Legislature:
Category:
Reset
Active:

Car park attendants

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34422, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif jiġu awtorizzati joperaw minn xi lokalità partikulari dawn l-istess attendants?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li car park attendants jistgħu joperaw f’post ta’ parkeġġ skedat jekk ikollhom liċenzja maħruġa minn Transport Malta. Din il-liċenzja tinħareġ taħt il-kundizzjonijiet stipulati fir-regolament 65 tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur (L.S. 65.11). Kopja ta’ dan ir-regolament qed tiġi annessa ma’ din it-tweġiba.

Bus shelters — talbiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx talbiet ġodda għall-bus shelters/bus stops fil-lokalitajiet tas-7, l-11 u t-12-il distrett elettorali? Jekk iva fejn hemm dawn it-talbiet pendenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

binjiet storiċi qed jiġu restawrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema binjiet storiċi qed jiġu restawrati bħalissa, permezz ta' għajnuna mill-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu? F'liema lokalità jinsabu dawn il-binjiet?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu (MTA) bhalissa qed taħdem fuq numru ta’ progetti ta’ restawr u dawn huma: Gewwa Pembroke: · Restawr tat-torri tal-Madliena, · Restawr tal-‘British Military Defence Complex’ maġenb it-torri, · Kif ukoll restawr ta’ pont (bridge) li jghaqqad ‘patrol path’ u ‘sheltering room’ (ta’ zmien il-militar ingliz). Dawn qed jigu restawrati bhala parti mill-progett ta’ ko-finanzjament tal- Unjoni Ewropeja ‘Tourism Zone Upgrade with Urban Landscaped Spaces and other Facilities’ iffinanzjati mill-fond tal-ERDF. Gewwa l-Qawra: · Restawr ta’ Entrenchment wall. · Restawr ta’ pillbox ta’ zmien il-militar Ingliz. Dawn qed jigu restawrati bhala parti mill-progett ta’ ko-finanzjament tal- Unjoni Ewropeja ‘Tourism Zone Upgrade with Urban Landscaped Spaces and other Facilities’ iffinanzjati mill-fond tal-ERDF. San Pawl il-Bahar: · Restawr ta’ Gun Post ta’ zmien il-militar Ingliz. · Restawr ta’ Wignacourt Tower. Dawn qed jigu restawrati bhala parti mill-progett ta’ ko-finanzjament tal- Unjoni Ewropeja ‘Tourism Zone Upgrade with Urban Landscaped Spaces and other Facilities’ iffinanzjati mill-fond tal-ERDF. Apparti dawn, l-MTA ghadha kif irrestawrat ukoll nicca fit-telgha tal-Kurcifiss (Floriana). Din saret minn fond tal-MTA.

Qawra — rapporti dwar storbju

Question

Billi fil-media elettrronika ġie allegat li nhar il-Ħadd 13 ta' Mejju saru diversi rapporti fl-għassa tal-Qawra minħabba storbju, iżda minn naħa tal-pulizija min irraporta ġie nfurmat li l-pulizija kienu 'mħabbtin x'imkien ieħor', jista' l-Ministru jaghti taghrif dwar kemm kien hemm rapporti, jekk kien hemm, dwar dan is-suggett, fl-għassa tal-Qawra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Ħadd 13 ta’ Mejju 2012 l-Pulizija tal-Qawra kellha żewġ rapporti permezz ta’ telfonati anonimi dwar allegat storbju minn żewġ stabbilimenti fil-lokal u l-Pulizija aċċediet fl-inħawi indikati, iżda ma kien osservat ebda storbju. Infurmat ukoll illi l-unika telefonata li kien hemm, fejn min ċempel kien infurmat li l-Pulizija kienu fuq xogħol ieħor, kienet dwar parkeġġ. Pero’ anke dwar dan ir-rapport il-Pulizija ħadet azzjoni immedjata hekk kif lestiet mix-xogħol li kienet fuqu fil-ħin tat-telefonata. Infurmat ukoll illi l-Pulizija regolarment tagħmel ronda f’din il-lokalita' minħabba storbju ġġenerat minn stabbilimenti kummerċjali.

San Pawl il-Baħar — arresti minħabba storbju

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm arresti minħabba storbju, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar (il-lokalità kollha), matul l-ewwel xhur ta' din is-sena, sal-15 ta' Mejju?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi normalment, il-Pulizija ma taċċedix għall-arrest ta’ persuna fuq storjbu, sakemm l-istorbju ma jkunx relatat ma’ xi reat aktar serju jew il-persuna tonqos li tobdi l-ordni leġittima tal-Pulizija. Infurmat ukoll illi matul din is-sena ma kienx hemm okkażjonijiet li taw lok għal arrest ta’ xi persuna jew persuni minħabba storbju fl-inhawi ta’ San Pawl il-Bahar.

għoti ta' direct orders mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kontroll iwettaq id-dipartiment responsabbli mill-kunsilli lokali għal dak li jikkonċerna l-għoti ta' direct orders mill-kunsilli lokali differenti? Kull kemm hu mistennni li l-kunsilli lokali jagħtu rendikont tad-direct orders li fil-fatt jagħtu? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi limitu ta' kemm jistgħu jingħataw direct orders, bħala perċentwali mill-budget totali tal-kunsill, matul xi żmien partikulari?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waħda mill-funzjonijiet li għandha s-sezzjoni tal-moniteraġġ fi ħdan id-Dipartiment għall-Gvern Lokali hija l-iskrutinju tal-minuti tal-laqgħat tal-Kunsilli Lokali li jinkludu l-iskedi tal-pagamenti fejn il-Kunsill japprova l-infieq. Liema minuti ikunu għad-dispożizzjoni tal-Dipartiment għall-Gvern Lokali wara kull laqgħa li ssir. Kull meta jinstab xi nuqqas li jmur kontra r-Regolamenti Finanzjarji tal-Kunsilli Lokali (Avviż Legali 155 tal-1993), id-Dipartiment jinforma mill-ewwel lill-Kunsill ikkonċernat biex jagħti spjegazzjoni u jirregolarizza ruħu. Ikun hemm każijiet fejn il-Kunsill jiġi ippenalizzat għan-nuqqas tiegħu billi jitnaqqsulu fondi mill-allokazzjoni. Skont ir-Regolamenti “... ordnijiet, kuntratti, kull ftehim jew offerti li ma jkunux jeċċedu elf u mija u erbgħa u sittin euro u disgħa u sittin ċenteżmu (€1,164.69) għandhom ikunu awtorizzati mill-Kunsill….....kemm-il darba ma jinxtrawx oġġetti tal-istess xorta f’perijodu ta’ erba’ xhur konsekuttivi…” (Reg 24 (4)

talbiet rigward speed limits

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx talbiet pendenti quddiem Transport Malta biex toroq fil-lokalitajiet, ikollhom speed limits inqas minn dawk li huma permissibli fil-liġijiet Maltin? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm tali talbiet li ġew aċċettati minn Transport Malta, u jekk iva, liema kienu l-każijiet fejn tali limitu ġie aċċettat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm talba waħda pendenti għall-limitu tal-veloċità liema talba qed tiġi pproċessata minn Transport Malta. Hemm talba oħra li saret minn kunsill lokali fejn tali talba ġiet ipproċessata minn Transport Malta u ntbagħtu l-proposti lill-kunsill lokali rispettiv. Sa minn Jannar 2011 kien hemm 29 talba għall-limitu tal-veloċità tas-sewqan u għall-miżuri oħra simili li ġew ipproċessati w approvati kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

tarmac lit-triq bejn ix-Xemxija u Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jitlob lil Transport Malta biex jirrevedu t-tip ta' sinjal (sinjal sħiħ tul il-kareggjata kollha) li hemm fit-triq prinċipali li mix-Xemxija twassal sal-Mellieħa, partikularment f'dik il-parti tat-triq li tinsab bejn iż-żewġ daħliet tal-Mistra, b'tali mod li dan is-sinjal jibda jippermetti li jkun hemm overtaking f'din il-parti tat-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.

MEPA — garanzija fuq xogħol ta' tiswija fuq bankina

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm każijiet li wara li ħallsu garanzija biex f'każ ma jsirx ix-xogħol ta' tiswija fuq il-bankina wara li jkun inħareġ permess għall-iżvilupp, filfatt intilfet din il-garanzija matul 2010 u 2011 rispettivament għall-lokalitajiet ta' Mellieħa, Naxxar, u San Pawl il-Baħar? F'dawn il-każijiet meta kienet saret il-garanzija li imbgħad intilfet, ittieħdet mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-snin 2010 u 2011, l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma ħadet l-ebda garanzija bankarja mingħand l-applikanti għaliex ma sarx ix-xogħol kif suppost fuq tiswijiet ta' bankini fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar. Dawn il-garanziji bankarji jiġi rilaxxati mill-MEPA wara li jkun hemm konferma mill-Kunsill Lokal tal-lokalita li x-xogħolijiet mill-kuntratturi jkunu saru għas-sodisfazzjoni tal-Kunsill Lokali.

Mellieħa — traffic management

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema talbiet pendenti għandha quddiemha Transport Malta għal dak li jirrigward traffic management fil-Mellieħa? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet u meta hu mistenni li jkun hemm risposti dwarhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm talba waħda pendenti. L-informazzjoni kompluta, intbagħtet mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa nhar il-Ġimgħa, 11 ta' Mejju 2012. Infurmat li għandha tingħata risposta lill-kunsill lokali fil-ġranet li ġejjin.

car park attendants

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet hemm car park attendants li huma liċenzjati li jagħmluha ta' attendants f'Malta? X'tip ta' liċenzja toħroġ Transport Malta għal dawk li huma attendants? X'sehem għandhom il-kunsilli lokali biex jiddeċiedu fejn jista' jkun hemm car parks bil-ħlas? Liema hi l-lista ta' car parks li fihom Transport Malta għandha attendants liċenzjati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali m’għandhom ebda sehem f’deċiżjonijiet li jistgħu jittieħdu minn Transport Malta dwar postijiet ta’ parkeġġ skedati, li huma kollha mingħajr ħlas. L-għażla ta’ fejn jistgħu jsiru postijiet ta’ parkeġġ bi ħlas u x’sehem għandhom il-kunsilli lokali fejn jistgħu jsiru tali parkeġġi, ma' jaqgħux fil-kompetenza ta’ Transport Malta u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-parti tad-domanda lill-Ministru kkonċernat. Rigward il-bqija tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 16377 u Nru 34422.

Xemxija — kwestjoni dwar triq arterjali

Question

Billi fil-passat kien hemm suġġerimenti li t-telgħa tax-Xemxija (Xemxija Hill) ma tibqax isservi ta' triq arterjali, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi studji partikulari li għaddejjin bħalissa dwar tali xogħol? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-proposti li kien hemm fil-passat għadhomx għad-diskussjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa m' hemmx studji partikulari għaddejjin dwar ix-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Kienu saru studji fil-passat u mhux eskluż li dawn l-istudji jkunu għad-diskussjoni fil-futur.

Mellieħa — toroq li ngħataw it-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm toroq fl-inħawi tal-Mellieħa (bejn il-Mellieħa u ċ-Ċirkewwa) li ngħataw it-tarmac bħala parti mix-xogħol preparatorju, biex ikunu jistgħu jiġu pprovduti toroq alternattivi, waqt li jkun għaddej ix-xogħol fuq it-toroq arterjali? Kemm sewa dan ix-xogħol għal Transport Malta, u kemm kien it-tul ta' toroq li ġew miksija?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

San Pawl il-Baħar — faċilitajiet turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jagħti taghrif dwar liema huma l-inizjattivi li qed jittieħdu mill-Ministeru għat-Turiżmu, biex l-inħawi ta' San Pawl il-Baħar ikollhom titjib f'dawk li huma l-faċilitajiet turistiċi li jipprovdu?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-Awtorità tat-Turiżmu minbarra li tieħu ħsieb faċilitajiet bħal perched beach ta’ Buġibba qed tieħu numru ta’ inizjattivi sabiex isir titjib fil-prodott turistiku ta’ San Pawl il-Baħar. Dawn jinkludu l-bini mill-ġdid ta’ kilometru promenade fil-qalba ta’ San Pawl il-Baħar, żvilupp ta’ attrazzjoni turistika ta’ akkwarju pubbliku u r-restawr tal-faċċata tat-torri ta’ Wignacourt.

Fireworks Festival — nefqa

Question

Jista' l-Minstru jagħti tagħrif dwar kemm nefqet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, bħala sehem tagħha fl-organizazzjoni tal-Fireworks Festival li nżamm din is-sena fl-inħawi tal-breakwater ta' Bugibba? Minbarra l-awtorità min ħallas għall-istess festival?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — servizz ta' home help

Question

Peress li minn żmien għal żmien qed niltaqa' ma' persuni li qed isibuha diffiċli (b'mod partikolari fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar) biex jingħataw servizz ta' home help, għaliex qed jingħad li m'hemmx nies li jridu jiġu jaħdmu f'din il-lokalità, jista' l-Ministru jara jekk hemmx possibilità li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata billi jiġu impjegati dawk in-nies li huma meħtieġa għal dan ix-xogħol?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dipartiment qed jevalwa s-sitwazzjoni u qed jara x’miżuri jista’ jieħu f’dan ir-rigward.

Skema ta' appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jkun hemm skemi oħra ta' kiri mill-privat wara li kien hemm l-ewwel skema? Kemm kien hemm applikazzjonijiet għal din l-ewwel skema, u kemm għad fadal ħtieġa ta' appartamenti?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Iskema Kiri tal-Awtorità tad-Djar għalqet fl-aħħar t’April u kien hemm applikazzjonijiet għal aktar minn 400 residenza. Dan huwa numru tajjeb ħafna u se jghin biex l-awtorità tkun tista' tindirizza parti sostanzjali mit-talbiet li għandha għal akomodazzjoni soċjali. L-Awtorità tad-Djar iddecidiet li testendi din l-iskema b’xahar iehor u prezentament qed jerġgħu jintlaqghu l-applikazzjonijiet mingħand sidien privati li lesti jikru proprjetajiet lill-Awtorità tad-Djar għal perjodu ta’ ghaxar snin biex min-naħa tagħha l-Awtorità tad-Djar tuzahom billi tikrihom bi prezz sussidjat lill-familji u persuni vulnerabbli.

banek tal-lottu — informazzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34276, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta' banek tal-lottu li qed joperaw? Kemm minn dawn jinsabu fi klabbs tal-banda jew każin ieħor?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li preżentament 217 banka tal-lottu li qed topera. Tleta u għoxrin minn dawn jinsabu fi klabbs tal-banda jew każin ieħor.

car park attendants — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' parkers li huma liċenzjati biex jagħmulha ta' parkers f'Malta u f'Għawdex? F'liema lokalitajiet hemm parkers li huma awtorizzati biex jagħmlu dan it-tip ta' xogħol? Kemm huma r-rati li jridu jitolbu lil dawn il-parkers (car park attendants)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm 58 car park attendants li għandhom liċenza maħruġa minn Transport Malta. Wieħed minn dawn huwa assenjat f’parkeġġ tal-karozzi skedat f’Għawdex. M’hemm l-ebda rata ta’ ħlas li għandha jew li tista’ tintalab minn dawn il-car park attendants, iżda dawn għandhom permess li jżommu kull gratifikazzjoni li jistgħu jirċievu mingħand sewwieqa li jużaw il-parkeġġi skedati. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ parkeġġi skedati .
Leg 11 PQ #34423 Sitting 473 2012-05-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali — nuqqas ta' tqassim tal-voti fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34275, jista' l-Prim Ministru jara jekk ikunx possibli li l-pulizija li jkunu qed iqassmu l-voti, fejn ma jinstabx l-individwu residenti f'post partikolari, waqt it-tqassim tal-voti, titħalla lilu nota bħal meta xi ħadd jirċievi ittra rreġistrata u l-pustier iħalli nota f'dan is-sens, biex b'hekk il-persuni kkonċernati jkunu konxji mill-fatt li l-pulizija ma jkunx sabhom id-dar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li r-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari tiegħu hi fl-affermattiv.