Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — records ta' ħsarat
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30177, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu, skont ir-records tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, in-numru ta' rapporti li daħlu dwar ħsarat fis-sistema tal-ilma u drenaġġ, rispettivament, fiż-żona ta' San Pawl il-Baħar, matul ix-xhur, individwalment ta' Awwissu, Settembru u Ottubru 2011? Kemm minn dawn il-ħsarat għadhom ma ġewx imsewwija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30180, jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tas-siti indikati fir-risposta u li diġà ġew skedati? Meta sar l-iskedar tal-istess siti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’lista ta’ siti indikati u li diġa ġew skedati kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30181, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-Knejjes Parrokkjali f'Malta u Għawdex, li ġew skedati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-lista ta' Knejjes parrokkjali li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar skedat bħala ta' Grad 1 permezz tal-Gazzetta tal-Gvern Nru 782/11.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar kopja tal-iskedi tat-trasport pubbliku (tal-linja) kif ġew proposti minn Transport Malta? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk wara l-introduzzjoni ta' dawn ir-rotot kienx hemm ilmenti partikolari fuq xi wħud mir-rotot minkejja l-aħħar tibdil? F'dan il-każ, liema kienu r-rotot li l-aktar ġibdu kritika?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra CD bl-iskedi li ġew fis-seħħ fis-6 ta' Novembru, kif ġew ippubblikati mill-operatur tat-trasport pubbliku.
Infurmat ukoll li mis-6 ta’ Novembru, Transport Malta rċeviet 16-il ilment fuq ir-rotot li ġew introdotti mill-istess data. Dawn l-ilmenti kienu hekk kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt.
Rotta
Destinazzjonijiet
Mhux qed
iżżomm ma
l- iskeda
Viaġġ mhux skont ir- rotta
Talba biex ti
żdi
ed il- frekwenza
Talba biex ir-rotta tiġi modifikata
Tibdil fil- ħinijiet tat- tluq
Total
73
Valletta – Żurrieq (Bubaqra)
2
1
3
117/ 118
Żurrieq, Qrendi, Kirkop Safi, Mqabba, Luqa, Airport u Mater Dei
4
4
206
M’Xlokk, Żejtun u Mater Dei
1
1
222 /232
Ċirkewwa – Sliema u Mellieħa – Mater Dei
2
2
35
Valletta, Mater Dei, Għargħur
3
2
5
205
Baħrija, Rabat, Mosta, Naxxar, Pembroke
1
1
Total
9
3
1
2
1
16
San Pawl il-Baħar — rapporti ta' ħsarat fis-sistema tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif ta' kif qed jiġi assigurat li r-rapporti ta' ħsarat fis-sistema tal-ilma fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar jiġu kordinati aħjar, biex ma jkunx hemm dewmien għat-tiswija tagħhom? Billi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li hi responsabbli minn tali tiswijiet, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx uffiċjali differenti li jieħdu ħsieb it-tiswija fis-sistemi tad-drenaġġ u dawk tal-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illia r-rapporti kollha tal-ħsarat fis-sistema tal-ilma u tad-drenaġġ jidħlu fis-sistema tal-customer care fuq il-freephone 80072222. Dawn jitqassmu fir-reġjuni rispettivi tagħhom biex jiġu proċessati skont il-prijoritajiet stabbiliti.
Skond ir-rapporti li saru, ma hemm ebda problemi mhux tas-soltu fiż-żona ta’ San Pawl il-Baħar, u it-tiswijiet huma ta’ natura normali. Għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà tal-prodott, in-nies li jsewwu ħsarat fis-sistemi tad-drenaġġ mhumiex l-istess nies li jaħdmu fuq is-sistema tal-ilma.
Billi huma bosta s-sewwieqa li qed jabbużaw b'sewqan esaġerat fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar, u billi l-ispeed camera li darba kienet approvata baqgħet qatt ma twaħħlet, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex tali camera titwaħħal fil-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta se tistalla Vehicle Activated Sign fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar bħala miżura edukattiva sabiex jiġi kkontrollat is-sewqan eċċessiv.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġu mfassla pjanijiet li permezz tagħhom ikun hemm bycicle lanes fit-toroq tagħna? Billi fil-passat kien hemm proposta għal numru ta' tali lanes li jgħaqqdu rħula partikolari, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dawn il-proposti hux se jitkompla x-xoghol fuqhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li, bħalma ġara fi proġetti oħra fil-passat, f’kull proġett li qed jiġi ppjanat isiru l-isforzi meħtieġa biex ikun hemm bicycle lanes f’numru ta’ toroq. Sfortunatament, dan ma jkunx dejjem possibli minħabba li l-ispazju tat-toroq li jkunu qed jiġu mibnija jkun limitat biex jakkomoda l-bankini u l-lanes għall-karozzi. Minkejja dan, il-bicycle lanes se jibqgħu jiġu kkunsidrati b’mod favorevoli minn Transport Malta u se jkunu implimentati f’postijiet fejn dawn ma jkunux ta’ periklu għaċ-ċiklisti, sewwieqa u l-pubbliku in ġenerali.
Billi hu magħruf li l-inħawi ta' San Pawl il-Baħar għandhom numru kbir ta' siti storiċi, jista' l-Prim Ministru jinvestiga l-possibbiltà li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, tassigura li tali siti storiċi jkunu lkoll protetti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-MEPA diġà skedat numru ta' siti ta' valur storiku, arkeoloġiku u naturali fiż-żona ta' San Pawl il-Baħar.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' każijiet ta' protezzjoni għal siti storiċi li ħarġu mill-Awrtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar matul l-2011? F'liema lokalitajiet kienu dawn is-siti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li matul l-2011 il-MEPA ’pproteġiet’ permezz ta’ skedar 145 binjiet u elementi ta’ valur kulturali l-biċċa l-kbira minnhom fiż-żoni ta’ Konservazzjoni Urbana primarjament fil-Belt Valletta, il-Floriana, il-Mosta, in-Naxxar, ir-Rabat Għawdex u Knejjes Parrokkjali f’lokalitajiet diversi f’Malta u Għawdex, kif ukoll żona ta’ Importanza Arkeoloġika f’Tal-Wej limiti tal-Mosta u Naxxar fejn ġew protetti ħmistax il-element ta’ valur arkeoloġiku.
tfal li qed jingħataw attenzjoni individwali fl-iskejjel primarji
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hemm tfal, li ġejjin mil-lokalitajiet ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u l-Imġarr li qed jingħataw attenzjoni individwali fl-iskejjel primarji governattivi? Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk dawn l-istess tfal jibqgħux jingħataw attenzjoni partikolari, personali, meta jispiċċaw mill-iskejjel primarji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar San Luqa — tfal li attendew iċ-Child Guidance Clinic
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni (tfal) li attendew għal xi sessjoni fiċ-Child Guidance Clinic tal-Isptar San Luqa, matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena? Kif jitqabbel dan in-numru man-numri tat-tliet snin preċedenti, għall-istess xhur? Jekk il-Ministeru jżomm records tal-lokalitajiet li minnhom ġejjin dawn it-tfal, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni lokalità lokalità, għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-analiżi tal-istatistika tinżamm imma peress li tirrikjedi ċertu volum ta’ xogħol, tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi indikazzjonijiet li l-pazjenti li jiġu rikoverati fl-Isptar Monte Carmeli, ġejjin minn lokalitajiet partikularti, iktar milli minn lokalitajiet oħra? Jekk hemm tali indikazzjoni, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi ħjiel dwar x'qed iwassal għal din is-sitwazzjoni partikulari?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma jidhirx li hemm differenzi statistikament sinifikattivi fin-numru ta’ pazjenti li ġejjin minn lokalitajiet differenti madwar Malta.
Sptar Mater Dei — każijiet ta' vjolenza domestika fuq it-tfal
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każijiet ta' tfal li daħlu fl-Isptar Mater Dei, matul l-ewwl disa' xhur ta' din is-sena, wara li sfaw vittmi ta' xi vjolenza domestika? Minn liema lokalitajiet kienu ġejjn dawn it-tfal?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn tagħrif miġbur mid-Dipartiment tal-Pedjatrija tal-Isptar Mater Dei irriżulta li kien hemm tliet każijiet ta’ minuri li ddaħħlu bħala pazjenti ġewwa l-Iptar Mater Dei minħabba f’allegat swat jew abbuż. Minhabba li n-numru ta’ każijiet huwa żgħir u għalhekk il-każijiet jistgħu jiġu identifikati, ma tistax tingħata nformazzjoni dwar il-lokalita’ minn fejn kienu ġejjin dawn it- tfal.
Ta’ min wieħed jinnota li ħafna drabi meta jseħħu dawn il-każijiet ikun hemm biss suspett li jkun sar abbuż. Wara li l-każ jiġi nvestigat mis-social workers u l-professjonisti li jkunu qed jieħdu ħsieb il-każ tkun tista’ tintlaħaq konklużjoni dwar jekk in-natura tal-inċident kienitx waħda ta’ abbuż.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każijiet ta' tfal li ġew rappurtati lill-Pulizija għax ġew abbandunati mill-ġenituri tagħhom, mil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali, lokal lokal matul l-ewwel 9 xhur ta' din is-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, il-Pulizija kellha 5 rapporti ta' abbandun ta' tfal minorenni, 1 fil-Mellieħa u 4 f'San Pawl il-Baħar.
każijiet ta' vjolenza domestika li ġew rappurtati fl-għasses
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każijiet ta' vjolenza domestika li ġew rappurtati fl-għasses differenti tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali, lokal lokal matul lewwel 9 xhur ta' din is-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Attachments:30175 - Kazijiet ta' Vjolenza Domestika 7-11-12 Distrett.doc
talbiet pendenti għall-approvazzjoni ta' bozoz ġodda
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti għall-approvazzjoni ta' bozoz ġodda, li ġejjin mill-kunsillli lokali tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali, għand l-uffiċjali inkarigati? X'qed iżomm milli tali applikazzjonijiet jiġu approvati, jew rifjutati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sukkurzju tas-Salina — Xogħlijiet fuq il-mollijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29628, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fl-area indikata, (fejn hemm il-mollijiet li jagħtu fuq is-sukkurzju tas-Salina) ix-xogħol neċessarju fuq il-moll hux inkluż bħala parti mix-xogħol tar-rijabilitazzjoni fuq is-Salini u l-inħawi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onorevoli Interpellant hu ġentilment mitlub jipreċiża għal liema sit qed jirreferi u preferibbilment jindikah fuq site plan.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 29888, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'tip ta' estensjoni qiegħda tiġi kkunsidrata f'din l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li qed jiġu studjati l-possibilitajiet biex jiżdiedu l-klassijiet sabiex ikun hemm aktar spazju għall-popolazzjoni ta’ din l-iskola.
Kunsilli lokali — skemi ta' għajnuna għar-rijabilitazzjoni tal-kampanji
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm skemi t'għajnuna għar-rijabilitazzjoni tal-kampanja u l-ħitan tas-sejjiegħ li għalihom jistgħu japplikaw il-kunsilli lokali preżentament? Kemm hemm talbiet pendenti bħalissa minn kull kunsill lokali għal skemi simili li setgħu ħarġu fil-passat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali jistgħu jibbenefikaw minn fondi finanzjarji sabiex ikunu jistgħu jirriabilitaw l-kampanja u l-ħitan tas-sejjieħ fil-lokalitajiet tagħhom minn tlett sorsi partikolari. Il-Kunsilli Lokali jistgħu jibbenefikaw mid-diversi skemi li qed jinħarġu minn żmien għal żmien mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li taħt uħud minnhom Kunsill jista’ japplika biex jirranġa jew jibni mill-ġdid ħitan tas-sejjiegħ kif fill-fatt sar diversi drabi minn numru ta’ Kunsilli Lokali u Kumitati Amministattivi.
Il-Kunsilli jistgħu ukoll japplikaw taħt l-
Urban Improvement Fund
(UIF) tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar kif ukoll taħt il-Miżura 313
‘Encouragement of tourism activities’
u l-Miżura 323
‘Conservation and upgrading of the rural heritage’
tar-
Rural Development Programme for Malta
li jaqgħu taħt il-
European Agriculture Funds for Rural Development (EAFRD)
.
Rigward talbiet pendenti, l-informazzjoni qed tinġabar mill-Kunsilli Lokali.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29856 għal dik il-parti tal-mistoqsija li tirrigwardja l-junction ta' San Pawl il-Baħar, billi jidher li t-timing tad-dawl inbidel meta saret it-tiswija tal-istess lights, jista' l-Ministru jinvestiga jekk dan it-tibdil hux ġustifikat għaliex jidher li qed joħloq inkonvenjent għas-sewwieqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li uffiċċjali ta' Transport Malta għamlu moniteraġġ tas-sistema tat-traffiku u saru l-aġġustamenti neċessarji fil-programm tas-sistema tad-dwal.