Legislature:
Category:
Reset
Active:

Università — korsijiet reklamati

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema kienu, jekk kien hemm, il-korsijiet reklamati li se jibdew fl-Università għas-sena skolastika 2011/2012, u li ma nbdewx minħabba n-nuqqas ta' minimu ta' applikanti li huma rikjesti biex xi kors partikolari jkun jista' jinbeda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Transport Malta — belisha lights ta' ħdejn roundabout tax-Xemxija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta kienet l-aħħar darba li ġew rapuratati bil-ħsara l-belisha lights ta' ħdejn ir-roundabaout tax-Xemxija mill-Uffiċċju ta' Transport Malta peress li dawn il-lights huma importanti minħabba l-ammont ta' vetturi li jgħaddu minn dan il-post, minfejn iridu jaqsmu ukoll numru ta' persuni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ħsarat ta’ belisha lights jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Enemalta.

Transport Malta — belisha lights ħdejn roundabout ta' Erba Mwieżeb

Question

Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta jieħu l-passi neċessarji biex il-belisha lights li tkissru ħdejn ir-roundabout ta' Erba' Mwieżeb, f'inċident tat-traffiku fid-daħla tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar (direzzjoni San Pawl il-Baħar lejn Burmarrad) jiġu rranġati kemm jista' jkun malajr?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari Numru 30524.

Kampanja ta' edukazzjoni dwar l-użu ta' indicators

Question

Jista' l-Ministru permezz ta' Transport Malta jorganizza kampanija ta' informazzjoni/edukazzjoni dwar l-użu tal-indicators tal-vetturi meta s-sewwieqa jkunu se jduru minn direzzjoni għall-oħra fit-toroq tagħna, għaliex sfortunatament huma bosta sewwieqa li ma jagħmlux użu minn dawn l-indicators?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fl-2012 Transport Malta se tniedi kampanja edukattiva li se tkun qed titratta dan is-suġġett fost affarijiet oħra. Il-kampanja se tkun qed tiffoka mhux biss fuq is-sewwieqa iżda fuq kull min juża’ t-toroq.

talbiet pendenti għall-parkeġġ riservat għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma t-talbiet pendenti quddiem il-Bord tal-parkeġġ riservat għall-persuni b'diżabilità? Minn liema lokalitajiet huma t-talbiet pendenti? Kemm f'kull lokalità, dawn it-talbiet pendenti huma talbiet ta' individwi u kemm huma talbiet tal-kunsill lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi t-talbiet pendenti quddiem il-bord tal-parkeġġ riservat għall-persuni b'diżabilità. Dawn l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi minn individwi permezz ta’ formola apposta li trid timtela mill-applikanti stess, u tiġi sottomessa lil Transport Malta sabiex tiġi pproċessata. Ninsab infurmat ukoll li hemm numru ta’ każijiet oħra li qegħdin jiġu pproċessati, iżda għadhom mhumiex lesti sabiex jidhru quddiem il-Bord imsemmi, għal diversi raġunijiet, fosthom li Transport Malta qed tistenna informazzjoni mill-Kunsill Lokali rispettivi, jew l-applikanti għadhom ma ssottomettewx id-dokumenti kollha meħtieġa, kif ukoll każijiet li qegħdin għand it-tabib tal-Awtorita` sabiex jeżamina l-applikanti qabel dawn il-każijiet jgħaddu quddiem il-Bord.

Vehicle Activated Sign

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-informazzjoni miġbura mill-Vehicle Activated Sign li ġiet stallata fit-triq ta' bejn iż-żewġ mini (qrib l-Università), Santa Venera/Msida f'dak li hu n-numru ta' vetturi li qed jaqbżu l-40 kilometru fis-siegħa, indikat fuq il-post?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — timing tal-lights

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30245, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma d-differenzi bejn il-ħinijiet li qed jitħaddmu llum u dawk li kienu jitħaddmu qabel, fejn bir-raġun kollu saret it-tiswija sħiħa tas-sistema tad-dawl li kellha numru ta' ħsarat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-differenza bejn il-ħinijiet li qed jitħaddmu llum u dawk li kienu jitħaddmu qabel, hija li żdied il-ħin b’ħames sekondi, matul il-ġurnata kollha, għall-vetturi ħerġin minn Buġibba direzzjoni lejn Burmarrad.

korsijiet reklamati li mhux se jibdew

Question

Tista' l-Minstru tagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm korsijiet reklamati fl-MCAST li se jibdew f'din is-sena skolastika, li ma nbdewx minħabba l-fatt li ma kienx hemm biżżejjed applikanti? Liema kienu dawn il-korsijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Transport Malta u Enemalta — kordinazzjoni minħabba ħsarat ta' dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm kordinazzjoni aħjar bejn Transport Malta u l-Korporazzjoni Enemalta biex meta jiġu rapportati ħsarat fid-dwal tat-toroq arterjali, dawn jissewwew kemm jista' jkun malajr? Jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibbilità li ż-żewġ entitajiet jikkordinaw aħjar il-mod ta' kif jiġu rapportati tali ħsarat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li uffiċċjali ta' Transport Malta, kull ġimgħa bil-lejl, jagħmlu spezzjoni tad-dawl f'toroq arterjali u distributorji madwar Malta kollha. Kull nhar ta' Tnejn, dan ir-rapport jintbagħat lill-Enemalta biex isiru t-tiswijiet meħtieġa.

tabelli temporanji li jridu jinqalgħu

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex tabelli temporanji li jitwaħħlu minn ħaddiema tal-istess Transport Malta, jew f'isem Transport Malta, jinqalgħu minn posthom meta jispiċċa l-użu tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt din l-osservazzjoni tiegħu lil Transport Malta.
Leg 11 PQ #30379 Sitting 412 2011-11-23 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni li huma taħt probation

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li huma preżentement taħt probation, li ġejjin mil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni hekk kif mitluba milll-Onorevoli Interpellant ma tinżammx taħt forma ta' statistika kompjuterizzata. Però infurmat ukoll illi matul din is-sena n-numru ta' persuni li nħarġitilhom Ordni ta' Probation mid-distretti msemmija kien kif ġej:- 7 Distrett 11 11-il Distrett 15 12-il Distrett 8

proprjetajiet tal-gvern li huma mikrija lill-għaqdiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm proprjetajiet tal-gvern li huma mikrija lill-għaqdiet sportivi u liema huma l-istess għaqdiet li għandhom proprjetà hekk mikriija, fis-7, 11 u 12-il distrett elettorali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

proprjetajiet tal-gvern li huma mikrija lill-għaqdiet reliġjużi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proprjetajiet tal-gvern li huma mikrija lill-għaqdiet reliġjużi fis-7, 11 u 12-il distrettelettorali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 30369.

proprjetà tal-gvern mikrija lil fondazzjonijiet/għaqdiet mhux sportivi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proprjetajiet tal-gvern fis-7, 11 u 12-il distrett elettorali li huma mikrija lil fondazzjonijiet/għaqdiet mhux sportivi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 30369.

numru ta' persuni li huma liċenzjati li jaħdmu ta' pitkala

Question

Jista' l-Minstru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li huma liċenzjati li jaħdmu ta' pitkala f'Malta u f'Għawdex rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika jekk huwiex qiegħed jirreferi għas-settur tal-ħxejjex u frott jew għas-settur tal-ħut.

numru ta' persuni li huma liċenzjati biex jimpurtaw żerriegħa tal-patata

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li huma liċenzjati biex jimpurtaw żerriegħa tal-patata għall-bdiewa f'Malta u Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17979.

MCAST — studenti li jattendu kors ta' restawr

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' żagħżagħ li qed jattendu xi kors ta' taħriġ fir-restawr, fl-MCAST u minn liema loklitajiet huma dawn l-istess studenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar — timing tal-lights

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30097, filwaqt li napprezza l-informazzjoni mogħtija, jista' l-Ministru jara li jsir moniteraġġ aħjar tat-timing mibdul ta' dawn id-dwal għaliex il-ħinijiet il-ġodda qed joħolqu inkonvenjent (u f'ċertu direzzjonijiet ħela ta' ħin ukoll) lil dawk li jużaw il-junction?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li uffiċċjali ta’ Transport Malta reġgħu għamlu moniteraġġ ta' din is-sistema ta' traffiku kkontrollat u saru t-tibdiliet meħtieġa fil-ħinijiet tad-dwal.

Vehicle Actuated Sign

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30178, partikolarment tal-"Vehicle Activated Sign, .... bħala miżura edukattiva ...", jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk tali sign hux se jkun akkumpanjat minn sistema ta' records dwar dawk li jabbużaw mis-sewqan esaġerat billi kif għidt drabi oħra qed nistiednu l-inkwiet minħabba abbużi ta' xi wħud?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Vehicle Activated Sign (VAS) jirrikordja l-veloċità ta’ kull vettura misjuqa f’direzzjoni waħda, u din tavża lil dawk is-sewwieqa li jkunu qabżu l-limitu ta’ veloċità permezz ta’ display elettroniku. Il- Vehicle Activated Sign tirrikordja u żżomm il-veloċità ta’ kull vettura li tgħaddi minn ħdejha, iżda ma tirrekordjax in-numru ta’ reġistrazzjoni ta’ dawn l-istess vetturi