninforma wkoll li s-settur privat kontinwament jimporta varjetajiet diversi bl-iskop li tiżdied il-varjetà u produttività. Id-Dipartiment ma jkunx infurmat b’dawn il-varjetajiet.
Billi l-vetturi, u b'mod partikolari l-vetturi kummerċjali, huma obbligati li jkollhom fire extinguisher fuq l-istess vettura, iżda mhux kollha jkunu hekk attrezzati, jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jorganizza kampanja ta' informazzjoni dwar dan is-suġġett, biex jiġu evitati problemi żejda bejn xufiera u dawk li jwettqu l-enforcement dwar dan il-punt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
San Pawl il-Baħar — Triq San Pawl - post riservat lill-uffiċjali tas-sanità
Question
Billi qrib l-Uffiċċju Distrettwali tas-Sanità, fi Triq San Pawl f'San Pawl il-Baħar hemm post riservat għall-Uffiċjali tas-Sanità li jaħdmu f'dan l-uffiċċju, fl-area magħrufa bħala wara s-Sirens Bar, u billi din it-tabella tindika li l-post hu riservat ukoll fil-weekends, jista' l-Ministeru, jinforma lill-Transport Malta li dan il-post mhux użat, f'ċerti jiem tas-sena, biex jiġi assigurat li ħadd ma jingħata ċitazzjonijiet għalxejn, filwaqt li l-Uffiċjali tad-Dipartiment jibqa' jkollhom fejn jipparkjaw meta jkunu xogħol?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali li jinsabu fl-uffiċċju reġjonali ta’ San Pawl il-Baħar għandhom post ta’ parkeġġ riservat għalihom fl-area indikata u f’dan il-post hemm tabella li tindika li l-parkeġġ f’dan il-post huwa riservat għal dawn l-uffiċċjali bejn is-7:00 a.m. u t-3:00 p.m. matul is-sajf u bejn is-7:30 a.m. u t-3:30 p.m. fix-xitwa bid-dati indikati fit-tabella.
L-avviż, fl-istess tabella jgħid ukoll li jista’ jsir parkeġġ wara dawn il-ħinijiet iżda m’hemmx indikat li dan ma japplikax għas-sibtijiet, ħdud u festi pubbliċi.
Infurmat ukoll li l-istess uffiċċjali diġa kkomunikaw mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u din it-tabella se tiġi emendata kif meħtieġ.
Issa li beda x-xogħol fuq l-acquarium fil-ponta tal-Qawra, San Pawl il-Baħar, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex se jkun jikkonsisti dan il-proġett, u meta hu mistenni li jitlesta? Minbarra hekk, jista' jagħti tagħrif dwar x'tip ta' xogħol temporanju hu meħtieġ li jsir biex jonqsu l-inkonvenjenti marbuta ma' xogħol bħal dan, waqt il-perjodu li fih ikun qed isir ix-xogħol permanenti? Min se jiġi affettwat b'dan ix-xogħol temporanju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proġett tal-Qawra huwa parti minn proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea. L-għan ta’ dan il-proġett hu li jitjieb il-prodott turistiku fi tlett żoni, speċifikament f’San Pawl il-Baħar, f’Pembroke u fil-Qawra. Il-proġett tal-Qawra jikkonsisti f’estenzjoni ta’ Promenade u bini ta’ ġnien ġdid, bini ta’ Akkwarju pubbliku b’servizzi anċillari li wieħed isib f’attrazzjoni ta’ dan it-tip (inkluż faċilitajiet ta’ catering), faċilitajiet ta’ parkeġġ għal madwar 140 karozza u faċilitajiet għall-użu minn skejjel tad-Diving. Il-proġett mistenni jitlesta fl-aħħar ta’ l-2012 għalkemm partijiet mill-proġett jistgħu jitlestew u jinfetħu qabel. Il-valur totali ta’ dan il-proġett huwa stmat li ġej jiswa madwar €14,500,000 miljun ewro li €8.85 miljun minnhom huma ko-finanzjati mill-European Regional Development Fund. Il-kumplament huwa investiment mill-privat.
Sabiex tnaqqas l-inkonvenjent, il-kuntrattur qed jimplimenta
“traffic management plan”
u
“construction management plan”
mill-awtoritajiet konċernati. Il-kuntrattur ser ikun qed jaderixxi mal-Avviż Legali 297/07
(construction management site regulation)
u ser ikun qed iżomm ma’ kull kundizzjoni importa mill-MEPA
Ix-xogħol temporanju maħsub mill-kuntrattur huwa kif ġej:
1. li tingħalaq is-
“site”
tal-proġett b
"hoarding”
apposta;
2. li jkun hemm faċilitajiet ta’ parkeġġ intern għall-makkinarju tal-kuntrattur sabiex ma jkunx hemm żgombru fl-ispazju pubbliku;
3. li jsir xogħolijiet fil-linji tat-toroq sabiex it-traffiku u l-pubbliku ma jkunx affetwat;
4. li jsiru faċilitajiet ta’ ħasil tar-roti tat-trakkijiet sabiex tevita l-ħmieġ ta’ tajn jew ħmieġ fit-toroq;
5. ħa ssir bankina fi triq it-Trunċiera sabiex il-pubbliku jkun jista jibqa jimxi minn barra tas-
“site”
bejn promenade u ieħor.
Sakemm idum ix-xogħol fuq dan il-proġett ser ikun hemm impatt fuq il-parkegg f’din iż-żona u dan sakemm ikun lest il-parkeġġ tal-proġett innifsu. Ix-xogħol jaf ikun ta’ inkonvenjent għal min juża dan il-promenade b’mod regolari.
L-Awtorita’ tat-Turiżmu tiskuża ruħha għal dan l-inkonvenjent u tassigura li ser tkun qed tagħmel l-almu tagħha biex tassigura li kemm jista’ jkun dan ikun minimizzat.
Billi l-Awtorità dwar it-Trasport approvat diversi inħawi li fihom hemm timed parking, ħafna drabi quddiem postijiet tan-negozju, jista' l-Ministru jara li l-istess awtorità tinvestiga l-possibilità li fejn dawn il-ħwienet jiftħu ukoll nhar ta' Ħadd, u fil-festi pubbliċi, l-istess skema ta' parkeġġ tkun estiża għal dawn il-jiem ukoll?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ħin u l-ġranet stipulati għal kull skema ta' parkeġġ ikkontrollat tar-residenti ġeneralment huma kif rakkmandati mill-kunsill lokali rispettiv li jista' wkoll jagħmel talba lil Transport Malta għal reviżjoni tal-ħinijiet jew ġranet meta għandha tapplika l-iskema.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta biddlitx il-policies tagħha għal dawk li huma parking spaces li jiġu użati minn residenti, permezz ta' residents' parking schemes? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-istess awtorità hux mistennija li tkompli tbiddel l-istess policies fiż-żmien li ġej?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta m’għamlet l-ebda tibdil fil-policies tagħha fir-rigward ta' parkeġġ ikkontrollat għar-residenti. Jekk kellu jkun hemm tibdil, dan isir wara konsultazzjoni pubblika.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28893, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Triq Konventwali u Triq Ġdida fi Triq Konventwali f'San Pawl il-Baħar hux se jingħataw wiċċ ta' tarmak (jiġu mibnija sew) biex ir-residenti jkunu jistgħu jidħlu fi djarhom u jkollhom aċċess għall-garaxx sew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi f'Imdina Road, Ħal Qormi kull filgħodu qed ikun hemm konfużjoni sħiħa ta' traffiku prinċiparjament minħabba li t-traffiku jibda jingħalaq għal one lane, jew minħabba vetturi pparkjati, jew minħabba l-fatt li jkun hemm vetturi li jkunu ġejjin minn toroq sekondarji, jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex ikun hemm pulizija bin-mutur li jinżlu u jitilgħu f'dawn l-inħawi biex possibiliment jitnaqqsu l-inkonvenjenti għal dawk kollha li jgħaddu minn dawn l-inħawi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul il-ħin tar-rush hour ta’ filgħodu, diġà qed ikun hemm pulizija tat-traffiku li jagħmel ronda bil-mutur kemm fit-triq imsemmija kif ukoll fit-toroq tal-viċin sabiex jissorvelja l-andament tat-traffiku fl-akkwati u jintervjeni skont il-ħtieġa sabiex kemm jista' jkun titnaqqas il-konġestjoni tal-traffiku.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena ġiex rapportat xi tip ta' mard li kien ilu ma jiġi rapportat f'Malta u għal liema perjodu ta' żmien? X'kien dan il-mard u kif ġie trattat mid-Diviżjonijiet tas-Saħħa relattivi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, it-taqsima tal-prevenzjoni u kontroll ta’ mard infettiv ma kelliex rapportati xi tip ta’ mard li kien ilu ma jiġi rapportat f'Malta.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li bdew xi kors fl-Università, għas-sena akkademika li qegħdin fiha, li ġejjin minn kull wieħed mill-irħula li jagħmlu parti mis-7, 11 u 12-il distrett elettorali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
bdiewa li applikaw għal stores agrikoli — policy dwar id-daqs tal-proprjetà
Question
Jista' l-Prim Ministru jinvestiga l-possibilità li għal dawk li huma bdiewa full-time, meta jiġu biex japplikaw għall-bini ta' stores/garages agrikoli tinbidel il-policy dwar id-daqs ta' dawn l-istess garaxxijiet, għaliex l-area ta' 20 metru kwadru fil-fatt hi żgħira ħafna meta wieħed iqis l-għodda li sar għandu bżonn bidwi li għandu ċertu ammont ta' raba' li jkun qed jaħdem?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li għaddejjin diskussjonijiet mal-MRRA fejn qed jiġu diskussi parametri bħal dawn bil-għan li tiġi reveduta b'mod kompensiv il-Policy Guidance "Agriculture, Farm Diversification and Stables" li fost affarijiet oħrajn titratta s-suġġett tad-daqs tal-kmamar għall-ħażna ta' prodotti agrikoli.
numru ta' studenti li se jkomplu jistudjaw fil-livell ta' sixth form
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li hu mistenni li jkomplu jistudjaw fil-livell ta' sixth form din is-sena, kemm f'dawk li huma skejjel tal-gvern kif ukoll f'dawk li huma skejjel privati/tal-Knisja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Garaxxijiet — stickers ta' garage no parking - garaxx għall-istorage
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma r-regolamenti li jistabbilixxu meta hu possibbli li sidien ta' garaxxijiet iwaħħlu stickers ta' garage no parking mal-garaxx tagħhom? Jista' jagħti tagħrif jekk dawn l-istess regolamenti jgħoddux meta spazji ta' dan it-tip minflok biex jitpoġġew karozzi fihom fil-fatt ikunu qed jintużaw għal skop ta' storage?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda regolament li jgħid li jitwaħħlu l-kliem garage no parking ma' xi garaxx. Madanakollu, l-Avviż Legali 3 tal-2007, kif amendat b'Avviż Legali 408 tal-2007, jistipula li fejn hemm garaxx, kif definit fir-regolament, jitwaħħlu l-kliem “Garaxx li qed jintuża”. Ir-regolament jagħti definizzjoni ta' garaxx bħala '... kull bini wżat speċifikament biex jiġu garaxxjati u, jew ipparkjati vetturi bil-mutur, u tinkludi drive-in.' Għaldaqstant, dawn ir-regolamenti mhux applikabbli għal skop ta' storage.
Transport Malta — tqassim ta' stickers ta' garage no parking
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta tatx permessi lill-kunsilli lokali partikolari biex huma jistampaw stickers bil-kliem garage no parking flimkien mal-logo tal-kunsill lokali, biex imbagħad dawn jitqassmu lir-residenti? Hemm xi proċedura partikolari li trid tintuża biex kunsilli lokali jkunu awtorizzati jistampaw u jqassmu dawn l-istickers?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda proċedura li biha Transport Malta toħroġ permessi lill-kunsilli lokali biex jistampaw stickers bil-kliem ‘Garage No Parking’ flimkien mal-logo tal-kunsill lokali.biex jiġu mqassma lir-residenti.
Kunsilli lokali — tqassim ta' stickers ta' garage no parking
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm kunsilli lokali li kienu awtorizzati biex huma stess jippubblikaw (jistampaw) stickers bil-kliem garage no parking li mbagħad tqassmu lis-sidien tal-garaxxijiet fil-lokalità, ħalli dawn jitwaħħlu mal-bibien tal-garaxxijiet tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qatt ma rċieva xi talba għall-approvazzjoni ta’ dan it-tip minn xi kunsill lokali.
Transport Malta — loading u unloading bays - policies
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-policies imħaddma minn Transport Malta għal dak li jikkonċerna eliġibilità għal loading/unloading bays fil-każ ta' ħwienet tan-negozju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sezzjoni 5.8 tal-policy intitolata "Guidelines for the Implementation of Traffic Management and Safety Measures and Temporary Diversions of Traffic" imħaddma minn Transport Malta tistipula l-kriterji tal-eliġibilità għal loading/unloading bays.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan id-dokument.
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta li turi l-art li kienet skedata riċentement mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fl-inħawi tal-Mosta u n-Naxxar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Gazzetta tal-Gvern (G.N.781/11) li ġiet ippublikata fis-26 t’Awwissu 2011 u li turi l-art skedata kif mitlub.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx, jew kienx hemm xi skema li permezz tagħha jkunu jistgħu jiġu msewwija l-imtieħen tar-riħ li kienu jintużaw biex jittella' l-ilma mill-ispieri tal-ilma? Jekk kien hemm skema, kemm kienu l-applikazzjonijiet li saru biex tali mtieħen ikunu jistgħu jiġu msewwija? Jekk ma kienx hemm skema, jista' jieħu xi inizjattiva biex tali skema tkun tista' titpoġġa għad-dispożizzjoni ta' dawk interessati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skema bħal din tnidiet taħt l-inizjattiva Eko-Għawdex. Skema simili qed tiġi kkonsidrata għal Malta.
Min-naħa l-oħra, ingħata bidu għal-studju minn-uffiċjali ta’ dan il-Ministeru f’kollaborazzjoni ma’ uffiċjali mill-Università biex tkun studjata il-possibiltà li dawn l-irdieden tradizzjonali jinbidlu għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija elettrika.
xogħol fuq it-triq prinċipali bejn San Pawl il-Baħar u Burmarrad
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jsir ix-xogħol fuq it-triq prinċipali li twassal minn ħdejn il-Knisja ta' Burmarrad, sa ħdejn id-daħla ta' San Pawl il-Baħar (Triq Erba' Mwieżeb), billi partijiet minnha jeħtieġu li jinbidlilhom il-wiċċ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan ix-xogħol jagħmel parti mill-pjan ta' manutenzjoni ta’ Transport Malta, liema xogħol hu ppjanat li se jsir sal-aħħar ta' din is-sena.