Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar — ftehim dwar rotot li jgħaddu minn Triq Toni Bajjada

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31366 u 31787, billi l-ebda waħda mir-risposti mhi qed issolvi l-problema tal-persuni li joqogħdu fl-inħawi, u li tilfu s-servizz tat-trasport pubbliku li kellhom, jista' l-Ministru jara li jiġi assigurat li t-trasport pubbliku jerġa' jibda jaqdi lil dawn l-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — arbli tad-dawl

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31786, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-Korporazzjoni Enemalta tibda tispezzjona ukoll l-arbli normali billi qed jiġri li arbli tad-dawl jew jitqaċċtu jew jinqalbu meta jkun hemm il-maltemp u dan jista' jġib miegħu danni lil diversi nies?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

MEPA — toroq imkissra madwar l-uffiċċji

Question

Billi numru ta' toroq madwar l-inħawi tal-uffiċċji tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, (mhux dawk li qed isir ix-xogħol fuqhom) tkissru matul l-aħħar ġimgħat, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi raġuni partikulari għaliex qed iseħħu dawn il-ħsarat estensivi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

informazzjoni dwar bini ta' toroq mill-protokoll Taljan

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mit-toroq li kellhom isiru mill-ħames protokoll Taljan, fil-fatt tlestew? Meta ntlaħaq il-ftehim biex dan il-protokoll jintuża għall-ewwel darba biex jinbnew it-toroq arterjali f'pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — Talbiet pendenti għar-reserved parkings

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 31679, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' talbiet għall-reserved parking li kienu kkunsidrati matul l-2011 għal-lokalitajiet tat-12-il Distrett Elettorali, lokalita, lokalità? Kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u kemm ġew rifjutati?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Burmarrad — Triq Prinċipali

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji, biex malajr kemm jista' jkun jiġi assigurat li x-xogħol li għandu jsir fit-triq prinċipali ta' Burmarrad, isir u dan għall-benefiċċju ta' dawk kollha li jgħaddu minnha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol kellu jiġi pospost minħabba l-maltemp u se jkun qed isir fil-ġimgħat li ġejjin.

Care orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' care orders li ħarġu matul l-2011? Minn liema lokalitajiet kienu dawk li għalihom ħarġu dawn il-care ordres? X'età kellhom dawk li għalihom inħarġu dawn il-care orders?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Matul is-sena 2011 inħarġu 71 Ordni ta’ Ħarsien. § 20 minn dawn inħarġu għall- asylum seekers mhux akkumpanjati. Dawn il-minuri oriġinaw mis-Somalia, c-Chad, Mali, l-Ivory Coast, n-Niger, l-Ethiopia, l-Eritrea, l-Ghana u l-Cameroon. 3 Care Orders inħarġu meta l- asylum seekers kellhom 17- il sena. 11 il-Care Order inħarġu meta l- asylum seekers kellhom 16 -ilsena. 3 Care Orders inħarġu meta l- asylum seekers kellhom 15 –il sena. 2 Care Orders inħarġu meta l- asylum seekers kellhom 14 -il sena. Ordni ta’ Ħarsien waħda nħarġet meta l- asylum seeker kellhu 13-il sena. § Il-51 Ordni ta’ Ħarsien l-oħra inħarġu fuq minuri li jinsabu segwieti minn Agenzija Appogg. Lokalità Numru ta’ Ordnijiet ta’ Ħarsien maħruġa fl-2011 Bengħajsa 4 Birgu 2 Birkirkara 3 Birżebbugia 6 Bormla 7 Ingilterra 3 Fgura 2 Qormi 1 Qrendi 1 San Pawl il-Baħar 2 Siġġiewi 1 Valletta 1 Wied il-Għajn 5 Żabbar 9 Żejtun 1 Żurrieq 2 Kellna oħra li ma kellniex dettalji minn liema lokalita kienet. L-etajiet tal-minuri li nħarġet l-imsemmija Ordni favur tagħhom huma dawn: 2011 9 tat-twelid 2010 2 ta’ sena 2009 6 ta’ sentejn 2008 2 ta’ tliet snin 2007 3 ta’ erba’ snin 2006 3 ta’ ħames snin 2005 2 ta’ sitt snin 2004 5 ta’ seba’ snin 2003 6 ta’ tmien snin 2002 2 ta’ disa’ snin 2000 3 ta’ ħdax il-sena 1999 2 ta’ tnax il-sena 1998 2 ta’ tlettax il-sena 1997 1 ta’ erbatax il-sena 1996 1 ta’ ħmistax il-sena 1995 1 ta’ sittax il-sena Kellna oħra li ma għandhiex id-dettalji tad-data tat-twelied tagħha.

MEPA — applikazzjonijiet pendenti fix-Xemxija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, għal dak li jirrigwarda bini, jew alterazzjonijiet, fl-area tax-Xemxija?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-istess awtorità għandha quddiema erbatax-il applikazzjoni għal żviluppi fiż-żona tax-Xemxija. It-tfittix sar fuq applikazzjonijiet pendenti li l-indirizz tagħhom jaqra waħda mit-toroq annessi hawnhekk. Dawret In-Nafragju, Xemxija, l/o San Pawl il-Baħar Dawret in-Nawfraġju, Xemxija Ix-Xemxija, l/o Rabat Mistra, l/o St. Paul's Bay Mistra Road, San Pawl Il-Baħar Mistra Village, Xemxija N/S at Xemxija, Xemxija Pwales Road, San Pawl Il-Baħar Trejqet Għar Berbaħ, Xemxija, St Paul's Bay Triq Ġdida, Xemxija Triq Il- Ħaġra L- Wieqfa, San Pawl Il- Baħar Triq Il-Fekruna, San Pawl Il-Baħar Triq il-Preistorja, Xemxija Triq Ir- Ridott, San Pawl Il- Baħar Triq Is-Simar, San Pawl Il-Baħar Triq Katerina Vitale, San Pawl Il-Baħar Triq L-Awwista, San Pawl Il-Baħar Triq L-Imgiebaħ, St. Paul's Bay Triq L-Oqbra Puniċi, San Pawl Il-Baħar Triq Maqdes Megalitiku, San Pawl il-Baħar Triq Piscopo Macedonia, San Pawl Il-Baħar Triq Raddet Ir-Roti, San Pawl Il-Baħar Triq Raddet Ir-Roti, Triq Gdida Fi, San Pawl Il-Baħar Triq tal-Fjuri, Xemxija, St. Paul's Bay Triq Xatt il-Pwales, Xemxija Xemxija, San Pawl Il- Baħar Xemxija Hill, San Pawl Il-Baħar

Dipartiment tal-VAT — persuni reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħi tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni/kumpaniji li huma reġistrati mad-dipartiment tal-VAT, għal dawk li huma kumpaniji ta' kostruzzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni/kumpaniji li huma reġistrati mad-dipartiment tal-VAT, għal dawk li huma kumpaniji ta' kostruzzjoni hu ta’ 2884.

Applikazzjonijiet pendenti fuq naturalizzazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal dawk li huma naturalizazzjoni, bħalissa, quddiem id-dipartiment ikkonċernat? Minn liema pajjiżi huma dawk li qed jitolbu li jiġu naturalizzati Maltin?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar — tibdil fit-toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31370, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu r-rotot li kienu jgħaddu minn Triq Ġulju, San Pawl il-Baħar, qabel ma daħlet fis-seħħ il-bidla fit-Trasport Pubbliku fit-3 ta' Lujlu, 2011? Billi qed jirriżulta ukoll li Triq Għawdex, San Pawl il-Baħar qiegħda ukoll tbati effett tal-karozzi tal-linja li qed jgħaddu minnha, jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta jieħu passi biex isaħħaħ il-bini ta' din l-istess triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi qabel it-3 ta’ Lulju 2011 kien hemm rotta waħda li kienet tgħaddi minn din it-triq, jiġifieri r-Rotta 645. Infurmat ukoll li Transport Malta qed tistħarreġ dwar il-kundizzjoni ta’ Triq Għawdex.

Korporazzjoni Enemalta — spezzjonijiet regolari fuq l-arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni Enemalta tagħmilx spezzjonijiet regolari fuq l-arbli li għandha kemm biex tipprovdi d-dawl (arbli bil-bozoz fuqhom) kif ukoll dawk l-arbli li magħhom hemm imwaħħla l-cables tal-elettriku?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li ssir spezzjoni fuq arbli ta’ vultaġġ għoli waqt li arbli ta’ vultaġġ baxx jinbidlu skont il-ħtieġa.

Kuntatti bejn Transport Malta u l-Ministeru — Triq Toni Bajjada - trasport

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31366, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux jew le kuntatti bejn Transport Malta u l-Ministeru minħabbba dan is-suġġett ta' trasport għal Triq Toni Bajjada?

Response (GATT, AUSTIN)

Iva.

Qorti — kontromandati

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 31682, billi minn 1470 talba jidher li 1441 kontramandati ġew akkordati, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar jekk dan ifissirx li fil-parti l-kbira tagħhom il-mandati oriġinali kienu b'xi mod barra minn lokhom u li konsegwenza tagħhom mijiet ta' persuni daħlu f'inkwiet żejjed?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

B’referenza għad-domanda tal-Onor. Membru jiġi sottomess li l-maggoranza assoluta tal-kontro-mandati jsiru wara li jkun sar ħlas jew tkun saret garanzija b’cedola ta’ depożitu, jew għax ikun intlaħaq ftehim bejn il-partijiet. Għalhekk żgur li dan ma jistax b’xi mod jiġi interpretat li fil-parti l-kbira tagħhom il-mandati oriġinali kienu b'xi mod barra minn lokhom u li konsegwenza tagħhom mijiet ta' persuni daħlu f'inkwiet żejjed.
Leg 11 PQ #31838 Sitting 445 2012-02-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xewkija - xogħol fiċ-Ċimiterju Santa Marija

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq l-estensjoni taċ-Ċimiterju Santa Marija tax-Xewkija wara li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvat l-estensjoni tal-istess ċimiterju? Tista' tagħti tagħrif dwar kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal xiri ta' oqbra f'dan iċ-ċimiterju u meta hu mistenni li jsiru l-kuntratti tax-xiri?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq l-estensjoni hu mistenni li jibda wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Finanzi biex tkun tista' tinħareġ l-offerta għax-xogħlijiet u jsiru l-kuntratti. It-talbiet pendenti jammontaw għal 278. Il-kuntratti ser isiru wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Finanzi.

Użu ta' Żebgħa li ma tiżloqx għal road markings

Question

B'referenza għall-mistoqisja parlamentari 31648 u r-referenza għan-numru ta' passaġġi ta' vetturi f'sena, li skont ir-risposta ivarja bejn 2 miljuni u 22 miljun passaġġ fis-sena, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhuma maqsuma skont it-toroq partikolari dawn l-intensitajiet tat-traffiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba relattiva għas-sena 2011.

numru ta' kawżi pendenti quddiem l-Qrati Maltin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huwa n-numru ta' kawżi pendenti quddiem il-Qrati Maltin, bħalissa? F'liema partijiet tal-Qrati tagħna huma pendenti dawn l-istess kawżi?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Tweġiba mill-Qorti Civili ta’ Malta: B’referenza ghall-interpellazzjoni tal-Onor Membru in-numru ta’ kawzi pendenti quddiem il-Qrati ta’ Malta huwa s-segwenti: Qrati Numru ta’ kawzi pendenti Qorti Kostituzzjonali 54 Qorti tal-Appell (Superjuri) 777 Qorti tal-Appell (Inferjuri) 324 Qorti Civili Prim’ Awla 4593 Qorti Civili Prim’ Awla (Sede Kostituzzjonali) 199 Qorti Civili (Sezzjoni tal-Familja) 1282 Qorti tal-Magistrati (Civil) 1147 Bord tal-Arbitragg dwar l-Artijiet 199 Bord li Jirregola l-Kera 455 Bord dwar il-Kontroll ta’ Kiri ta’ Raba’ 106 Tribunal ghal Qsim tal-Wirt 18 Tribunal tal-Appell tal-Kompetizzjoni u Konsumatur 3 Tribunal ta’ Revizjoni Amministrattiva 339 Tribunal ghal Talbiet Zghar 1147 Twegiba mill-Qorti ta’ Għawdex: Kawżi pendenti: ĠURISDIZZJONI ĊIVILI (sal-aħħar tas sena 2011) Superjuri (Familja u Ġenerali) 548 Inferjuri 76 Qorti tal-Appell – Inferjuri 7 Total 638 Mill-figura mogħtija għas-Superjuri hemm 46 kawża li hija differita sine die filwaqt illi fil-Ġurisidzzjoni Inferjuri hemm 7 hekk differiti. Dawn il-figuri jirreferu għal kawżi biss (rikorsi ġuramentati) u ma jinkludux rikorsi oħrajn jew mandati ta’ inibizzjoni. ĠURISDIZZJONI KRIMINAL (sal-aħħar tas-sena 2011) Kawżi Sommarji 36 Kumpilazzjonijiet 226 Dwana 1 Eco Tax 0 VAT 77 Sanita’ 0 ETC 12 Labour And Emigration 1 ALE 36 MEPA 0 Traffiku 43 Kolliżjonijiet 1 Tad-Distrett 449 Minuri 4 Health & Safety 0 Tal-Familja 0 Letters of Request 0 Libell (Kriminali) 0 Breach of Bail Conditions 0 Income Tax 3 Qorti tal-Appell (Inferjuri) 17 Twegiba mill-Qorti Kriminali ta’ Malta: Courts of Magistrates (Malta) -Criminal Jurisdiction PENDING 2011 Summary Proceedings 1161 Compilations 3082 Customs 86 Eco Tax 41 VAT 910 Health 222 ETC 77 Labour And Emigration 119 ALE 21 Planning Authority 15 Traffic 650 Collisions 271 Districts 4032 Minors 22 Health & Safety 65 Family Court 262 Letters of Request 7 Libel Criminal 14 Breach of Bail Conditions 6 Income Tax 349 Criminal Courts (Superior) PENDING 2011 Trials by Jury 94 Court of Criminal Appeal (Inferior) 606 Court of Criminal Appeal (Superior) 52

numru ta' persuni li qed jirċievu ċ-children's allowance

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni taħt l-20 sena li qed jirċievu ċ-children's allowance? Kif inhuma mqassma dawn l-istess persuni skont il-lokalità li ġejjin minnha?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qed nissottometti fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Bugibba u Qawra — lukandi magħluqa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx lukandi li kienu magħluqa fl-inħawi ta' Bugibba u l-Qawra, inkluz San Pawl il-Bahar, li hu mistenni li jinfetħu mill-ġdid fil-ġimgħat li gejjni?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Shooting ranges — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges madwar Malta u Għawdex? Meta ġiet aġġornata l-aħħar darba l-policy dwar ix-shooting ranges?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorià ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-istess Awtorità għandha quddiemha applikazzjoni waħda pendenti għal shooting range. L-infomazzjoni ġiet miġbura mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet pendenti li fil-proposta tagħhom għandhom waħda mill-kliem shooting jew sparar. Bħalissa għadejjin diskussjonijiet mal-Weapons Board fi ħdan il-Ministeru ta' l-Intern u Affarijiet Parlamentari bl-iskop li eventwalment jiġi aġġornat il- policy guidance . Dawn id-diskussjonijiet għandhom jiġu konklużi fi żmien qarib.