Billi fid-diskors tal-budget hemm referenza għat-tneħħija tal-liċenzja tat-TV mis-sena d-dieħla, jista' l-Ministru, flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi, jiċċara minn meta din il-liċenzja mhux se titħallas iżjed billi donnu fil-ġurnali qed tingħata l-impressjoni li din il-liċenzja xorta trid titħallas għas-sena 2012?
WSC — Customter Charter - stallazzjoni tas-servizzi tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Customer Charter tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Jista' jagħti tagħrif għal dak li jirrigwardja stallazzjoni ta' servizzi tal-ilma, jekk kienx hemm każijiet fejn is-servizz ma ġiex stallat għand l-applikant, fil-perjodu stabbilit fl-istess charter?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar x'qed iwassal biex filwaqt li spiss qed ikun hemm karozzi tal-linja bin-numru 31 li kultant ikollhom tnejn/tliet karozzi wara xulxin, imbagħad ikun hemm ħinijiet itwal mingħajr l-ebda karozza?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta diġà qajmet din il-materja mal-operatur tat-trasport pubbliku u qed tkompli tosserva din ir-rotta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed ikun il-patrunaġġ ta' passiġġieri fuq ir-rotot 232 u 221? Jista' fl-istess ħin, jagħti tagħrif dwar jekk l-introduzzjoni ta' dawn iż-żewġ rotot kellhiex xi effett negattiv fuq ir-rotot li kienu diġà eżistenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għadu m'għaddiex żmien biżżejjed biex wieħed ikun jista' jagħmel il-paraguni kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
San Pawl il-Baħar — toroq mhux moqdija bit-trasport pubbliku
Question
Billi wara l-bidla li seħħet fir-rotot tat-trasport pubbliku qed jirriżulta li parti minn San Pawl il-Baħar, fl-inħawi ta' Triq Toni Bajjada, Triq Bordino u Triq Sant Aristaklu, li qabel kienu moqdija bir-rotta X9 u issa mhux qed ikunu moqdija sew, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Transport Malta tirrimedja din is-sitwazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-residenti ta’ l-inħawi in kwistjoni jistgħu jinqdew mill-bus stops “Mary” u “Mħasel” li jinsabu fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar. Dawn jinsabu f’distanza ta’ bejn 300 u 450 metru mill-imsemmija toroq. Dawn il-bus stops huma servuti b’diversi rotot diretti fosthom għall-Belt Valletta u l-isptar Mater Dei.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa, in-numuru ta' bdiewa full-time u part-time li huma reġistrati, lokalità b'lokalità fis-7, 11 u 12-il Distrett Elettorali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21106.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa, in-numru ta' sajjieda full-time u part-time rispettivament, li huma reġistrati f'kull waħda mil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il Distrett Elettorali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10183, nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja li hu responsabbli mill-Korporazzjoni tal-Impjiegi u Taħriġ.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa n-numru ta' raħħala full-time u part-time li huma rreġistrati, preżentament, skont l-annimali jew tjur li jrabbu, f'kull waħda mill-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il Distrett Elettorali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21107, nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja li hu responsabbli mill-Korporazzjoni tal-Impjiegi u Taħriġ.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm u fejn jinsabu l-barrieri awtorizzati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex fihom jinġabar il-materjal ta' kostruzzjoni li jkun inqata' u tkisser minn siti oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li f'Malta u Għawdex hawn tnax (12)-il barriera awtorizzata li taċċetta materjal mill-industrija tal-kostruzzjoni u twaqqiegħ u minn skavar. Dawn jinsabu hekk kif imsemmi fil-lista hawn taħt:
HM31 - Ta'Dmejrek, Dingli
HM29 - Torri Falka, Mġarr (Malta)
HM03 - Wied Inċita, Attard
HM12 - Wied inċita, Attard
HM15 - Wied Filep, Naxxar
HM22 - Wied Filep, Naxxar
HM33 - Għar Lapsi Road, Siġġiewi
HM35 - Ta' Żuta, Dingli
HM21 - Labour Avenue, Naxxar
HM09 - Ta' Qadauma, Mosta
HM28 - Birguma, Naxxar
SG03 - Ta' Xrajjaħ, San Lawrenz (Għawdex)
San Pawl il-Baħar — Triq is-Simar - xogħlijiet fit-triq biex jitlestew il-binjiet
Question
Billi Triq is-Simar, San Pawl il-Baħar hi waħda li fiha hemm numru sostanzjali ta' bini li kien diġà okkupat iżda fl-istess waqt hemm parti oħra tal-istess triq li għadha mhix mibnija, jista' l-Ministru jieħu l-passi biex il-partijiet tat-triq li huma lesti, jkunu mogħtija t-tarmak u fihom s-servizzi neċessarji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq tagħmel parti mill-lista ta' toroq li se jsiru minn Transport Malta, liema xogħlijiet se jsiru matul l-2012.
Jista' l-Minsitru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li applikaw għal xi waħda mill-iskemi ta' għajnuna, għal dawk li huma sistemi ta' enerġija alternattiva, għall-iskemi tal-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi u l-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali? Minn liema lokalitajiet huma dawk li applikaw/li kellhom l-applikazzjoni tagħhom approvata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Paralamentari numru 28943 fir-rigward tal-informazzjoni għas-sena 2011, ninsab infurmat li n-numru ta' applikanti għall-iskemi ta' għajnuna għal xiri ta’ sistemi ta' enerġija alternattiva matul 2010 kien kif ġej:
PANNELLI FOTOVOLTAJIĊI
Sena
Numru ta’ Applikanti
2010
2096
SOLAR WATER HEATERS
Sena
Numru ta’ Applikanti
2010
572
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba rigward in-numru ta’ minn liema lokalita' ġejjen dawk li kienu approvati
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti għall-clearance mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, biex ikunu jistgħu jsiru xogħlijiet ta' kostruzzjoni/resurfacing tat-toroq residenzjali? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn it-toroq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fasslitx policies li permezz tagħhom materjal maqtugħ minn siti ta' kostruzzjoni jkun jista' jiġi riċiklat, inkluż permezz ta' esportazzjoni tal-istess materjal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Malta hija obbligata li tirriċikla, tirkupra u terġa’ tuża sa minimu ta’ 70% skart ta’ kostruzzjoni u demolizzjoni sa 2020. L-għanijiet tal-MEPA f’dan ir-rigward, miġbura fl-istrateġija ta’ Malta dwar l-immaniġġjar ta’ l-iskart, huma riflessi f’policies li jippromovu aktar it-tnaqqis ta’ l-iskart u livelli aktar għoljin ta’ riċiklaġġ. Wieħed minn dawn it-tipi ta’ skart jiffoka fuq l-iskart ta’ kostruzzjoni u demolizzjoni.
Għaldaqstant, minn Jannar ta’ l-2005, tneħħa s-sussidju fir-rigward tad-
‘disposal fee’
għal dan l-iskart, b’tali mod li min jiġġenera dan l-iskart iħallas il-prezz attwali għar-rimi tiegħu. Ma’ dan kollu, il-Gvern ukoll bi ħsiebu ikompli jippromovi l-policies għal-riformi fiskali, fost oħrajn li jkunu neċessarji sabiex jintlaħaq it-target sal-2020.
Ta’ min jgħid ukoll li diġa kien hemm tnaqqis globali fl-ammont ta’ skart ġenerat li huwa primarjament riżultat tat-tnaqqis fl-ammont ta’ skart iġġenerat mis-settur tal-kostruzzjoni u demolizzjoni mis-sena 2004 sa l-2009. Infatti l-ammont ta’ skart min dan is-settur naqas b’medja ta erbgħa u għoxrin fil-mija (24%) bażi ta' sena b'sena mis-sena 2004 sa l-2009. Dawn il-figuri huma t-total ta' skart depożitat f' landfills pubbliċi, dawk privati u fil-baħar. Dan it-tnaqqis huwa dovut għal-diversi fatturi, u mhux biss għal-policies eżistenti fuq skart.
Bħalissa il-MEPA ukoll qegħda tfassal strateġija oħra vis a vis l-iskart fosthom l-iskart ta’ kostruzzjoni u demolizzjoni, li tiffoka fuq diversi miżuri sabiex jiġu implementati policies u pjanijiet biex jintlaħqu il-miri fl-iskart. Il-MEPA qegħda tħares lejn ir-rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar ta’ l-iskart b’riżultat tat-
Twinning Project
“Recycling of Construction and Demolition Waste in Malta: Strategy for Short-Term Implementation”
, fost rapporti oħra.
F’dan ir-rigward, u skont l-istrateġija preżenti l-Gvern bi ħsiebu jinforza s-sistema kurrenti tal-permessi ta’ l-iżvillupp maħruġa mill-MEPA, fejn ikun obbligu li l-iskart ġenerat ikun depożitat ġo faċilitajiet appropri u awtorizzati, sabiex jiġi riċiklat. Din il-miżura se tkun fl-istrateġija li qed tiġi imfassla. Miżura oħra li għandha tgħin biex jintlaħqu il-miri ta’Malta f’dan is-settur.
Diġa teżisti sistema fi ħdan il-MEPA fejn f’każ li xi ħadd ikun irid jesporta dan it-tip ta’ skart, ikun jista’ japplika għall-permess mill-MEPA.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu mistenni li jkun in-numru ta' studenti li se jkunu qed jattendu l-Iskola Sekondarja taż-Żokrija matul iż-żmien li ġej? Minn liema lokalitajiet huma l-istudenti li se jattendu/qed jattendu f'din l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fadalx tined/shelters li għad iridu jinbnew fid-diversi termini li għandha l-Arriva madwar Malta u Għawdex? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx ftehim partikolari biex il-bus shelters li huma nieqsa madwar Malta fil-fatt jitwaħħlu? Tista' Transport Malta tassigura li kull fejn hu meħtieġ matul ir-rotta tal-Qawra fil-fatt jitwaħħlu x-shelters meħtieġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-vened madwar Malta u Għawdex għad fadal xi tined li għad iridu jiġu nstallati. Infurmat ukoll li:
a) Fil-Belt Valletta diġa' ġew installati 3
kiosks
(li jipprovdu wkoll
shelter
), filwaqt li 4 oħra se jiġu nstallati sa l-aħħar tas-sena;
b) F’Buġibba qegħdin fil-proċess li jitwaħħlu 2
shelters
ċ) F’ Victoria, Għawdex ġew installati 3
shelters
Kif diġa' spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28107, minn Frar ta’ din is-sena sa Awissu, twaħħlu total ta’ 64
bus shelter
ġdid madwar Malta u Għawdex. Transport Malta qegħdha fi proċess sabiex jiġu nstallati 49
bus shelters
oħra skont lista maqbula mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Barra minn hekk, il-Kunsilli Lokali għandhom il-fakulta’ li jinstallaw
shelters
wara li jkunu ġabu l-permessi meħtieġa u dan mingħajr il-ħtieġa ta’ l-intervent ta’ Transport Malta.
Infurmat ukoll li qed jiġu kkunsidrati 2
bus shelters
fuq ir-rotta tal-Qawra.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28893, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Triq Konventwali u Triq Ġdida fi Triq Konventwali f'San Pawl il-Baħar hux se jingħataw wiċċ ta' tarmak (jiġu mibnija sew) biex ir-residenti jkunu jistgħu jidħlu fi djarhom u jkollhom aċċess għall-garaxx sew?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi ż-żewġ toroq huma responsabilta ta' Transport Malta. Triq il-Konverżjoni ġiet senjalata bħala li qabżet is-70% tal-bini din is-sena u fil-fatt ma hix fil-lista ta' toroq li kellhom isiru u li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra fl-2006. Hi l-intenzjoni ta' Transport Malta li din it-triq tidħol fil-programm ta' xogħol għas-sena d-dieħla sakemm ikun hemm fondi biżżejjed vvutati. Triq Ġdida fi Triq il-Konverzjoni għada ma qabżitx is-70% bini u allura t-triq għada ma tistax issir.
*Ara P.L 9482 li tpoġġiet fis-Seduta 461 datata 27 ta’ Marzu 2012
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta hiex qed tikkunsidra li jiġu żviluppati areas ġodda għal yacht marinas? Billi l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fl-1993/1994 kienet identifika numru ta' siti li possibilment setgħu jiġu żviluppati f'yacht marinas, jista' jagħti tagħrif dwar kemm minn dawn is-siti ġew fil-fatt żviluppati matul dawn is-snin? Kemm minn dawn ġew żviluppati mill-gvern, u kemm mill-privat? Liema minn dawn is-siti għadhom qed jiġu kkunsidrati għal tali żvilupp?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li r-rapport li qed isir referenza għalih iġib it-titlu “Yachting Development in Malta” u ġie finalizzat f’Lulju tal-1996. Ir-rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn dan ir-rapport ġew ikkunsidrati fir-rapport tal-2009 “Development of Yachting Facilities in Malta” li kien tnieda biex jaġġorna ir-rapport preċedenti.
B’referenza għas-siti primarji identifikati għall-iżvilupp tal-
yacht marinas
imsemmija fir-rapport tal-1996, Transport Malta ħadet dawn l-inizzjattivi:
Kalkara Creek: Ingħatat konċessjoni għal marina. Il-bord tal-MEPA approva l-iżvilupp fis-17 ta’ Novembru 2011.
Dock Yard Creek: Sar żvilupp minn Grand Harbour Marina ta’ 250 irmiġġ, 33 minnhomm għas-s
uperyachts
.
Transport Malta kienet qed tagħmel użu mill-parti ta’ ġewwa tad-daħla tal-Birgu fejn setgħu jorbtu 55
yacht
. Bħalissa qed isir xoghol marbut mal-proġett ta’ Baċir Nru 1 u meta dan jitlesta se toħroġ sejħa għall-offerti biex din iż-żona titmexxa mis-settur privat bħala marina.
Fid-daħla ta’ Lazzaretto, f’Manoel Island saret espansjoni ta’ marina li qabel kienet tmexxi l-Awtorita’ biex issa din il-marina privata tista’ tilqa’ 230
yacht
, b’30 irmiġġ għas-
superyachts
. Ġie wkoll iffirmat kuntratt ma’ Sandy Yacht Marina Ltd għat-tmexxija ta’ żona b’irmiġġi organizzati.
Barra minn dawn, fil-port ta’ Marsamxett, marina staġjonali li qabel kienet titmexxa mill-Awtorita’ għaddiet ghand il-kumpanija Fort Marina, kif ukoll il-marinas tal-Imsida u ta’ Ta’ Xbiex għaddew għand Creek Developments. Sar ukoll żvilupp mir-Royal Malta Yacht Club għal marina staġjonali li tista’ tilqa’ 66
yacht
, kif ukoll qed isir studju għall-iżvilupp ta’ marina f’ Sa Maison. Saret ukoll applikazzjoni għall-espansjoni tal-marina magħrufa bħala Gżira Gardens li se tiġi privatizzata fix-xhur li ġejjin.
Fil-port ta' l-Imġarr Għawdex, it-tmexxija tal-marina għaddiet għand Harbour Management Ltd. li diġa' għamlu investiment sostanzjali biex itejbu l-faċilitajiet u jżidu l-postijiet għal aktar
yachts
. L-operatur diġa' ssottometta applikazzjoni lill-MEPA biex jiżdiedu n-numru ta'
pontoons
kif ukoll isiru rmiġġi staġjonali barra il-
breakwater
.
Periti tad-Dipartiment tat-Taxxi — każijiet ta' proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' każijiet ta' proprjetà mibjugħa li nħass il-bżonn li jintbgħat perit tad-Dipartiment tat-Taxxi biex jagħmel operazzjoni wara li tali proprjetà tkun inbiegħet/ inxtrat matul l-ewwel sitt xhur tal-aħħar sena? Kemm kienu l-każijiet fejn wara l-inspection tal-perit żdied il-valur tal-proprjetà?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur tas-sena l-periti tad-Dipartiment għamlu 1935 spezzjoni fuq proprjeta’ trasferita u f’615 każ minnhom inħareġ kont fuq valur għola mill-kuntratt.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar l-ammont ta' inert waste li nġabar (tqiegħed) fid-diversi siti għal dan l-iskop matul l-ewwel disa' xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar titlob l-informazzjoni lill-operaturi kkonċernati dwar l-ammonti ta' 'inert waste’ li jkun intradam jew ġie rriċiklat fil-barrieri awtorizzati, fil-bidu ta' kull sena, għas-sena li tkun għadha kif spiċċat.
Ghal dan il-fatt l-informazzjoni miġbura mill-Awtorità s'issa tinkludi sas-sena 2010. L-informazzjoni dwar l-ammonti tas-sena 2011 ħa tintalab lill-operaturi fil-bidu tas-sena 2012. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-ammonti ta' l-2010.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont (tunnellaġġ) ta' materjal li nġabar mill-bring-in sites li hemm (lokalità lokalità) fis-7, 11 u 12-il Distrett Elettorali, kull xahar, bejn Jannar u Settembru 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi peress li l-materjal tal-Bring-In Sites jinġabar minn diversi lokalitajiet f’daqqa mhux possibbli li ssir distinzjoni kemm inġabar materjal minn dawn is-siti mqassam b’distretti jew lokalità.