Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #34079 Sitting 466 2012-04-30 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korp Militari — membri ingaġġati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġew ingaġġati membri fil-Korp militari ta' pajjiżna, kull sena mill-2008 sal-lum? Kemm minn dawk li ġew ingaġġati, għandhom xi sengħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-ammont ta’ suldati li ġew ingaġġatti fil-Forzi Armati ta’ Malta sena b’sena mill-2008 sal-lum huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tfal li ġew fostered

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tfal li qed ikunu fostered preżentament? Min liema lokalitajiet huma (fejn joqogħdu) l-ġenituri li qed jagħmlu l-fostering preżentament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li prezentament, hemm 251 tifel u tifla li qed jigu fostered. Il-lokalitajiet fejn joqoghdu l-genituri li qed jaghmlu fostering jinsabu fil-lista hawn taht: Qormi Hamrun Zebbug Zurrieq Santa Venera San Giljan Fgura Mellieha Madliena Mosta Bugibba Ta' Xbiex Swieqi Naxxar Rahal Gdid Lija San Gwann Xemxija Gharb Xewkija Msida B'Kara Zabbar Sannat Xaghra Marsaskala Sliema Valletta Floriana Iklin Rabat Luqa Kirkop Pembroke Santa Lucija Ghaxaq Victoria Gharghur Munxar Siggiewi Senglea Mgarr (Malta) Attard Bormla Dingli Nadur Gharb Ibragg Tarxien Zejtun Bahrija Marsa Kercem Qawra Xghajra B'Bugia Qrendi Gzira Ta' Giorni Pieta Kalkara Balzan Marsaxlokk Swatar

Xemxija — San Pawl il-Baħar - Trejqet Għar Berbaħ u Triq is-Simar - xogħlijiet fuq mains tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'inhuma x-xogħlijiet li għandhom isiru fi Trejqet Għar Berbaħ u Triq is-Simar, Xemxija, San Pawl il-Baħar għal dak li jirrigwarda x-xogħol fuq mains tal-ilma fl-istess triq? Meta hu mistenni li x-xogħol kollu meħtieġ mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ikun finalizzati?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi x-xogħlijiet fi Trejqet Għar Berbaħ jinkludu main tad-drenaġġ u tibdil tas-servizzi ta’ l-ilma. Ix-xogħol fi Triq is-Simar jinkludi main tad-drenaġġ. Ix-xogħol f’din it-triq beda fis-26 t’ April 2012 u jrid jingħaqad ma xogħol ieħor fi Triq is-Simar stess. Ix-xogħol għandu jitlesta sas-Sajf.
Leg 11 PQ #15273 Sitting 465 2012-04-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet għand il-lands department

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' applikazzjonijiet li hemm għand il-Lands Department biex dawk li għandhom ristoranti jew bars ikunu jistgħu jagħmlu estensjonijiet tal-bankina quddiem il-post tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-applikazzjonijiet li għalihom qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant ma jsirux li-Dipartiment tal-Artijiet.
Leg 11 PQ #30519 Sitting 465 2012-04-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti fis-7, il-11 u t-12-il Distrett Elettorali, raħal b'raħal li qed iseħħu jew huma fil-proċess li jitwettqu, permezz ta' kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista tal-proġetti hekk kif mitlub skont is-sitwazzjoni kif kienet fl-aħħar tal-2011.
Leg 11 PQ #30806 Sitting 465 2012-04-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — materjal fil-barrieri

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tkunx f'qagħda li tikkontrolla l-materjal li jidħol fil-barrieri li hemm msemmija fil-mistoqsija parlamentari 30576?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat illi l-faċilitajiet awtorizzati li jieħdu skart mill-Industrija tal-Kostruzzjoni jew blat li jkun inqata' minn siti oħra huma suġġetti għall-Permess Ambjentali mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Għaldaqstant l-Awtorita' hija f'pożizzjoni li tagħmel kundizzjonijiet fil-permessi ambjentali rigward il-materjal li jista’ jidħol fil-barrieri, pero` ma tistax tikkontrolla fiżikament id-dħul ta' materjal ħlief għal spezzjonijiet spontanji fl-imsemmija barrieri.
Leg 11 PQ #30808 Sitting 465 2012-04-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Materjal ta' kostruzzjoni

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 30580, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm talbiet lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex issir esportazzjoni ta' materjal ta' kostruzzjoni kif indikat fir-risposta? Jekk iva, kemm kien hemm talbiet u kemm minnhom ġew aċċettati/approvati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li matul is-sena 2011 sal-llum, kien hemm numru ta' talbiet għal esportazzjoni ta' skart li minnhom ġew aċċettati 310 'l vjaġġ ta' materjal ta' kostruzzjoni li ġew esportati (dawn kienu jikkonsistu f'ħadid, aluminium, u materjal ta’ kostruzzjoni ieħor minbarra ġebel). Ta' min jgħid ukoll li ma kienx hemm l-ebda talba għall-esportazzjoni ta' materjal ta’ ġebel.
Leg 11 PQ #32349 Sitting 465 2012-04-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

pulizija involuti fit-tqassim tal-voti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm pulizija li kienu involouti fit-tqassim tal-voti madwar Malta u Għawdex għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tal-10 ta' Marzu? Kemm kien hemm pulizija f'kull lokalità u kemm kien in-numru li tqassam, ras għal ras, f'kull lokalità, minn kull pulizija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kummissjoni Elettorali li materji, inkluż tagħrif dwarhom, konnessi ma' proċessi elettorali mmexxija mill istess Kummissjoni skont kif jipprovdu l-Kostituzzjoni u l-liġijiet elettorali, jiġu ttrattati skont l-istess liġijiet.
Leg 11 PQ #32350 Sitting 465 2012-04-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

voti li ma tqassmux

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien f'kull lokalità n-numru ta' voti li ma tqassmux? X'wassal biex f'ċerti lokalitajiet in-numru ta' voti mhux imqassma kien wieħed kbir ħafna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ġiet ippublikata skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (5) tar-regolament 17 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali (Kap. 363), fil-Gazetta tal-Gvern tal-21 ta' Frar 2012, għal 34 Kunsill Lokali, u fil-Gażżetta tal-Gvern tat-28 ta' Frar 2012, għall-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema. Skont l-istess provvedimenti tal-liġi, r-raġunijiet ‘il għala d-dokumenti tal-votazzjoni ma tqassmux jinsabu elenkati f’paġna 2061 tal-Gażżetta tal-Gvern tal-21 ta’ Frar, 2012, għal 34 lokalità, u f’paġna 3481 tal-Gażżetta tal-Gvern tat-28 ta’ Frar 2012, għall-lokalità ta’ Tas-Sliema, permezz tal-ittri ‘A’ sa ‘F’ fiż-żewġ każijiet. Imbagħad fil-paġni sussegwenti, ħdejn kull isem u kunjom tal-votanti li d-dokumenti tagħhom ma tqassmux, tinsab ittra waħda li tispjega r-raġuni għala d-dokument ma tqassamx.

Persuni li għalqu l-età tal-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li għalkemm għalqu l-età tal-pensjoni baqgħu jaħdmu xorta waħda? Kemm minn dawn il-ħaddiema huma impjegati mal-gvern? X'inhi l-proċedura li trid tintuża biex persuna li taħdem mal-gvern tkun tista' tibqa taħdem minkejja li tkun għalqet l-età li tintitolaha għall-pensjoni?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor Interpellant li in-numru ta’ persuni li qed jirċievu il-pensjoni baqgħu fid-dinja tax-xogħol sal-20 ta’ April 2012 huwa ta’ 13,148. Għat-tieni u għat-tielet parti tal-mistoqsija parlamentari, nistieden lill-Onor membru biex jindirizzaha lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tad-Djar — skema ta' kiri mill-privat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' appartamenti li għalihom l-Awtorità tad-Djar intalbet li taċċetta skont l-iskema ta' kiri mill-privat? Kemm minn dawn l-appartamenti hu mistenni li jinkrew? F'liema lokalitajiet jinsabu l-postijiet li għalihom saru tali applikazzjonijiet, raħal raħal?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-Bord tal-Għażla indipendenti wasal fil-fażi konklussiva tal-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet illi ġew sottomessi sa issa. Għadu kmieni biex l-Awtorità ikollha stampa ċara ta’ kemm il-proprjetà ġew accettati u fejn qegħdin minħabba illi l-iskema tagħlaq fit-30 t’April, 2012.

Sajjieda reġistrati full-time u part-time

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' sajjieda li għandna reġistrati bħala full-time/part-time rispettivament? F'liema portijiet huma reġistrati tali sajjieda?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10183.

policies rigward sinjali tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-policies applikati minn Transport Malta, għal dawk li huma sinjali tat-traffiku fejn dawn jikkonċernaw it-tqegħid ta' tabelli mill-privat, kemm meta jitqiegħdu mal-art kif ukoll meta jitqiegħdu fuq xi arbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

reserved parking spaces

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' reserved parking spaces li tneħħew matul l-aħħar sena fuq ordni ta' Transport Malta fil-lokalitajiet tas-7, il-11 u t-12 il-distrett elettorali? Fl-istess perjodu kemm kien in-numru ta' dawn il-parking spaces li ġew approvati?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

San Pawl il-Baħar — restawr fuq it-torri Wignacourt

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol ta' restawr fuq it-torri ta' Wignacourt f'San Pawl il-Baħar?

Response (DEMARCO, MARIO)

Bħalissa l-konsulenti tal-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu fuq dan il-proġett flimkien mad-diliġenti ta’ “Din l-Art Helwa” qed jirrevedu dettalji tekniċi tar-restawr wara li reġa’ sar ‘rectified photogrammetric survey’ u qed jiġi ffinalizzat id-dokument tal-offerta għat-tender. Għaldaqstant ix-xoghol huwa mistenni li jkun jista jibda wara s-sajf li ġej.

Enemalta — arbli tad-dawl

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31786, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-Korporazzjoni Enemalta tibda tispezzjona ukoll l-arbli normali billi qed jiġri li arbli tad-dawl jew jitqaċċtu jew jinqalbu meta jkun hemm il-maltemp u dan jista' jġib miegħu danni lil diversi nies?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li spezzjonijiet fuq arbli normali jsiru indirettament bħala parti mir-rutina tax-xogħol ta’ kuljum. Bħal ma diġà ntqal, dawn jinbidlu skont il-ħtieġa.

Fireworks Festival

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-Fireworks Festival li se jinżamm matul dan ix-xahar din is-sena? F'liema lokalitajiet se jinżamm u meta nbdew id-diskussjonijiet mal-kunsilli lokali differenti dwar il-kordinazzjoni ta' dan l-istess festival fil-lokalitajiet differenti? Fil-każ ta' San Pawl il-Baħar, fejn se jinżamm dan il-festival u meta ġie deċiż li jintuża dan il-post għal dan il-għan?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-Malta International Fireworks Festival din is-sena ser isir bejn id-29 t’April u l-ewwel ta’ Mejju ġewwa l-Port il-Kbir il-Belt Valletta. L-ewwel jumejn ser naraw kompetizzjoni bejn sitt timijiet internazzjonali inkluż fabbrika tan-nar Maltija, dik ta’ San Mikiel ta’ Ħal-Lija filwaqt li fl-ewwel ta’ Mejju ser issir il-presentazzjoni lir-rebbieħa tal-festival u spettaklu tal-għeluq minn kumpanija Taljana. Marbut ma’ dan il-festival, ser isiru numru ta’ attivitajiet oħra bejn it-23 u t 28 ta’ April fejn ser jingħataw diversi wirjiet minn għadd ta’ kmamar tan-nar Maltin u barranin. Dawn l-attivitajiet ser jsiru fl-okkazjoni ta’ Konferenza Internazzjonali dwar il-logħob tan-nar (International Symposium on Fireworks) li ser issir għall-ewwel darba f’Malta fejn mistenni jattendu ’l fuq minn 300 delegat minn 40 pajjiż differenti minn madwar id-dinja għall-konferenza u numru sabieħ ieħor jakkumpanjawhom. Dawn l-attivitajiet ser isiru madwar Malta u Għawdex kollu u se jibdew l-Imdina (fl-inħawi tal-Imtarfa), ikomplu l-Mellieħa u San Pawl il-Baħar u fl-aħħar ġewwa l-Port il-Kbir. Is-Sibt pero’ id-delegati ser jittieħdu ġewwa l-Gżira Għawdxija fejn apparti li jaraw x’toffri din il-gżira ser jittieħdu ġewwa l-Għarb fejn ser issir l-attitivita’ magħrufa bħala “Seħer il-Punent”. Id-diskussjonijiet mal-kunsilli lokali fejn ser isiru l-attivitajiet msemmija bdew lejn l-aħħar nofs tas-sena 2011 u ġew ikkonfermati kollha sa Ottubru 2011. L-attivita’ ta’ San Pawl il-Baħar se ssir il-Ħamis 26 ta’April 2012 fil-promenade magħrufa bhala “Dawret il-Gżejjer” fejn se tittella wirja ta’ logħob tan-nar tal-art minn 8 kmamar tan-nar Maltin.

San Pawl il-Baħar — triq li ma saritx

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma r-raġunijiet li għalihom it-triq ta' wara l-Knisja tal-Karmnu, f'San Pawl il-Baħar, ma saritx minkejja li kellha ssir numru ta' xhur ilu? Min ressaq oġġezzjonijet ma' Transport Malta biex dan ix-xogħol ma jsirx? X'inhi l-pożizzjoni ta' Transport Malta dwar dawn l-oġġezzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Triq is-Simar, u Trejqet Għar Beraħ - bini tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'qed iżomm lil Transport Malta milli tibda l-proġett tal-bini ta' Triq is-Simar, u Trejqet Għar Beraħ, fix-Xemxija, San Pawl il-baħar? Meta ħarġu t-tenders għal dan ix-xogħol u kemm hu mistenni li jkun jiswa l-istess xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Immaniġġjar tat-traffiku u tal-ispeed

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tar-rapport dwar l-immaniġġjar tat-traffiku, u tal-ispeed f'Malta u f'Għawdex? Jista' jikkonsidra l-possibilità li dan ir-rapport jiġi diskuss fil-Parlament, fid-dawl tal-impatt li tali rapport għandu jħalli fuq it-traffiku f'Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-rapport in kwistjoni, bit-titlu "Speed Management on Malta Roads - Policy and Technical Guidance" huwa dokument ta' konsultazzjoni pubblika u għaldaqstant jinsab fuq is-sit elettroniku ta' Transport Malta (http://www.transport.gov.mt/News.aspx?newsid=2270&lid=1).