Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-fortizzi storiċi li huma reġistrati mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f'Malta u f'Għawdex?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA ma żżomx reġistru ta' fortizzi, imma tiġbor inventarju għal fini ta' skedar.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi il-fortizzi li s'issa ġew skedati mill-MEPA
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jsir xi xogħol partikolari fuq l-għases li hemm fis-7, il-11 u t-12 il-distrett elettorali, matul ix-xhur li ġejjin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ix-xogħol ta' manutenzjoni fl-Għases tal-Pulizija madwar Malta u Għawdex, huwa proċess li jsir kontinwament mit-Taqsima tas-Snajja tal-Korp skont kif u fejn ikun meħtieġ.
Għar-rigward tal-Għases fid-Disttreti Elettorali msemmija mill-Onorevoli Interpellant, ninsab infurmat illi ser jitkomplew ix-xogħolijiet li qed isiru ġewwa l-Għases ta’ Ħaż Żebbuġ, il-Mellieħa u n-Naxxar, filwaqt li ser jibda x-xogħol fuq l-Għassa tar-Rabat.
Ma’ dan ta’ min jgħid illi matul is-sena l-oħra saru wkoll diversi xogħolijiet fl-Għases ta’ Ħal Balzan, l-Imġarr u l-Għadira.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' kawżi pendenti li hemm quddiem il-bord tal-kera?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Qorti Ċivili ta’ Malta
B’referenza għad-domanda tal-Onor. Membru in-numru ta’ rikorsi pendenti quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera huwa 462
Qorti ta’ Għawdex
Quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera hemm 18-il rikors pendenti.
San Pawl il-Baħar — skola primarja - xogħol infrastrutturali
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol infrastrutturali li hemm il-ħsieb li jsir fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar skont ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30566?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ix-xogħol infrastrutturali fl-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar huwa mistenni li jibda fis-sajf li ġej.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti ta' restawr li hu mistenni li jinbdew matul din is-sena? F'liema każijiet se jkun hemm għajnuna minn fondi Ewropej biex dan ix-xogħol ikun jista' jsir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
San Pawl il-Baħar — tfal li jużaw Learning Support Assistants
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tfal li jattendu l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar, u li għandhom is-sapport tal-learning support assistants?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa hemm 34 tifel jew tifla li jattendu l-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar li għandhom is-sapport tal-learning support assistants.
Skola primarja tal-San Pawl il-Baħar — tfal fil-kindergarten
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' tfal li daħlu fil-kidergarten, fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar fil-bidu tas-sena skolastika u fil-bidu tat-tieni term? Kemm hu mistenni li jkun hemm tfal ġodda li jidħlu f'dan il-livell fit-tielet term?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’Ottubru daħlu 108 student fis-sezzjoni tal-Kinder 1
Fl-ewwel term daħlu 8 student oħra ġodda fil-Kinder.
Fit-tieni term daħlu 34 student ġdid fil-Kinder.
Bħalissa n-numru tat-tfal fil-Kinder 1 hu ta’ 150, peress li man-numru ta’ tfal li tajna għall-bidu taż-żewġ
terms
hemm ukoll tfal li daħlu matul is-sena.
Fit-tielet term nistennew tfal ġodda bħal dejjem u naħsbu li l-medja tkun ta’ 8 ġodda.
Lukandi f'San Pawl il-Baħar u Mellieħa — skemi mill-MTA
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm lukandi li jinsabu fil-Mellieħa u San Pawl il-Baħar (inkluż Buġibba u Qawra) li talbu biex jingħataw għajnuna mill-iskemi mħabbra mill-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu għal dan it-tip ta' għajnuna?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-Iskema tat-Turiżmu Sostenibbli għall-Intrapriżi hija skema taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għat-Turiżmu, Kultura u Ambjent. Inħargu tliet sejħiet taħt din l-iskema li fihom kien hemm 31 lukanda li jinsabu fil-Mellieħa u San Pawl il-Baħar li tefgħu applikazzjoni għall-fondi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx gradwati li spiċċaw il-kors ta' avukat/nutar, li għamlu l-eżami tal-warrant u li għadhom qed jistennew biex jingħataw dan il-warrant? Jekk iva, kemm huma dawn l-istudenti?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent hemm 87 avukat u prokuratur legali wieħed, li qed jistennew biex jingħataw il-warrant.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każijiet li jinsabu pendenti quddiem it-tribunal tal-konsumatur, bħalissa? Kemm ilu pendenti l-iktar wieħed minn dawn il-każijiet?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li hemm 575 każ pendenti quddiem it-Tribunal tal-Konsumatur. L-aktar każ li ilu pendenti hu dak li ġie rreġistrat mat-Tribunal fis-16 ta’ Ottubru 2008 u li l-aħħar seduta tiegħu saret fil-15 ta’ Novembru 2011. Dan il-każ qiegħed għas-sentenza. Nixtieq inżid li biex kemm jista' jkun jitnaqas id-dewmiwn tal-każijiet quddiem it-Tribunal u l-konsumatur ikun mgħoqdi aħjar, ġew maħtura tliet arbitri ġodda u bħalissa hemm erba' arbitri jisimgħu l-każijiet.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex trinka mħaffra mill-Korporazzjoni Enemalta fi Triq it-Turisti, l-Qawra, tibqa' mhux mogħtija l-aħħar wiċċ, minkejja li x-xogħol fuq il-cable kien lest? Meta tħaffret l-istess trinka?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-aħħar saff ta’ tarmac ġie mgħoti nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Frar u x-xogħol issa tlesta.
Jista' l-Minstru jagħti tagħrif dwar jekk għadx hemm il-ħsieb li jitwaqqfu iktar swieq tal-bdiewa f'diversi nħawi ta' Malta? Jekk iva, meta u fejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21264, ninfurmah li bħalissa qed isir e¿erċizzju biex tkun evalwata l-esperjenza miksuba sabiex tkun stabbilita x’titjib hemm b¿onn li jsir sabiex ikun stabbilit ukoll jekk l-għanijiet li għalih twaqqfu dawn is-swieq humiex filfatt qiegħdin jintlaħqu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Ministeru jkunx infurmat meta f'Malta jiddaħħlu prodotti agrikoli fis-suq lokali, kemm għal dak li jikkonċerna kwantità, kif ukoll it-tip tal-prodott li jitqegħed fis-suq?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal prodotti mpurtati li joriġinaw minn pajjiżi terzi hemm sistema ta’ Border Inspection Post f’liema sistema l-impurtatur jrid jinnotifika u jiċċertifika l-informazzjoni neċċessarja. Din id-dikjarazzjoni tinkuldi kemm x’jkun il-prodott kif ukoll il-kwalità tiegħu. Rigward prodotti li oriġinaw minn stati membri li jitpoġġew fis-suq trid tingħata notifika li tinkudi l-isem tal-prodott u l-kwalità skont kif determinat fl-Avviż Legali 315 tal-2004 maħruġ taħt kap 449.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm pulizija li kienu involouti fit-tqassim tal-voti madwar Malta u Għawdex għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tal-10 ta' Marzu? Kemm kien hemm pulizija f'kull lokalità u kemm kien in-numru li tqassam, ras għal ras, f'kull lokalità, minn kull pulizija?
Jista' l-Prim Ministru jagħti taghrif dwar kemm kien f'kull lokalità n-numru ta' voti li ma tqassmux? X'wassal biex f'ċerti lokalitajiet in-numru ta' voti mhux imqassma kien wieħed kbir ħafna?
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'tip ta' xogħol hu mistenni li jinbeda fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar, matul iż-żmien li ġej?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’din l-iskola hu mistenni li jsiru xogħolijiet sabiex jinbnew sitt klassijiet ġodda, se jitkabbru sitt klassijiet eżistenti u se jsir xogħol sabiex ikun jista’ jiġi installat lift biex b’hekk din l-iskola tkun aċċessibli għall-kulħadd.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' applikazzjonijiet għall-bini ta' farms tal-annimali li huma pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar preżentament? Għal liema tip ta' annimali huma l-applikazzjonijiet pendenti bħalissa? F'liema lokalità jinsabu dawn l-applikazzjonijiet?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-istess Awtorità għandha quddiema pendenti ħmistax (15)-il applikazzjoni għall-bini ta' farms tal-annimali ġodda.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
It-tfittxija saret fuq applikazzjonijiet li għandhom fil-proposta waħda mill-kliem farm, cow, cattle, bull, heif, calf, calves, poultry, hen, chicken, broiler, fattening, layers, sheep, ruminant, goat, rabbit, pig, sow, razzett, baqra, baqar, barri, għoġol, tiġieġ, ngħaġ, muntun, mogħża, mtaten, fniek, ħanżir, ħnieżer, maqjel, mqajjel.
BirdLife — tneħħija ta' ħaxix ħażin minn taħt siġar
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31510, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba l-BirdLife neħħew ħaxix niexef li jkun hemm taħt is-siġar (almenu f'dawk il-partijiet li huma l-eqreb lejn it-triq prinċipali) kif ukoll kemm-il darba saret żabra ta' siġar li huma qrib l-istess triq biex jiġi evitat li jinġabar materjal li jista' jaqbad taħt l-istess siġar?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żona msemmija tinsab ġo sit li ġie protett bħala Natura 2000 minħabba l-biodiversita li fih. It-tneħħija ta’ ħaxix niexef jew iż-żbir tas-siġar mhumiex parti mill-immaniġjar ta’ dawn it-tip ta’ siti għaliex il-ħaxix niexef jifforma ekosistema fih innifsu. Dan huwa bżonnjuż sabiex ma tintilifx il-ħamrija u tinżamm l-umdita fil-ħamrija fix-xhur kiefra tas-sajf. Għaldaqstant, sabiex tiġi evitata ħsara f’każ ta’ nirien u bħala parti mill-immanġjar tas-sit, fir-riserva tas-Simar hemm 'fire extinguishers' li huma miżmuma skont l-aħjar prattiċi f’każ ta’ xi nar fiż-żona taħt ir-responsabbilita tal-Birdlife. Ikun hemm ukoll 'watchmen' iħares is-sit erba' u għoxrin siegħa kuljum. Fil-qrib hemm stazzjonati d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li jistgħu jiġu msejħa mill-'watchmen' f'każ ta' nirien. Dawn kollha huma miżuri li qed jittieħdu bħala prekawzjoni sabiex jiġu evitati inċidenti li jistgħu jkunu ta' dannu għal dan is-sit importanti.
San Pawl il-Baħar — toroq li għandhom bżonn it-tarmac
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol preparatorju biex Triq il-Konventwali u Triq Ġdida fi Triq Konventwali, San Pawl il-Baħar ikunu jistgħu jingħataw it-tarmac?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Bugibba — informazzjoni dwar proġetti li qed isiru
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk jistax ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti marbutin mal-water park f'Bugibba, l-estensjoni tal-masġar ta' Kennedy (Kennedy Grove) u x-xogħol li qed isir fuq is-salini fis-Salina?