Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu matul l-2011 il-każijiet fejn l-Korporazzjoni Enemalta intalbet taqla' arbli , wires jew bozoz min fejn kienu minħabba li jkun se jsir bini ġdid fil-lokalitajiet tas-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-każijiet fejn il-Korporazzjoni Enemalta intalbet, permezz tal-applikazzjoni ‘D’, biex taqla’ arbli, wires jew bozoz minn fejn kienu minħabba li jkun se jsir bini ġdid fil-lokalitajiet tas-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali tul is-sena 2011 huwa kif elenkat hawn taħt:
Distrett
Numru ta’ każijiet
7
37
11
30
12
53
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33075, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif jista' Malti li għandu ukoll ir-rekwiżiti ta' residenza skont il-liġi elettorali, jiġi reġistrat bħala votant, jekk bħalissa mhux hekk reġistrat, għal xi raġuni jew oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ċittadin Malti li għandu r-rekwiżiti kollha skont Artikolu 57 tal-Kostituzzjoni u m’għandux xi skwalifika skont Artikolu 58 tal-istess Kostituzzjoni, u bħalissa mhux reġistrat bħala votant, għandu jmur l-Uffiċċju Elettorali biex japplika fuq il-formola skedata fil-liġi dwar Elezzjonijiet Ġenerali (Kap.354), sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Marzu, 2012 minħabba li d-data tal-għeluq tar-reġistru elettorali li jmissu jkun ippubblikat f’April, 2012, hija l-31 ta’ Marzu, 2012, sabiex ismu u l-partikolaritajiet tiegħu jiġu mdaħħla fl-imsemmi reġistru.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33076, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma r-raġunijiet li l-applikazzjonijiet pendenti għal home help għadhom mhux mogħtija servizz? F'kull lokalità, kemm ilha pendenti l-aktar talba qadima li għad trid tiġi kkunsidrati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu l-mod li bih titmexxa l-proċedura ħalli jkun hemm stallazzjoni ta' bozza ġdida, fi ħdan il-Korporazzjoni Enemalta? Wara li kunsill lokali jkun applika għal tali bozza x'inhuma d-diversi proċessi li jintużaw ħalli dik il-bozza titwaħħal?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi il-proċess li bih issir stallazzjoni ta’ bozza ġdida jikkonsisti f’żewġ partijiet. Fl-ewwel parti il-Kunsill Lokali jissotometti l-proposta lill-Enemalta biex tiġi vvetjata. Il-proposta tiġi ċċekjata mill-street lighting section u approvata jew le mill-Manager. Il-Kunsill Lokali jiġi nfurmat bir-riżultat. Fit–tieni parti wara li l-kunsill lokali jkun installa l-bozza, jissotometti applikazzjoni biex tiġi kkonnetjata mas-sistema tal-elettriku. Din tiġi pproċessata flimkien ma’ applikazzjonijiet oħra bħalha.
San Pawl il-Baħar — Triq it-Turisti - arbli mwaħħla fuq il-bankina
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienet ir-raġuni li għaliha twaħħlu fuq il-bankina numru ta' arbli fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar? F'każijiet fejn l-arbli jiċċaqilqu minħabba ħteġijiet ta' bini li jkun se jinbena, min ikun responsabbli ħalli dawk il-wires jergghu jitpoġġew f'posthom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-arbli li twaħħlu fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar saru biex jkun jista’ jsir twaqqih ta’ bini. Hija responsabbiltà tal-Enemalta li terġa’ tpoġġi l-wires li jappertjenu lill-Enemalta mal-bini, jekk ikun meħtieġ, wara li l-bini jkun tlesta.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li għandhom 'il fuq minn 18-il sena u li għandhom ċittadinanza Maltija? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' votanti reġistrati fir-reġistru elettorali ta' Malta u Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onor Interpellant illi n-numru ta’ Maltin irreġistrati bħala votanti, fir-reġistru elettorali ta’ Malta u Għawdex skont l-aħħar reġistru ppubblikat, jiġifieri dak ta’ Ottubru 2011 huwa ta’ 328,088.
L-informazzjoni mitluba għall-ewwel parti tal-mistoqsija qed tiġi miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. L-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-persuni li qed jingħataw is-servizz ta' home help f'kull waħda mil-lokalitajiet tas-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali? Ma' din l-informazzjoni, jista' jagħti tagħrif dwar kemm huma n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti minn persuni li jixtiequ/għandhom bżonn dan il-home help u li għandhom applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' pazjenti li hemm rikoverati fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Kemm minn dawn il-pazjenti m'għandhomx il-karta tal-identità maqluba fuq l-istess residenza? Kemm kien in-numru ta' persuni rikoverati f'din ir-residenza, u li marru jivvotaw fid-diversi lokalitajiet li kellhom l-elezzjoni tal-kunsill lokali nhar is-Sibt 10 ta' Marzu, 2012? Kemm marru jivvoaw f'kull lokalità u b'liema mezzi ta' trasport inġarru dawk li fil-fatt ivvotaw barra mir-residenza?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta' pazjenti li hemm rikoverati fir-Residenza San Vinċenz de Paule jammontaw għal-elf mija u sebgħa u erbgħin sodda, (1,147) maqsuma bħala tlett mija u erba’ u tletin irġiel (334), tmien mija u erba nisa (804) u disa’ sodod respite.
Meta teskludi id-disa’ sodod
respite
peress li dawn il-pazjenti jidddaħlu ġewwa San Vinċenz għal perjodu definit u stipulat minn qabel, mill-aħħar Reġistru Elettorali li kien ippublikat kien hemm wieħed u disgħin (91) persuna li m'għandhomx il-karta tal-identità maqluba fuq l-istess residenza.
Mill-wieħed u disgħin (91) persuna eliġibli, kien hemm tlieta u tletin (33) persuna li marru jivvotaw fid-diversi lokalitajiet li kellhom l-elezzjoni tal-kunsill lokali nhar is-Sibt 10 ta' Marzu, 2012, u erba (4) minn dawn il-persuni kienu meħuda mill-qraba tagħhom filwaqt li l-persuni l-oħrajn ittieħdu bit-trasport ta’ San Vinċenz.
Peress li r-residenza San Vinċenz tinbidel f’post ta’ votazzjoni u tkun regolata lill-Kummisjoni Elettorali, l-informazzjoni ta’ kif jivvotaw u fejn ikunu jivvotaw jinzammu mill-Kummissjoni.
tibdil fir-rotta li tmur minn San Pawl il-Baħar għal Tas-Sliema
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċesarji biex il-karozza tal-linja li tmur tas-Sliema tibda tgħaddi minn San Pawl il-Baħar minflok ma tgħaddi mill-bypass, bil-konsegwenza li n-nies li joqogħdu San Pawl il-Baħar u li jridu jmorru tas-Sliema mhux qed jinqdew b'dan is-servizz minkejja li jgħaddi mill-inħawi ta' San Pawl il-Baħar?
Billi numru ta' toroq madwar l-inħawi tal-uffiċċji tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, (mhux dawk li qed isir ix-xogħol fuqhom) tkissru matul l-aħħar ġimgħat, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi raġuni partikulari għaliex qed iseħħu dawn il-ħsarat estensivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor interpellant sabiex ikun aktar speċifiku u jindika liema huma t-toroq li qed jirreferi għalihom fil-mistoqsija tiegħu
San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr u l-Mos — kwestjoni dwar parking
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' drabi, matul dawn l-aħħar xhur, Ottubru 2011sal-15 ta' Marzu 2012, fejn kien hemm ħruġ ta' permessi mill-Pulizija biex ma jkunx hemm parking f'xi parti partikulari ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, l-Imġarr u l-Mosta?
Jista' l-Ministru jagħti wkoll taghrif dwar jekk kienx hemm pulizija preżenti fuq il-post biex jassiguraw li ma jkunx hemm parking fil-postijiet indikati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma toħroġx permessi biex ma jkunx hemm parking. Però fejn ikun hemm xi attivitajiet pubbliċi, bħal ma huma purċissjonijiet reliġjużi, attivitajiet sporitiv, attivitajiet politiċi jew xi attivitajiet oħra li jkunu jirrikjedu li ma jkunx hemm vetturi ipparkjati f'xi toroq, il-Pulizija tagħmel dawk l-arranġamenti meħtieġa.
San Pawl il-Baħar, il-Qawra, l-Mellieħa u n-Naxxar — full complement ta' pulizija fl-għasses
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk bħalissa hemmx vacancies partikulari għal dak li hu l-full complement ta' pulizija, u uffiċjali oħra tal-pulizija li suppost qed iservu fl-għassa ta' San Pawl il-Baħar, il-Qawra, l-Mellieħa u n-Naxxar rispettivament? Jekk hemm, f'liema gradi huma l-uffiċjali nieqsa u x'qed isir biex il-vacancies jimtlew?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija fid-Distretti tal-Pulizija, inkluż dawk li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant mhux wieħed fiss u jvarja minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi u l-ħtiġijiet tal-kommunità.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti li bħalissa qed jitwettqu mill-Ministeru, jew waħdu, jew flimkien mal-privat, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? F'kull każ meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol li għaddej bhalissa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f’dawn il-ġranet għaddej ix-xogħol fuq l-iżvilupp ta’ Water Park f’Bugibba li hu mistenni li jitlesta sal-aħħar ta’ Mejju, il-proġett tas-Salini li jikkonsisti fir-restawr tax-Ximenes Redoubt, bini ta' underpass taħt Triq is-Salini, restawr tas-Salini, bini mill-ġdid tal-huts, tindif tal-garigue u reabilitazzjoni tas-salt marsh u landscaping, kif ukoll qiegħed isir xogħol ta’ manutenzjoni ġenerali fil-Pjazza ta’ Buġibba.
Jista' l-Mnistru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti li qed iwettaq il-Ministeru, bħalissa, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, kemm jekk dawn qed isir mill-Ministeru waħdu kif ukoll jekk qed isiru f'kollaborazzjoni mal-privat? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx proġetti oħra li mistenni jinbdew fil-futur?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-MTA bħalissa qed timplimenta proġett ERDF 033 bl-isem ta’ ‘Tourism Zone Upgrade with Landscaped Urban Spaces and other Facilities’. Dan il-proġett hu ko-finanzjat mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropeja. B’dan il-proġett qed isiru dawn l-interventi ġewwa San Pawl u l-Qawra:
- Bini ta’ akkwarju pubbliku ġewwa l-Qawra, estensjoni tal-
promenade
u faċilitajiet ta’ istitut għad-
‘diving’
. Dan il-proġett qed isir fuq bażi ta’ PPP mal-privat u huwa stmat li ġej jiswa aktar minn €15.6 miljun ewro (inkluż VAT) li €8.85 miljun (inkluż VAT) huma ko-finanzjati mill-
European Regional Development Fund
u ser jiġu investiti aktar minn €5.6 miljun inkluż VAT kuntrattur privat
- Tisbiħ tal-promenade ta’ San Pawl u krejazzjoni ta’
cantilevered gallery
b’valur ta’ madwar €1.3 miljun + VAT. Dan il-proġett għadu kif tlesta;
- Restawr tal-faċċati tat-Torri ta’ Wignacourt Tower ġewwa San Pawl il-Baħar. L-MTA bħalissa qed tipprepara d-dokumenti għas-sejħa għall-offerti għax- xogħol.
L-MTA bħalisa qegħda taħdem fuq proposta preliminari fuq proġett ta’
replenishment
fil-Bajja tal-Pwales jew kif inhi magħrufa aħjar il-bajja tax-Xemxija. F’dan il-punt l-awtorità minn fondi tagħha qed tipprepara l-proposti u tat bidu għall-istudji ambjentali neċessarji sabiex ikun jista’ jiġi mkejjel l-impatt ta’ din il-proposta
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' lukandi mill-inħawi ta' San Pawl il-Baħar li talbu li jieħdu sehem fid-diversi skemi ta' għajnuna mħabbra mill-gvern għal dan is-settur? Kemm kien in-numru ta' talbiet li ġew aċċettati, u kemm ġew rifjutati? Kemm hu l-ammont ta' flus li ġie approvat bħala għajnuna għal dawn il-persuni?
Response (DEMARCO, MARIO)
In-numru ta’ lukandi mill-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar li applikaw taħt it-tlett sejħiet kienu:
Call 1 - 6
Call 2 - 4
Call 3 - 5
In-numru ta’ talbiet li ġew aċċettati minn dawn kienu:
Call 1 - 2
Call 2 - 2
Call 3 - 1
L-ammont ta’ flus li ġew approvati:
Call 1 - €83,800.45 (co-financing: €36,103.68)
Call 2 - €450,872.80 (co-financing: €204,327.99)
Call 3 - €383,132.33 (co-financing: €191,566.17)
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'talbiet saru mis-sajjieda li joperaw mill-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u li għadhom pendenti, għal dawk li huma faċlitajiet meħtieġa fil-moll tal-Veccia, dak ta' Buġibba, u xi mollijiet oħra li jista' jkun qed jintużaw mis-sajjieda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull meta jkun hemm talba jew ilment dwar l-istat tal-faċilitajiet mis-sajjieda dawn dejjem ikunu nvestigati u l-passi meħtiġa jittieħdu.
Reċentement, fuq talba li saret għal tiswijiet fis-slipway ta’ ħdejn il-Veċċa, saret l-ispezzjoni meħtieġa u passi diġà qiegħdin jittieħdu biex dan ix-xogħol isir.
Barraminhekk fuq talba oħra, diġa ittieħdu passi biex il-Port ta’ San Pawl il-Baħar ikun dikjarat bħala ‘Designated Port’, li jfisser li s-sajjieda ser ikunu jistgħu jħottu il-qabda tal-ħut fil-Facilità li se jkun hemm fuq il-moll tal-Veċċa.
Nieħu l-opportunità biex nħabbar li diġa qed jitħejjew pjanijiet għal żvilupp f’din iż-żona għall-benefiċċju tas-sajjieda liema dettalji jitħabbru aktar 'il quddiem.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandhiex l- informazzjoni kollha dwar niċeċ u statwi li għandna f'kull belt u raħal f'Malta?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA għandha biss lista ta' dawk in-niċeċ u statwi li ġew skedati s'issa.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema inizjattivi ta' restawr ittieħdu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, matul l-aħħar snin? F'dawk li huma skemi, bħal dik tar-restawr tal-gallariji, jista' jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li s'issa bbenefikaw minn din l-iskema? Minn liema bliet/irħula kienu ġejjin dawk li bbenefikaw, u kemm kienet in-nefqa f'sussidji li saret s'issa?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA matul dawn l-aħħar snin nidhiet l-iskema għar-restawr tal-gallariji tradizzjonali tal-injam 8 darbiet. B'kollox ibbenefikaw 1028 applikant u l-ispiża totali tammonta għal €957,838. L-aħħar skema li tnidhiet (2007) kienet tapplika għaż-Żoni ta' Konservazzjoni Urbana tal-lokalitajiet kollha u dawk il-binjiet skedati. It-tabella anessa tindika l-ammont ta’ benfiċjarji, l-ammont totali ta' fondi u l-lokalitajiet fejn kienet tapplika kull skema.
Barra minn hekk, matul din is-sena, il-MEPA, flimkien mal-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment u mal-Ministru tat-Turizmu, Ambjent u Kultura, nidhiet ukoll l-iskema 'Investi f' Darek' għal dawk il-binjiet li huma skedati bħala Grad 1 jew Grad 2 jew li qiegħdin fiz-Zona ta' Konservazzjoni Urbana. Din l-iskema għada kif tħabbret fis-sbatax ta' Frar 2012 u s'issa kienu sottomessi ammont żgħir ta' applikazzjonijiet li għadhom fil-proċess ta' validazzjoni. L-applikazzjonijiet għal din l-iskema jagħlqu fl-aħħar ta' Ġunju 2012.
Apparti dawn l-iskemi, il-MEPA tipprovdi fondi għar-restawr mill-programm EIPP. Proġetti ta' restawr li bbenefikaw minn dan il-programm huma dawn:
1. Restawr tal-Fortizza ta Sant'Antnin il-Qala Għawdex li jammonta għal €55,900
2. Waterproofing f'Lascaris War Rooms il-Belt Valletta li jammonta għal €97,000
3. Xogħol ta' nterpretazzjoni Ambjentali fl-inħawi ta Ġebel Ciantar (limiti tas-Siggiewi) li jammonta għal €11,650
4. Xogħol ta' rijabilitazzjoni u restawr fl-inhawi ta’ Għar il-Kbir (limiti tas-Siġġiewi) li jammonta għal €11,650
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema binjiet storiċi qed jiġu restawrati bħalissa, permezz ta' għajnuna mill-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu? F'liema lokalità jinsabu dawn il-binjiet?