Jista' l-Minstru jagħti tagħrif dwar kemm nefqet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, bħala sehem tagħha fl-organizazzjoni tal-Fireworks Festival li nżamm din is-sena fl-inħawi tal-breakwater ta' Buġibba? Minbarra l-awtorità min ħallas għall-istess festival?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-Awtorita Maltija ghat-Turizmu hadet l-inkarigu li torganizza l-loghob tan-nar tal-art minn 8 kmamar tan-nar differenti, hadet hsieb il-permessi necessarji u l-insurance mehtiega biex jintrama u jinharaq l-istess nar tal-art, preparazzjoni ta’ toqob fejn jintrama l-loghob tan-nar tal-art, provediment ta’ sound, riklamar u spejjez ohra. Ta’ dan hallset is-somma ta’ € 9,000 (approx, certu kontijiet ghadhom qed jaslu)
Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Bahar kien responsabbli mill-immanigjar tat-traffiku, armar ta’ stands tal-ikel u s-servizz ta’ banda fost l-ohrajn liema spejjez kienu responsabbli ghalihom direttament il-Kunsill.
San Pawl il-Baħar — toroq li għandhom bżonn it-tarmac
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34278, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32296 partikolarment għall-fatt li din it-triq għad m'għandhiex 70% tagħha li hi mibnija, u billi l-bini li hemm f'din it-triq hu kważi kollu mibni mill-Awtorità tad-Djar, jista' l-Ministru jikkordina l-ħidma neċessarja ma' din l-istess awtorità, biex ma nħallux persuni li ngħataw fejn joqogħdu mill-gvern innifsu ma jkunux jistgħu jidħlu f'darhom?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta mghotija mill-Ministru Gatt ghall-mistoqsija 32296 fis-seduta tat-23 t'April 2012 (Numru 463). Inzid illi l-Awtorità tad-Djar m'għandha l-ebda responsabiltà li tibni toroq ġodda.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' time share representatives li għandna liċenzjati/awtorizzati biex jaħdmu f'Malta? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk tali liċenzji humiex ibbażati fuq operazzjoni f'xi lokalità partikolari? Kemm minn dawn ir-rappreżentanti huma Maltin u kemm huma barranin?
Response (DEMARCO, MARIO)
In-numru ta’ timeshare outside promotional contacts (OPC’s) li huma licenzjati mill-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu huwa 36. Minn dawn hemm hdax (11) il-persuna li huma ta’ nazzjonalita’ Maltija, 6 persuni li ghandhom cittadinanza “dual”, filwaqt li dsatax (19) il-persuna huma ta’ nazzjonalita’ barranija.
It-timeshare OPC’s m’humiex restritti li jahdmu f’xi lokalita’ partikulari. Madankollu, huma obbligati li jharsu r-regolamenti stipulati f’Legislazzjoni Sussidjara 409.16 li fost ohrajn timplika li kull OPC ghandu joqghod 20 metru ’l boghod minn postijiet kummercjali.
San Pawl il-Baħar — irwejjaħ minħabba t-tindif tas-salini
Question
Billi waqt ix-xogħlijiet ta' restawr li qed isir fis-Salini, San Pawl il-Baħar, qed iġib miegħu rwejjaħ, riżultat taċ-ċaqliq ta' materjal li kemm fil-banjijiet tal-melħ, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar ix-xogħol li qed isir, għaliex anke dan ix-xogħol qed idejjaq lil ħafna nies? Jista' jinforma lir-residenti bix-xogħol li qed isir biex ma jibqgħux jiġu miżinformati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-irwejjaħ li preżentement qed ikunu esperjenzajati fis-Salini huwa riżultat ta’ proċess naturali ta’ dikompozizzjoni ta’ alka u fil-ħama. Preżenetemnt is-salini qed jiġu imbattla u mndaddfa mill-alka u l-ħama u għaldaqstant iċ-ċaqliq tagħhom jerħi fl-arja livell għola ta’ irwejjaħ. Qed isiru l-isforzi kollha sabiex l-kuntrattur li huwa responsabbli minn dan ix-xogħol jkompli bil-ħidma bl-ikbar ħeffa possibbli sabiex is-salini jiġu żvujtati mill-ilma u mnaddfa.
Ta’ min jgħid ukoll li bħala riżultat tal-aħħar maltempata inġabret l-alka fis-sukkursu u din ukoll tiġġenera l-istess riħa. Qed issiru arrangamenti meħtieġa sabiex din l-alka li nġabret fis-sukkursu tiġi mnaddfa fl-iqsar żmien possibbli.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux se jinbnew xi ġibjuni għall-ilqugħ tal-ilma mit-toroq arterjali li qed jinbnew bejn il-Mellieħa u ċ-Ċirkewwa? Jista' jagħti tagħrif dwar fejn se jinbnew dawn il-ġibjuni jekk se jinbnew? Min se jkun jista' juża dan l-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-Mellieħa Bypass ser jinbnew żewġ ġibjuni għall-ilqugħ tal-ilma mit-triq. Dawna ser jinbnew wieħed fir-roundabout li tieħdok lejn il-Manikata u l-ieħor fil-junction li tieħdok lejn Triq il-Prajjiet (Anchor Bay).
F'Marfa Road, Ċirkewwa ser jinbnew tlett ġibjuni għall-ilqugħ tal-ilma mit-triq. Dawna ser jinbnew wieħed viċin il-Paradise Bay Hotel, l-ieħor ftit il-ġewwa mir-roundabout li tieħdok lejn ir-Ramla tal-Bir u l-ieħor viċin it-triq bla isem li tagħti għal Wied Musa.
Hu ppjanat li l-ELC jużaw l-ilma miġbur f'dawn il-ġibjuni għat-tisqija tas-siġar, pjanti u fjuri fit-triq.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x-xogħol ta' mains ġodda sar/qed isir bħala parti mix-xogħol fuq it-toroq arterjali li qed tagħmel Transport Malta mill-Mellieħa saċ-Ċirkewwa? Kemm tlaħħaq l-ispiża involuta f'dan ix-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf illi l-Onor. Interpellant illi f’dawn it-toroq qed isir upgrade ta’ mains tal-ilma biex tissalla id-distribuzzjoni tal-ilma. Peress li l-proġet huwa ta’ Transport Malta, l-ispiża qed tiġi monitorata minnhom.
San Pawl il-Baħar — Triq is-Simar u Trejqet Għar Berbaħ - xogħlijiet marbuta ma' servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol marbut mas-servizz tal-ilma u tad-drenaġġ fit-Toroq: Simar, u Trejqet Għar Berbaħ f'San Pawl il-Baħar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi parti sostanzjali ta’ dan il-proġett huwa ta’ Transport Malta. Huwa pjanat li x-xgħolijiet min naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma jkunu lesti sas-sajf.
Awtorità tad-Djar — talbiet ta' residenza alternattiva
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34757, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li l-persuni li ġejjin minn lokalità partikolari (f'dan il-każ San Pawl il-Baħar), jingħataw xi forma ta' preferenza fil-ħin ta' allokazzjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-preferenza hija skond il-bżonn u l-esigenza tal-applikant
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-torrijiet/fortizzi li għandna f'Malta u f'Għawdex li għandhom xi forma ta' permessi biex joperaw operazzjonijiet marbuta mat-turiżmu bħal per eżempju catering?
Response (DEMARCO, MARIO)
It-torrijiet/fortizzi f'Malta u f'Għawdex li għandhom permess mill-Awtorita Maltija tat-Turizmu biex joperaw huma:
· It –Torri – Tower Rd., Sliema (catering licence)
· Il-Fortizza – Tower Rd., Sliema (catering licence)
· Gun Post – Marsamxetto Rd., Valletta (catering licence)
· The Fortress – Xemxija Hill, Xemxija (catering licence)
· Ferretti – Qajjenza Rd., B’Bugia (catering licence)
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'permessi ħarġu mill-pulizija, jekk ħarġu, għall-attività ta' mużika/soċjali, li ġiet organizzata fit-13 ta' Mejju 2012 f'Buġibba/Qawra, San Pawl il-Baħar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-istabbiliment kummerċjali fejn saret din l-attività huwa kopert bil-permessi meħtieġa maħruġa mill-Awtorita' kompetenti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet għal xi forma ta' permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, li ġejjin minn kull wieħed mill-Kunsilli Lokali tas-7, 11-il u 12-il distrett elettorali? X'tip ta' applikazzjoni hemm, f'kull każ, u kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonijiet?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm persuni li ġejjin mis-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali li bbenefikaw minn skema SM matul l-aħħar sitt xhur? Kemm kien hemm applikazzjonijiet ġodda mill-istess lokalitajiet, lokalità lokalità fl-istess perjodu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar sitt xhur l-Awtorità tad-Djar ma rċevietx l-ebda applikazzjoni taht Skema SM minn lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il Distrett. F’dan il-perjodu ma bbenefikawx ukoll l-ebda persuni taht din l-Iskema mid-Distretti imsemmija.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol li qed isir fuq il-water park fil-front ta' Buġibba, San Pawl il-Baħar? Billi dan il-park għandu jagħti dehra ferm aħjar lil dawn l-inħawi, jista' l-Ministru jinforma sew lir-residenti tal-inħawi għaliex hemm min qed ixerred numru ta' gidbiet dwar dan il-water park kemm dwar min qed jagħmlu kif ukoll dwar kif se jkun jista' jintuża?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett jinsab fi stadju avvanzat u mistenni jinfetaħ f’ Ġunju ta’ din is-sena biex jitgawda mill-familji Maltin propju min dan is-sajf.
Dan hu proġett ieħor tal-Gvern Ċentrali li permezz tiegħu qed inkomplu nagħtu spazji ta’ kwalita għall-familji tagħna.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-policy li tħaddem Transport Malta għal dawk li huma rampi quddiem il-garaxxijiet, bankini li huma baxxi iktar min-normal u l-aċċess għal garaxxijiet kemm li huma basement kif ukoll dawk li huma 'l fuq mil-livell tat-triq? X'konsultazzjoni saret/qed issir mal-kunsilli lokali dwar is-suġġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta tibni l-bankini skont il-livelli tat-toroq kif mogħtija mill-MEPA u skont l-istandards tad-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura fi ħdanha stess.
Fejn hu possibli l-bankini bir-rampi tal-garaxxijiet inkorporati fihom isiru mingħajr ma jiġu kompromessi l-linji gwida tal-KNPD.
Ma jsirux konsultazzjonijiet speċifiċi fuq dan is-suġġett mal-Kunsilli Lokali.
Transport Malta — San Pawl il-Baħar - toroq irranġati
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar li jaqgħu taħt ir-responsabiltà ta' Transport Malta biex isiru mill-ġdid, jew li qatt ma saru, u meta hu mistenni li dawn l-istess toroq jinbnew/jiġu rranġati?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilta` ta’ Transport Malta li ser isiru matul din is-sena, f'San Pawl il-Baħar. Il-lista tinkludi toroq li diġa tlestew, toroq fejn hemm ix-xogħlijiet għaddejjin bħalissa u toroq li qed jitħejjew l-istejjem sabiex toħroġ is-sejħa għall-offerti. Din tinkludi wkoll toroq li qegħdin fil-programm ta' din is-sena, li pero għandhom problema biex jinbdew minħabba raġunijiet ta' esproprjazzjoni u ta' ffurmar ta' triq.
Toroq oħrajn li għad m'għandhomx 70% tagħhom mibni għalissa ma jistgħux jagħmlu parti mill-programm ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu t-toroq arterjali li kienu approvati biex isiru bħala parti mit-Ten T's, l-ewwel darba li dawn kienu approvati? X'bidliet saru minn dawn l-ewwel programm sal-lum? X'inhi r-raġuni għaliex dawn il-bidliet daħlu fis-seħħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-rotta tat-TEN-T hija definita fl-emenda tad-deċiżjoni 1692./96/EC li tirrigwarda Community Guidelines for the Development of the Trans European Transport Network u li kienet implimentata wara li Malta daħlet fl-Unjoni Ewropeja f’Mejju tal-2004. F’Ottubru tal-2011, il-Kummissjoni Ewropeja kienet ippreżentat il-proposti tagħha għall-gwidi ġodda dwar it-TEN-T. Dawn il-proposti għadhom qed jiġu diskussi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx talbiet ġodda għall-bus shelters/bus stops fil-lokalitajiet tas-7, l-11 u t-12-il distrett elettorali? Jekk iva fejn hemm dawn it-talbiet pendenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li b’kollox hemm 11-il talba għal bus shelters ġodda f’lokalitajiet li jaqgħu taħt is-seba’, il-ħdax u t-tnax-il distrett. Dawn it-talbiet huma:
· Imġarr 1
· Ħ’Attard 2
· Ħal Balzan 2
· Il-Mosta 2
· Il-Mellieħa 2
· Baħar iċ-Ċagħaq 1
· San Pawl il-Baħar 1
San Pawl il-Baħar — ċitazzjonijiet ta' kontravenzjonijiet tat-traffiku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34716, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema toroq ingħataw iċ-ċitazzjonijiet li ħarġu l-istess ċitazzjonijiet? Kif jitqabbel in-numru ta' 58 ċitazzjoni għal dawk li huma l-Ħdud fl-ewwel xhur ta' din is-sena (qabel it-13 ta' Mejju 2012)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 34586 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'sehem għandhom il-kunsilli lokali biex jiddeċiedu fejn jista' jkun hemm car parks bil-ħlas? Liema hi l-lista ta' car parks li fihom Transport Malta għandha attendants liċenzjati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha trid tinġabar.