Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proprjetajiet tal-Gvern offruti għall-bejgħ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proprjetajiet tal-Gvern fis-7, 11 u 12-il Distrett Elettorali hu mistenni li jiġu offruti għall-bejgħ matul is-sena li ġejja?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli għall-Kompetizzjoni Ġusta u l-Konsumatur.

kawzi kostituzzjonali dwar diskriminazzjoni politka

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-każijiet ta' kawzi, u kawżi kostituzzjonali dwar diskriminazzjoni politika li nqatgħu fl-ewwel stadju, kif ukoll wara l-appell minn 1987 sal-lum?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari tal-Onor. Membru jiġi rilevat li ma tinżamm l-ebda statistika ta’ kemm ġew deċiżi kawżi u kawżi kostituzzjonali rigwardanti diskriminazzjoni politika kemm fi stadju ta’ prim’istanza u kemm fi stadju ta’ appell. Kien hemm ukoll it-Tribunal Ghall-Investigazzjoni tal-Ingustizzji li bejn t-2 ta’ Ġunju, 1997 sal-1 ta’ Diċembru 1997 quddiemu kienu ġew ippreżentati 1,234 kawża li jittrattaw materja ta’ ingustizzji, u li fosthom seta’ kien hemm kawżi li kellhom ukoll element ta’ diskriminazzjoni politika.

rikonoxximent ta' bdiewa fl-għelieqi tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każijiet fejn talbiet għar-rikonoxximent ta' bdiewa fl-għelieqi tal-gvern wara t-talbiet li kienu saru snin ilu, li għadhom mhux milqugħa? Kemm kienu l-każi li ġew uffiċjalment aċċettati u kemm kienu uffiċjalment rifjutati?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

prodotti agrikoli esportati u importati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' prodotti agrikoli ġew esportati matul l-2011 u kemm prodotti agrikoli ġew importati matul dan l-istess perjodu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazjoni fuq prodotti agrikoli lijkunu mpurtati f’Malta u esportati minn Malta tista’ tinkiseb mill-Ufficju Nazzjonali tal-Istatistika u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija lill-Minstru konċernat.

San Pawl il-Baħar — ftehim dwar rotot li jgħaddu minn Triq Toni Bajjada

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi diskusjonijiet bejn Transport Malta u l-Arriva, biex ikun hemm almenu rotta waħda ta' karozzi tal-linja li jgħaddu minn Triq Toni Bajjada, San Pawl il-Baħar, fid-direzzjoni ta' Bugibba/Qawra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9428 Sitting 434 2011-12-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Open plots

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-inizjattiva b'mod immedjat biex l-open plots li ġew identifikati mill-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex, jingħalqu immedjatament minn ħaddiema tal-Gvern, u dan possibilment qabel ma s-sajf jidħol aktar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li se nagħti f’mistoqsija parlamentari numru 9739.
Leg 11 PQ #9739 Sitting 434 2011-12-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta' ħitan

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex kemm jista' jkun malajr jinbnew il-ħitan li huma meħtieġa fl-open plots li fadal fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u dan biex ma jibqax iċ-ċans li nies irresponsabbli jużaw dawn il-plots bħala skip?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li wara li saru diskussjonijiet bejn il-MEPA u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali sar qbil, li fejn hemm "open sites" li l-Enforcement tal-MEPA jew diġa ħarġet notifika ta' infurzar minħabba li qed tintuza’ għar-radam ta' skart jew minħabba "injury to amenity", il-kunsill lokali b'konsultazzjoni mal-MEPA jitlob li jitnaddaf is-sit u jinbena ħajt ta' mhux aktar minn tmien filati. Bi qbil ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, l-ispejjeż biex isir dan il-ħajt jittieħed mill-Urban Improvement Fund tal-lokalità u meta jiġu rifusi dawn l-ispejjeż jerġgħu jitpoġġew fil-fond imsemmi.
Leg 11 PQ #12296 Sitting 434 2011-12-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — passi neċessarji għall-identifikazzjoni ta' open plots

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex is-siti li ġew identifikati bħala open plots f'diversi nħawi ta' Malta, u b'mod partikolari dawk li ġew identifikati mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u għaddew għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jingħalqu matul ix-xhur li ġejjin biex b'hekk ikunu diġà magħluqa qabel ma jibda l-istaġun tas-sajf li ġej?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 9739.

ARMS Ltd — Kontijiet maħruġa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' ilmenti li rċeviet l-ARMS Ltd għal dawk li huma kontijiet, matul il-perjodu Lulju - Settembru 2011? Jista' jagħti tagħrif dwar minn liema lokalitajiet kienu ġejjin dawn l-ilmenti, lokal lokal?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #30561 Sitting 434 2011-12-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewopra

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea, li qed jistennew li jinħarġilhom il-permess mingħand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar , fis-7, 11 u 12-il Distrett Elettorali? Jekk iva, liema huma dawn il-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-informazzjoni jekk proġett huwiex finanzjat mill-Unjoni Ewropea bdiet tinżamm fis-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mit-tmintax ta' Ottubru 2010 għall-applikazzjonijiet sottomessi minn din id-data l-quddiem. Għalhekk skont is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-awtorità għandha pendenti tmien (8) applikazzjonijiet, li ġew sottomessi wara t-tmintax ta' Ottubru 2010, li jikkonsistu f'proġetti li huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.

WSC — Customter Charter - stallazzjoni tas-servizzi tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Customer Charter tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Jista' jagħti tagħrif għal dak li jirrigwardja stallazzjoni ta' servizzi tal-ilma, jekk kienx hemm każijiet fejn is-servizz ma ġiex stallat għand l-applikant, fil-perjodu stabbilit fl-istess charter?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Customer Charter tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma daħal fis-seħħ f’Lulju ta’ din is-sena. Kopja ta’ dan iċ-charter qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Minn Ġunju sal-aħħar ta’ Novembru 2011 kien hemm 1024 applikazzjoni għal servizz ġdid tal-ilma, li minnhom 371 damu aktar mit-30 jum speċifikati fl-istess Customer Charter.

informazzjoni dwar kontijiet tad-dawl/ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' kontijiet tad-dawl/ilma li jintbagħtu kull sena? Kemm minn dawn huma kontijiet li jintbagħtu fir-residenzi u kemm jintbagħtu lil konsumaturi oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

tfal li għandhom xi tip ta' kanċer

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm preżentament hemm tfal li għandhom ħames snin, bejn ħamsa u għaxar snin u bejn 10 u 15-il sena (tal-aħħar żgħażagħ) li huma rikoverati fl-isptar minħabba xi tip jew ieħor ta' kanċer?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fix-xahar ta’ Novembru 2011 kien hemm medja ta’ 3 pazjenti bejn l-etajiet imsemmijja li ġew rikoverati kuljum fl-Isptar Mater Dei bħala inpatients sabiex jirċievu kura għall-kanċer. Kien hemm ukoll medja ta’ 7 pazjenti bejn dawn l-etajiet li attendew l-Isptar Mater Dei bħala day cases kuljum sabiex jirċievu xi tip ta’ kura għall-kanċer, bħal testijiet tad-demm, trasfużjonijiet tad-demm jew chemotherapy. L-istess pazjent jista’ jiġi rikoverat għall-kura, kemm bħala inpatient , kif ukoll bħala day case , iktar minn darba fl-istess perjodu.

ħsarat rapportati mill-bdiewa wara l-maltemp

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' ħsarat ġew rapportati mill-bdiewa wara l-aħħar maltempata? Minn fejn saru dawn ir-rapporti skont il-lokalità?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li t tipi ta' ħsarat li ġew rapportati kienu: telf u garr ta’ ħamrija mill-għelieqi, ħsara u telf tal prodott li kien qed jitkabbar (kemm dak li kienu għadhom kif ġew miżrugħa kif ukoll dak li kien kiber sew), xi ħsarat fuq strutturi agrikoli bħal ma huma ġibjuni, u ħsarat fuq il-ħitan tas-sejjieħ, specjalment dawk li kienu ta' lqugħ. L-aktar inħawi li ġew milqugħa kienu l-inħawi li fin naħa tal-majjistral u tramuntana ta’ Malta li jinkludu l-Baħrija (limiti tar-Rabat), Ħad Dingli, u l-Mellieha. .

dar tal-anzjani tal-Mellieħa — talbiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti minn anzjani biex jintbagħtu bħala residenti fid-dar tal-anzjani tal-Mellieħa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta’ talbiet pendenti biex anzjani jidħlu fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa huwa 153.

Università tat-Tielet Età — persuni li jattendu

Question

Tista' l-Minsitru tagħti informazzjoni dwar kemm hemm persuni li qed isegwu xi kors universitarju bħala parti mit-tagħlim fl-Università tat-Tielet Età? F'liema korsijiet qed jipparteċipaw dawn il-persuni li qed jattendu dawn il-korsijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

619 –il persuna qed jattendu l-Università tat-Tielet Età, 568 f'Malta u 51 ġewwa Għawdex. Hemm tliet ċentri – tnejn f'Malta, ġewwa l-Furjana u ġewwa Tas Sliema u wieħed f'Għawdex. Għalkemm l-Università tat-Tielet Età tagħmel parti miċ-Ċentru Ewropew tal-Ġerontologija, fl-Università ta' Malta, ma tagħtix korsijiet universitarji. Il-membri jistgħu jattendu għal 16-il study unit fiċ-ċentru tal-Furjana, 8 fiċ-ċentru f'Tas Sliema u 4 f'Għawdex. Kull study unit jieħu 8 lezzjonijiet ta' sagħtejn –il waħda. Wieħed ma jistax igħid kemm nies jipparteċipaw f'kull study unit għax l-attendenza m'hijiex obbligatorja.

Numru ta' liċenzji ta' taxis

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' liċenzji ta' taxis li kienu jitħallsu sal-2010? Xi ħtieġa nbidlet biex tali liċenzja tkun tista' tiġi mġedda din l-istess l-liċenzja? Kif kienu nfurmati dwar il-bidliet li kienu ser iseħħu fil-mod ta' kif toħroġ il-liċenzja, dawk li kellhom liċenzja preċedentement? Kemm minn dawn il-liċenzji ġew imġedda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sal-31 ta' Ottubru 2010 kienu jeżistu 200 liċenzja ta' taxi f'Malta u 50 f'Għawdex. It-tiġdid ta' dawn il-liċenzji kien isir flimkien mat-tiġdid tal-liċenzja taċ-ċirkolazzjoni bħal kull vettura privata oħra. Ir-regolamenti dwar Servizzi tat-Taxi (L.S. 499.59) li daħlu fis-seħħ nhar l-1 ta' Novembru 2010 ma' bidlu xejn fil-proċess ta' tiġdid ta' dawn il-liċenzji, għalkemm żiedu dritt annwali ta' tiġdid ta' €250 għal kull vettura biex tkopri l-ispejjez relatati mat-trażmissjoni ta’ informazzjoni mit-tassimetru u t- tracking system . Din il-bidla kienet diskussa u maqbula mar-rappreżentanti tas-settur qabel ma' ġew ippubblikati dawn ir-Regolamenti. Mid-data tad-dħul tar-Regolamenti hawn fuq imsemmija, il-liċenzji kollha li kienu diġà eżistenti ġew imġedda, ħlief għal tliet liċenzji ta' taxis f’Għawdex li huma attwalment iggaraxxjati.

Ċirkewwa/Mellieħa — rotot għal San Pawl il-Baħar

Question

Billi riċentement ġew introdotti rotot li miċ-Ċirkewwa/Mellieħa jmorru direttament fil-venda tal-Qawra, jista' l-Ministru jinvestiga l-possibbilità li uħud mill-karozzi tal-linja li jmorru f'din il-venda, jgħaddu minn Triq Toni Bajada San Pawl il-Baħar imbagħad matul l-kosta biex il-persuni li joqogħdu f'dawn l-inħawi jkollhom servizz dirett lejn Buġibba/Qawra bħalma kellhom qabel l-introduzzjoni tal-Arriva f'Lulju 2011?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li rriferejt it-talba tiegħu lil Transport Malta.

Skejjel tal-Ingliż awtorizzati

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm huma, u fejn jinsabu l-iskejjel tal-Ingliż li huma awtorizzati/liċenzjati li jgħallmu l-Ingliż, kemm lill-Maltin, kif ukoll lill-barranin f'Malta u Għawdex rispettivament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #30935 Sitting 433 2011-12-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Problema fuq ħsarat ta' Belisha Lights

Question

Billi fir-risposta tal-mistoqsijijet parlamentari 30524 u 30658 jidher li hemm problema dwar kif u fejn għandhom jiġu rapportati ħsarat fis-sistema tal-belisha lights, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema hu l-proċess korrett biex tali ħsarat ikunu jistgħu jiġu rapportati u msewwija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi ħsarat fis-sistema tal-belisha lights għandhom jiġu rappurtati fl-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali rispettiv. Dawn it-tip ta’ dwal huma devoluti lill-Kunsilli Lokali u għaldaqstant għandhom jissewwew mill-kuntrattur tal-istess Kunsill Lokali. Meta, l-belisha lights ikunu f’toroq arterjali/distributorji, ir-responsabbilità tagħhom taqa’ jew għand Transport Malta jew għand il-Korporazzjoni Enemalta skont fuq min ikun irreġistrat il- meter tal-elettriku. F’dawn il-każijiet, il-Kunsill Lokali għandu jirrapporta lil dawn iż-żewġ entitajiet li jaraw ta’ min tkun il-belisha lights u jmexxu huma.