Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet biex isiru spezzjonijiet fitosanitarji fuq siġar li ġew Malta minn barra (kemm mill-Ewropa kif ukoll le) matul is-sena li għaddiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Matul is-sena li għaddiet kien hemm tliet talbiet sabiex isiru spezzjonijiet fitosanitarji fuq siġar li waslu Malta minn barra. Dawn it-talbiet kienu jirriġwardaw tliet siġriet tal-palm.
Din l-informazzjoni ma tinkludix l-ispezzjonijiet ta’ nfurzar li saru fuq is-siġar bħala parti mis-sorveljanza tad-Direttorat tas-Saħħa tal-Pjanti u mhux wara xi talbiet partikolari.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess ta' tagging tal-klieb f'Malta u f'Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li min meta daħal fis-seħħ l-Avviż Legali 199 tal-2010 sas-7 ta’ Frar 2012, inħarġu 11,300 ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-klieb wara li ġew istallati b’microchip. Tajjeb li ngħid ukoll li jekk wieħed jinkludi dawk il-klieb tal-PET NET, in-numru jitla’ għal madwar 22,000 kelb microchipped.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-culverts tal-ilma li hemm fit-triq li min-Naxxar tieħu għas-Salina jiġu spezzjonati għaliex jidher li hemm partijiet minnhom li huma mblukkati bil-konsegwenza li qed ifuru meta tkun x-xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq la hi arterjali u lanqas distributorja skont l-istructure plan u għalhekk hi responsabbiltà tal-kunsill lokali rispettiv.
Transport Malta — Talbiet pendenti għar-reserved parkings
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar bħalissa kemm hu n-numru ta' talbiet pendenti li hemm quddiem il-bordijiet ta' Transport Malta biex jiġu approvati talbiet għar-reserved parkings fl-inħawi ta' lokalitajiet tat-12-il distrett elettorali? Meta ltaqa' l-aħħar l-istess bord?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm ħdax-il każ pendenti. Il-Bord għal Parkeġġ Riżervat għal Persuni b'Diżabbiltà ltaqa' l-aħħar fit-2 ta' Frar 2012.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx żviluppi ġodda għal dak li jikkonċerna l-bini tas-Selmun Place Hotel? Jista' jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li ma ssirx ħsara lill-istess bini?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi il-proċess tal-bejgħ tal-lukanda Selmun għadu għaddej. Il-post huwa mgħasses b’servizz ta’ security sabiex jiġi assikurat li-l-lukanda ma tiġix vandalizzata jew żarmata.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex applikazzjonijiet għall-istallazzjoni ta' servizzi tal-ilma li ilhom pendenti għal iktar minn sitt xhur? Jekk iva, f'liema lokalitajiet u x'inhuma r-raġunijiet għal dan id-dewmien?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta' kontromandati li ntalbu minn dawk li kellhom mandati ta' sekwestru kontra tagħhom? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa mill-istess Qorti, u dan għall-perjodu Jannar - Diċembru 2011?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Risposta għall-Qorti Ċivili ta’ Malta:
B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Membru fil-perjodu bejn Jannar – Diċembru 2011 kien hemm 1470 kontrosekwestri li minnhom:
Akkordati – 1441
Akkordati limitatament – 10
Miċħuda – 10
Astjeniet (milli tieħu konjizzjoni) – 1
Rtirati/Kanċellati – 5
Pendenti – 3
Ma tinżammx statistika dwar min mill-partijiet ikun talab il-ħruġ tal-kontromandat.
Risposta għall-Qorti ta’ Għawdex:
Matul is-sena
2011
kienu preżentati tlieta u sebgħin (
73
) kontro mandat ta’ sekwestru li ntlaqgħu kollha kemm huma. Tali kontro mandati jinħarġu wara li jkun sar il-pagament oġġett tas-sekwestru relattiv jew inkella wara li jkun intlaħaq ftehim bejn il-partijiet. Ikun hemm każijiet ukoll – mhux ħafna – fejn issir garanzija bankarja mill-intimat.
Inoltre matul l-istess żmien kienu preżentati erba’ (
4
) rikorsi ai termini tal-artikolu 836 tal-Kap.12 fejn intalbet ir-revoka ta’ mandati ta’ sekwestru kawtelatorji. Minn dawn, tnejn (
2
) intlaqgħu, wieħed (
1
) ġie miċħud filwaqt li l-ieħor għadu pendenti.
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-mandati ta’ sekwestru eżekuttivi, ukoll fl-istess żmien, kien hemm tlett (
3
) rikorsi ai termini tal-artikolu 281 tal-Kap.12 fejn intalbet ir-revoka ta’ tali mandati. Tnejn (
2
) minn dawn ġew milqugħa parzjalment, filwaqt li l-ieħor (
1
) għadu pendenti.
Ma tinżammx statistika dwar min mill-partijiet ikun talab il-ħruġ tal-kontromandat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li huma reġistrati li jieħdu ċ-children's allowance f'Malta, lokalità, lokalità? Kemm minn dawn il-persuni huma mniżżla bħala li huma single persons?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Qed nissottometti fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
*Vide PL 9318 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa 29 ta' Frar 2012 f'Seduta 452
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-informazzjoni miġbura mill-Vehicle Activated Sign li ġiet stallata fit-triq ta' bejn iż-żewġ mini (qrib l-Università), Santa Venera/Msida f'dak li hu n-numru ta' vetturi li qed jaqbżu l-40 kilometru fis-siegħa, indikat fuq il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li 85.8 % tal-vetturi ġew irrekordjati li eċċedew il-veloċità ta’ 40 kilometru fis-siegħa. Nippreċiża li l-veloċita’ ta’ 40 kilometru fis-siegħa mhix l-ispeed limit ta’ din il-parti tat-triq u l-Vehicle Activated Sign (VAS) in kwistjoni huwa apparat li jintuża għal skop informattiv, u għaldaqstant ikun mpoġġi madwar 100 metru qabel il-parti tat-triq fejn ikun hemm l-istess speed limit u li f’dan il-każ huwa aktar l-isfel mill-pożizzjoni fejn kien l-istess VAS, u cioè fuq il-pont tal-Imsida.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-marinas li kienu identifikati li jistgħu jsiru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (Planning Authority) fis-snin disgħin u li sal-lum għadhom ma sarux? Liema minn dawn is-siti hekk identifikati kienu studjati mill-Awtorità Marittima ta' Malta (qabel) jew minn Transport Malta aktar riċenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.30955.
San Pawl il-Baħar — ftehim dwar rotot li jgħaddu minn Triq Toni Bajjada
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi diskussjonijiet bejn Transport Malta u l-Arriva, biex ikun hemm almenu rotta waħda ta' karozzi tal-linja li jgħaddu minn Triq Toni Bajjada, San Pawl il-Baħar, fid-direzzjoni ta' Bugibba/Qawra?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 31079.
Madankollu, ninsab infurmat li l-passiġġieri li jkunu jridu jirkbu mill-inħawi ta’ Triq Toni Bajada jistgħu jirkbu jew ir-rotta 41 minn Triq il-Mosta jew inkella jirkbu r-rotta 31 hi u dieħla l-venda ta’ Buġibba minn fejn Tlajjet il-Bognor.
San Pawl il-Baħar — tibdil fir-rotot li jgħaddu minn Triq Ġulju
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma r-rotot tal-karozzi tal-linja li qed jgħaddu minn Triq il-Ġilju, San Pawl il-Baħar, billi dawn il-karozzi qed jikkawżaw danni lit-triq tant li partijiet sostanzjali minnha tkissru matul l-aħħar xhur? Jista' l-Ministeru jassigura li din it-triq ma tibqax titkisser b'dan il-mod konsegwenza ta' dan is-servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn Triq Ġulju jgħaddu r-rotot hekk kif gej:
Rotta 31
Rotta 12
Rotta X3
Rotta 221
Rotta 223
Rotta 401
Infurmat ukoll li Transport Malta se tinvestiga x’tip ta’ ħsarat qed isiru u x’inhi l-kawża.
Xemxija — limiti tal-Fekruna - tiswija fuq it-triq
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fit-telgħa tax-Xemxija, qabel id-daħla lejn l-inħawi magħrufa bħala tal-Fekruna, issir it-tiswija neċessarja tal-istess triq li ġralha ħafna ħsara matul dawn l-aħħar jiem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li saru interventi biex tissewwa ħsara f’din il-parti tat-triq.
MEPA — talbiet pendenti fuq estensjonijiet ta' farms
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dawk li huma estensjonijiet ta' farms/irziezet tal-bdiewa bħalissa?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-istess awtorità għandha quddiema pendenti għoxrin (20) applikazzjoni għall-estensjionijiet, alterazzjonijiet u upgrading ta' farmstal-annimali.
It-tfittxija saret fuq applikazzjonijiet li għandhom fil-proposta waħda mill kliem
farm, cow, cattle, bull, heif, calf, calves, poultry, hen, chicken, broiler, fattening, layers, sheep, ruminant, goat, rabbit, pig, sow
, razzett, baqra, baqar, barri, għoġol, tiġieġ, ngħaġ, muntun, mogħża, mtaten, fniek, ħanżir, ħnieżer, maqjel, mqajjel.
Dipartiment tal-Agrikultura — talbiet pendenti mill-bdiewa
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa li bħalissa għandhom talbiet pendenti mad-Dipartiment tal-Agrikultura għal dawk li huma għajnuniet biex jinbnew ġibjuni għall-ħażna tal-ilma?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Peress li l-informazzjoni mitluba f’din it-talba hija parti minn numru ta’talbiet f’applikazzjonijiet aktar wiesgħa u għalhekk trid tinġabar permezz ta’ analiżi tal-applikazzjonijiet individwali, biex din l-informazzjoni tinġabar huwa meħtieġ aktar żmien u għaldaqstant tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm ordnijiet biex jinqatlu annimali mill-farms tagħna minħabba xi tip ta' mard fuq l-istess farms matul l-2011? Jekk iva, kemm inqatlu u fejn jinsabu l-farms konċernati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
BirdLife — tneħħija ta' ħaxix ħażin minn taħt siġar
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31510, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba l-BirdLife neħħew ħaxix niexef li jkun hemm taħt is-siġar (almenu f'dawk il-partijiet li huma l-eqreb lejn it-triq prinċipali) kif ukoll kemm-il darba saret żabra ta' siġar li huma qrib l-istess triq biex jiġi evitat li jinġabar materjal li jista' jaqbad taħt l-istess siġar?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ħruġ ta' mandati fil-konfront ta' persuni żbaljati
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31492 u b'mod partikolari għall-parti tar-risposta li tgħid "inoltre jekk jintalab il-ħruġ ta' mandat fil-konfront ta' persuna żbaljata, din tal-aħħar dejjem tista' tirrikorri għall-Qrati għar-rimedji skont il-liġi" jista' l-Ministru jara li f'dawn il-każijiet kemm l-ispejjeż meħtieġa kif ukoll il-ħin ikkunsmat biex tiġi stabbilita l-verità (b'dannu għan-nies innoċenti) jitnaqqsu minħabba l-konsegwenzi ta' tali mandati?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jigi sottomess li l-ligi diġà tipprovdi għal tali sitwazzjonijiet. Għal dan il-għan issir referenza għal art. 836 (4) tal-Kap 12, fejn il-liġi ripprovdi ”Il-Qorti ghandha tiddeċidi dwar ir-rikors b’urgenza jew in camera jew wara s-smigħ tal-avukati tal-partijiet, jekk jidhrilha xieraq, iżda ma tiġix iffisata iktar minn seduta waħda għal dan il-għan.”
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru totali ta' ħaddiema impjegati mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bħalissa? Jista' jagħti tagħrif dwar kif inhuma maqsuma dawn l-impjiegi skont il-funzjonijiet differenti li għandha l-istess awtorità?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru totali ta' ħaddiema impjegati mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bħalissa, huwa ta' 481 impjegat, li huma maqsuma hekk:-
Chairman's Office - 6
Audit Office - 1
Public Relations - 2
Customer Care Unit - 6
EPC Members - 11
EPC Secretariat - 14
On Loan with Planning Appeals Board - 1
CEO's Office - 4
Front Office Help Desk - 2
Documentation and Records Centre - 5
Gozo - 2
Operations - 6
Plotting - 3
Vetting - 5
Mailroom - 6
Corporate Services
Director's Office - 4
Contracting / EUIF - 2
Finance Unit - 9
Gozo Office - 3
Human Resources Unit - 7
Information Communication Technology - 10
Land Survey Unit - 22
Mapping Unit - 22
Support Services - 5
Enforcement Directorate
Administration and Audit Section - 6
Direct Action Section - 4
Enforcement Director's Office - 5
Mainstream Enforcement Section - 33
Environment Protection Directorate
Director's Office - 7
European Union & Multilateral Affairs - 15
Gozo Office - 1
Inspectorate - 2
Unit A - 20
Unit B - 15
Unit C - 23
Unit D - 30
Planning Directorate
Develoment Control Division - 71
Director's Office - 4
Forward Planning Division - 39
Gozo Office - 4
Information Resources - 6
Legal Office - 6
Unpaid / Seconded / Redeployed / Suspended
Unp
aid
- 20
Seconded
- 9
Redeployed
- 2
Suspended
- 1
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti għall-clearance mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, biex ikunu jistgħu jsiru xogħlijiet ta' kostruzzjoni/resurfacing tat-toroq residenzjali? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn it-toroq?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha 6 talbiet għall-clearance pendenti rigward xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew resurfacing ta’ toroq residenzjali. Dawn huma:
Lokalità Numru ta’ talbiet pendenti
San Gwann 1
Pembroke 1
Kalkara 2
Żabbar 1
Dingli 1