Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tneħħija tal-liċenzja tat-TV

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30748 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Billi fid-diskors tal-budget hemm referenza għat-tneħħija tal-liċenzja tat-TV mis-sena d-dieħla, jista' l-Ministru, flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi, jiċċara minn meta din il-liċenzja mhux se titħallas iżjed billi donnu fil-ġurnali qed tingħata l-impressjoni li din il-liċenzja xorta trid titħallas għas-sena 2012?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-mekkaniżmu u l-arranġamenti għat-tneħħija ta’ din il-licenzja qegħdin jitħejjew u se jitħabbru dalwaqt.

Yacht Development Subject Plan

Question

B'referenza għar-rapport Yachting Development Subject Plan li saret referenza għalih fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30657, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx proposti, anke minn dawk diġà approvati, ta' yacht marinas li ġew jew li qed jiġu studjati minn Transport Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-rapport tal-1996 Yachting Development in Malta jsemmi 4 siti speċifiċi li jitqiesu li għandhom il-potenzjal għall-marina. Dawn huma: · Dockyard Creek · Lazzaretto Creek · Kalkara Creek · Xemxija, San Pawl il-Baħar. Kif diġa' magħruf, Dockyard Creek u Lazzaretto Creek ġew żviluppati, filwaqt li Kalkara Creek ingħatat konċessjoni għall-marina. Minn dawn l-erbgħa, x-Xemxija hija żona li tirrikjedi l-aktar investiment u studji dettaljati, inkluż il-bini ta’ breakwater , dredging u land reclamation . Dan apparti l-istudji li jkunu meħtieġa mill-MEPA għal dak li jirrigwarda l-effetti ambjentali fuq dan is-sit ( Environmental Impact Assessment – EIA ). Bħalissa Transport Malta qegħdha tagħmel l-istudji għal Sa Maison fejn l-investment huwa aktar sostenibbli. S’issa, Transport Malta mhix qed tikkunsidra żvilupp infrasttuturali ta’ marina fix-Xemxija minħabba r-raġunijiet kif spjegati.

Yachting Development Subject Plan — marina fix-Xemxija

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30657 fejn hemm referenza għal Yachting Development Subject Plan, u li issa ġiet approvata ukoll, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx possibbilità li tiġi kkunsidrata f'iktar dettal il-proposta għall-marina fix-Xemxija?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30955.

Raħħala — full-time u part time reġistrati

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 30649 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilha u tagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa, in-numru ta' raħħala full-time u part-time rispettivament, li huma reġistrati f'kull waħda mil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il Distrett Elettorali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — records ta' ħsarat

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30177, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu, skont ir-records tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, in-numru ta' rapporti li daħlu dwar ħsarat fis-sistema tal-ilma u drenaġġ, rispettivament, fiż-żona ta' San Pawl il-Baħar, matul ix-xhur, individwalment ta' Awwissu, Settembru u Ottubru 2011? Kemm minn dawn il-ħsarat għadhom ma ġewx imsewwija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

importazzjoni ta' xorb alkoħoliku

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' xorb alkoħoliku li ġie importat f'Malta (jew inġieb għas-suq Malti) matul l-2010 u matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Għammieri — esperimenti fuq siġar tal-frott

Question

Jista' l-Minsitru jagħti tagħrif dwar jekk fil-qasam esperimentali tal-Għammieri jew x'imkien ieħor sarux esperimenti fuq tkabbir ta' siġar tal-frott ġodda f'Malta jew ta' prodotti agrikoli oħra li possibilment jistgħu jibdew jitkabbru f'Malta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 29324 u 28518
Leg 11 PQ #30863 Sitting 429 2011-12-07 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

immigranti irregolari li ġew ripatrijati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm immigranti irregolari (boat people) li ġew ri-allokati matul l-2011? Lejn liema pajjiżi ġew ri-allokati? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin dawk li ġew ri-allokati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2011 sas-6 ta’ Diċembru, ġew rilokati jew risistemati 328 immigrant meqjusa bħala boat people,175 lejn l-Istati Uniti u 153 lejn il-Ġermanja. Il-persuni kienu ġejjin minn dawn il-pajjiżi: Eritrea – 170 Etjopja – 17 Somalja – 136 Sudan – 5 Kien hemm ukoll immigranta irregolari oħra, mhux meqjusa li ġiet bid-dgħajsa, li ukoll ġiet rilokata lejn Stat Membru tal-UE differenti taħt mekkaniżmu tal-UNHCR.

Binjiet ħdejn l-Università ta' Malta

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema huma l-binjiet li nbnew matul l-aħħar ħames snin, binjiet ġodda fil-precincts tal-Università ta' Malta f'Tal Qroqq? Kemm qed jinbnew binjiet bħalissa? Kemm hu maħsub li jkun it-total tal-investiment meta jiltestew dawn il-binjiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar — xogħol fuq ir-restawr tas-Salini

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta, fiżikament hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq ir-restawr tas-Salini, f'San Pawl il-Baħar? X'inhu x-xogħol kollu li mistenni jsir bħala parti mix-xogħol programmat? X'inhuma maħsuba li jkunu l-ispejjeż involuti biex dan ix-xogħol ikun jista' jitlesta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi fis-Salini huwa ppjanat li jinbeda fl-ewwel gimgħa ta' Jannar 2012. Dan ix-xogħol jikkonsisti fir-restawr tax-Ximenes Redoubt, bini ta' Underpass taħht Triq is-Salini, restawr tas-Salini, bini mill-ġdid tal-huts, tindif tal-garigue u reabilitazzjoni tas-salt marsh u landscaping. Huwa stmat li l-progett ser jiswa madwar 7 miljun Ewro u huwa ffinanzjat mill-fond EAFRD tal-Unjoni Ewropea.

Sajjieda full-time u part-time

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 30648 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilha u tagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa, in-numru ta' sajjieda full-time u part-time rispettivament, li huma reġistrati f'kull waħda mil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il Distrett Elettorali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

studenti li qed jippreparaw għall-ezżamijiet tas-SEC

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' studenti li bħalissa qed jattendu fl-iskejjel tal-gvern u li qed jippreparaw għall-eżamijiet tas-SEC fil-bijoloġija, kimika u fiżika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

studenti li qed jippreparaw għall-eżamijiet tas-SEC

Question

Tista' l-Minsitru tagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa n-numru ta' studenti fl-iskejjel tal-gvern li qed jippreparaw għall-eżamijiet tas-SEC fl-Ispanjol, fil-Ġermaniż u fl-Għarbi rspettivament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

numru ta' għalliema Għawdxin li qed jaħdmu Malta

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' għalliema Għawdxin li qed jaħdmu Malta? F'liema skejjel tal-gvern qed jagħtu s-servizz tagħhom dawn l-għalliema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

informazzjoni fuq swieni u mtieħen

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux informazzjoni dwar fejn kien hawn swieni mħaddma mill-bhejjem, u fejn kien hemm imtieħen tar-riħ li kienu jintużaw biex itellgħu l-ilma għal użu agrikolu? Jekk le, jista' l-Ministeru jipprova jiġbor tali informazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29352, ninfurmah li ma jeżistux records dwar kemm il-sienja kien hawn f’Malta, L-Onorevoli Interpellant japprezza li l-stess irdieden tar-riħ li jtellgħu l-ilma (Chicago Type Wind Pumps) li daħlu Malta snin ilu, kienu ssostitwew l-użu tas-sienja mħaddma mill-bhejjem.

tiswija ta' mtieħen

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm jistgħu jissewwew u jerġgħu jibdew jaħdmu mill-ġdid imtieħen biex jittella' l-ilma tal-pjan? Jista' jipprova jassigura li dawk l-imtieħen li għadhom jeżistu ma jitħallewx jitkissru bħalma ġralhom bosta oħra matul is-snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29352

importazzjoni ta' inbid

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' nbid li ġie importat f'Malta matul l-ewwel għaxar xhur tal-2011? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm minn dan l-inbid ġie Malta minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

persuni awtorizzati biex jipproduċu l-ġbejniet

Question

Jista' l-Minsitru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni (raħħala) li huma awtorizzati li jipproduċu ġbejniet għall-bejgħ fis-suq lokali? X'tip ta' kontroll iwettaq il-Ministeru biex jassigura li ma jkunx hemm produzzjoni u bejgħ ta' dan il-prodott minn persuni li mhumiex awtorizzati jagħmlu dan il-prodott?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-Gvern qiegħed jipprapara liġi maħsuba biex tikkontrolla l-produzzjoni u bejgħ ta’ ġbejniet. Filwaqt li nirreferi għall-ewwel parti tat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28052, dawk li għandhom merħla ta’ anqas minn għaxar nagħġiet u/jew mogħoż, dawn se jibqgħu jkunu jistgħu jbiegħu il-ġbejniet tagħhom direttament lill-konsumatur biss. Minn dawn hemm 1,004 raħħal. Għal dawk il-216 ir-raħħal li għandhom merħliet akbar, huwa maħsub li dawn ser ikunu regolati b’din il-ligi sabiex ikunu jistgħu jimmarkaw il-ġbejniet tagħhom b’markatura sanitarja u jpoġġuh fis-suq b’mod kummerċjali. Madankollu, preżentement diġà isiru spezzjonijiet lill-produtturi minn Uffiċjala mis-Servizz Veterinarju biex iwettqu kontrolli fuq is-saħħa tal-merħla tagħhom, il- welfare ta' dawn l-annimali u l-iġjene tal-operazzjonijiet relatati mal-produzzjoni tal-ħalib u tal-ġbjeniet. Isiru wkoll spezzjonijiet għand persuni li m’humiex reġistrati meta jkun hemm suspett ta’ trobbija jew produzzjoni illegali ta' annimali u l-prodotti li joriġinaw minnhom.

spezzjonijiet fuq laħam li jiġi minn barra

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jwettaqx spezzjonijiet fuq laħam li jinġieb fis-suq lokali minn barra l-pajjiż biex jiġi assigurat li dan il-laħam ma jkollux fih elementi li jistgħu jqarrqu bil-konsumatur li jista' jixtri tali laħam?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li spezzjonijiet fuq konsenji ta’ laħam li jiġu mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq dawk li jiġu minn barra l-Unjoni Ewropea, jsiru b’mod regolari. Skont l-Att dwar is-Sigurta` fl-Ikel 2002, kif ukoll skont ir-Regolamenti dwar Twaħħil ta’ Tikketti, Preżentazzjoni u Riklamar t’Oġġetti tal-Ikel, kull prodott ippakkjat għandu jkollu tikketta bil-partikolaritajiet kif inhu preskritt fl-imsemmija Regolamenti. (Avviż Legali Nru 483 tal-2004) Fil-każ ta’ prodotti tal-ikel li ġejjin mill-Unjoni Ewropea, l-ispezzjonijiet isiru meta dawn jaslu Malta u l-istess l-ispezzjonijiet isiru minn tim ta’ uffiċċjali li ġejjin mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, uffiċċjali mid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji, uffiċċjali tad-Dwana kif ukoll il-Pulizija. Rigward prodotti tal-ikel li ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, l-ispezzjonijiet ta’ dawn il-prodotti jsiru qabel ma jkunu rilaxxati mid-Dwana. Jittieħdu passi skont kif titlob il-liġi fil-każ li t-tikketta tal-prodott ma tikkonformax mar-regolamenti msemmija.

mains tal-ilma li nbidlu

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien it-tul ta' mains tal-ilma li nbidlu matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena? F'liema lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il Distrett Elettorari saru bidliet minn dawn il-mains?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.