Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi ta' persuni li kellhom il-kawżi ta' libell tagħhom imwaqqfa (minnhom stess) waqt il-proċeduri tal-qorti, matul l-aħħar 12-il xahar? Kemm minn dawn il-kawżi twaqqfu wara li tħallsu xi danni li ġew miftiehma, u kemm twaqqfu mingħajr ma kien hemm ħlasijiet?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li;
Qrati tal-Gustizzja Malta
Bejn l-ewwel (1) ta’ Ġunju 2011 u l-ewwel (1) ta’ Ġunju 2012 ġew ċeduti ħmistax-il kawża ta’ libell. Mill-atti proċesswali ma jkunx hemm informazzjoni dwar x’arrangament ikun inlaħaq, jekk ikun intlaħaq, bejn il-partijiet.
Qrati tal-Gustizzja Ghawdex:
Matul l-aħħar 12-il xahar (mill-1 ta’ Ġunju 2011 sal-1 ta’ Ġunju 2012), kien hemm żewġ kawżi ċivili li ġew ċeduti. Fin-nota ta’ ċessjoni ma jingħata ebda tagħrif speċifiku għaliex il-kawża tkun qed tiġi ċeduta. Għalhekk it-tieni parti tal-mistoqsija ma tistgħax tiġi mwieġba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm applikazzjonijiet, lokalità lokalità, għal xiri ta' appartamenti għall-aħħar ħarġa li kellha l-Awtorità tad-Djar riċentement?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li taħt Avviż Legali 76 – Darek Facli, kien hemm 833 applikazzjoni. Minnhom kien hemm 404 applikanti għarajjes. L-applikanti ġew mill-lokalitajiet kif indikati hawn taħt:
Locality
Applicants
Locality
Applicants
ATTARD
24
MSIDA
23
BAHAR IC-CAGHAQ
1
MTAHLEB
1
BAHRIJA
3
MTARFA
20
BALZAN
4
MUNXAR GOZO
2
BIRKIRKARA
74
NADUR GOZO
1
BIRZEBBUGA
18
NAXXAR
36
BORMLA
3
PACEVILLE
2
BUGIBBA
11
PAOLA
27
BURMARRAD
3
PEMBROKE
13
COSPICUA
13
PIETA'
14
DINGLI
18
QAWRA
8
FGURA
37
QORMI
71
FLORIANA
9
QRENDI
6
FONTANA GOZO
2
RABAT
38
GHAJNSIELEM GOZO
2
SAFI
5
GHARGHUR
9
SAN GWANN
72
GHAXAQ
12
SAN PAWL IL-BAHAR
1
GUARDAMANGIA
3
SANNAT GOZO
2
GUDJA
12
SANTA LUCIA
14
GZIRA
31
SANTA VENERA
15
HAMRUN
39
SENGLEA
10
IBRAGG
2
SIGGIEWI
22
IKLIN
13
SLIEMA
25
IMQABBA
1
ST JULIANS
25
KALKARA
12
ST PAUL'S BAY
41
KAPPARA
4
SWIEQI
15
KERCEM GOZO
4
TA' XBIEX
7
KIRKOP
11
TARXIEN
18
LIJA
5
VALLETTA
20
LUQA
20
VICTORIA GOZO
7
MADLIENA
1
VITTORIOSA
7
MARSA
12
XEWKIJA GOZO
1
MARSALFORN GOZO
1
XGHAJRA
4
MARSASCALA
22
ZABBAR
36
MARSAXLOKK
12
ZEBBUG
24
MDINA
1
ZEJTUN
17
MELLIEHA
16
ZURRIEQ
37
MGARR
13
MOSTA
62
MQABBA
10
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema skemi li għalihom applikaw il-kunsilli lokali tas-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali, għadhom s'issa ma ġewx finalizzati l-evelwazzjoni tagħhom? Liema huma l-kunsilli li għandhom tali applikazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Mellieħa — inħawi tat-Tomna - proġett ta' micro enterprises
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx ħsieb li jitkompla l-proġett ta' micro enterprises li kien propost għall-inħawi tat-Tomna, il-Mellieħa, li permezz tiegħu kellhom jinbnew diversi garaxxijiet għall-industrija?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi il-Malta Industrial Parks qeda tipprepara Request for Proposals għall-proġett imsemmi fis-sit tat-Tomna, fil-Mellieħa.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ilha li bdiet tintuża l-perched beach ta' Buġibba? F'liema perjodi tas-sena jkollha r-ramel mifrux kif suppost? X'inhi r-raġuni li għaliha matul il-kumplament tas-sena l-istess ramel ma jkunx mifrux, iżda jkun miġbur taħt il-ħajt tat-triq? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar jekk kemm ilha li bdiet tintuża l-bajja kienx hemm ħtieġa li jkun hemm żieda fl-ammont ta' ramel li hemm fuq il-bajja?
Response (DEMARCO, MARIO)
Il-perched beach ta' Buġibba saret fis-sena 2006.
Ir-ramel ġeneralment jinfirex bejn l-aħħar ta’ Mejju u Ottubru.
Jekk jibqa’ mifrux fix-xitwa, ir-ramel jintilef u jispiċċa fil-baħar mill-mewġ u l-maltemp. Meta nfirex għal din is-sena, irriżulta li r-ramel naqas, però b’riżultat li spiċċa f’żewġ bajjiet żgħar fil-qrib tal-
perched beach
. Fil-passat ma kienx jidher li hemm bżonn ta’ żieda fl-ammont ta’ ramel, imma jista' jagħti l-każ li jkun hemm bżonn fil-futur qarib.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34973, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'applikazzjonijiet u minn min (privat jew gvern) saru dawn l-applikazzjonijiet mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rigward il-Fortizza ta' Campbell f'Selmun? Xi żviluppi kienu proposti minn dawn l-applikazzjonijiet?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-awtorità irċeviet applikazzjoni waħda fuq il-Forti Campbell, bin-numru PA1977/00. Din l-applikazzjoni għal rijabilitazzjoni ta' l-istess Forti ġiet sottomessa mill-privat. Dettalji dwar din l-applikazzjoni ngħataw fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 34972.
Transport Malta — Qtugħ ta' siġar minn fejn bus terminus tal-Qawra
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta talbitx li xi siġar li hemm fil-bus terminus tal-Qawra jew madwaru fil-fatt jinqagħtu? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk din l-istess awtorità fil-fatt qabbditx kuntratturi biex jaqtgħu dawn is-siġar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li waqt ix-xogħlijiet ta’ upgrading fit-Terminus tal-Qawra/Buġibba, Transport Malta ma tat ebda struzzjoni biex jinqatgħu siġar. Transport Malta naddfet iż-żona tat-terminus minn ħaxix ħażin u skart iehor u żergħet siġar ġodda fiż-żoni li tħallew għal-landscaping skont id-disinn il-ġdid.
Jista' l-Ministru jinvestiga jekk kienx hemm xi siġar fil-madwar tat-terminus tal-karozzi tal-linja fil-Qawra, li ġew maqtugħa? Jista' jinvestiga min qata' dawn is-siġar u min ħallas, jekk ħallas, għal qtuħ ta' dawn l-istess siġar?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25687, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk il-feasibility study indikat fir-risposta għal din id-domanda fil-fatt inbediex u jekk iva meta hu mistenni li jintemm? Jekk għadu ma bediex isir, meta hu mistenni li dan l-istudju jinbeda u jiġu konkluż?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) wasal fil-fażi finali biex jaġġudika t-tender għas-sejħa biex jingħataw is-servizzi meħtieġa biex ikun jista’ jiġi kkumpilat l-istudju. Skont l-istess tender l-istudju għandu jkun sottomess lill-KMS sa mhux aktar tard minn 3 xhur minn meta tinħareġ l-acceptance letter lill-kumpanija li tkun rebħet it-tender.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi jiem li fihom persuni li jaħdmu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma jwieġbux it-telefon, minħabba x-xogħol li jkollhom ġewwa? Liema huma dawn il-ġranet li fihom ma jitwieġbux it-telefons?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċirkulari (MEPA Circular 3/11) li ġiet maħruġa fit-13 ta' Settembru 2011, li tinkludi d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant:
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm persuni li gawdew mill-iskemi tat-tiswijiet tal-gallariji kif imfassla mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk iva, kemm kien hemm persuni li gawdew minn dawn l-iskemi u minn fejn kienu ġejjin?
Response (DEMARCO, MARIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23672. Ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li fl-iskema tas-sena 2007/2008, in-nurmu ta' applikanti li tħallsu, kif ukoll l-ammont ta' flus li tħallas, żdied hekk kif jidher fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' żvilupp qed jiġi propost li jseħħ fil-Fortizza Campbell f'Selmun, limiti tal-Mellieħa?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni bin-numru PA1977/00, li ġiet validata fit-13 ta' April 2000, ġiet sottomessa quddiem l-Awtorita', għar-rijabilitazzjoni tal-Forti. Il-proposta tinvolvi użu tas-sit għar-rikrejazzjoni b'enfasi fuq l-ikkampjar, iżda ma ingħataw l-ebda dettalji tal-interventi proposti. Wara konsultazzjoni interna, fl-4 ta' Awwissu 2000, l-applikant u l-perit kienu nfurmati li l-Pjan Lokali tal-post kien għadu qiegħed jiġi fformulat u għalhekk l-applikazzjoni kienet prematura. Fil-21 ta' Awissu 2000, fuq talba tal-perit l-applikazzjoni nżammet tistenna l-approvazzjoni tal-Pjan Lokali.
Minħabba li l-Awtorita' ma rċeviet l-ebda korrispondenza wara l-approvazzjoni ta' dan il-Pjan, fit-23 ta' Mejju 2011 l-MEPA nfurmat lill-perit u l-applikant biex jekk għadhom interessati fl-applikazzjoni jibgħatu pjanti u informazzjoni ġdida li timxi fuq il-linji tal-policy NWML 20 tal-istess Pjan. Sa din id-data għadu ma kienx hemm risposta għal din l-ittra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk is-seduti tal-kunsilli lokali jistgħux jiġu rekordjati skont il-liġi? Jekk iva, min hu awtorizzat li jirrekordja tali laqgħat u kif jistgħu tali recordings jiġu użati b'mod legali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont Art. 14 a (9) tal-Ordnijiet Permanenti tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali (Kap 363 – Sitt Skeda) “Kunsill jista’, b’riżoluzzjoni, japprova r-rekordjar jew reġistrazzjoni oħra ta’ proċedimenti għall-iskop uniku li jiġi faċilitat l-abbozzar tal-Minuti. Dawk ir-reġistrazzjonijiet kollha jistgħu jitħassru wara li l-Minuti tal-laqgħa relattiva jkunu ġew approvati”.
kunsilli lokali — laqgħat trasmessi bir-radio jew internet
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma r-regoli, regolamenti li jirregolaw it-transmissjonijiet bir-radio jew l-internet tal-laqgħat tal-kunsilli lokali? Liema stazzjonijiet tar-radio jistgħu jittrasmettu dawn il-laqgħat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kapitlu 363 li jirregola l-Kunsilli Lokali ma jispeċifika ebda regolamenti li jirregolaw trasmissjonijiet bir-radio jew l-internet tal-laqgħat tal-Kunsill Lokali. Tali trasmissjonijiet, huma regolati bid-dispożizzjonijiet u r-regolamenti nazzjonali tax-xandir, sakemm isir xort’oħra.
Transport Malta — numru ta' enforcements kontra kunsill lokali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34849, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu n-notifiki msemmija fir-risposta? Meta ħarġu dawn in-notifiki?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-kunsilli lokali tas-7, il-11u t-12-il distrett elettorali ħarġu permessi/awtorizzazjonijiet lil sidien ta' bars/restaurants biex dawn jarmaw barra fuq il-bankini, fit-toroq jew fil-pjazez matul din is-sena? Fejn inħarġu tali permessi u meta ħarġu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Buġibba — attività LoveSexy - bejjiegħa li ramaw fit-triq
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fl-okkażjoni tal-attività LoveSexy li nżammet f'Buġibba/Qawra, San Pawl il-Baħar fit-13 ta' Mejju 2012, kienx hemm ħruġ ta' permessi mill-Pulizija jew mill-kunsill lokali biex jarmaw operaturi ta' bejgħ ta' xorb/ikel jew attivitajiet kummerċjali oħra fit-triq? Kemm ħarġu tali permessi u minn min?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li huwa ħareġ erba’ permessi lill-operaturi ta’ bejgħ ta’ ikel u xorb jew attivitajiet kummerċjali fit-triq.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34051, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-kunsilli lokali humiex marbuta li josservaw l-istandards indikati, kemm dawk tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kif ukoll dawk tad-Direttorat tat-Toroq fi ħdan Transport Malta, meta jiġu biex jagħmlu xogħol fuq bankini? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta ħaditx xi passi fil-konfront ta' kunsilli lokali li m'osservawx dawn l-istandards?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar iffinalizzatx l-istudji tagħha dwar shooting ranges madwar Malta u Għawdex? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport? Jekk le, jista' jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġi finalizzat dan ir-rapport bir-rakkmandazzjonijiet tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-MEPA ħejjiet abozz ġdid ta' din il-policy abbażi ta' diskussjonijiet mal-Weapons Board fi ħdan il-Ministeru ta' l-Intern u Affarijiet Parlamentari. L-abozz l-ġdid għadda għand is-Segretarjat Parlamentari responsabbli miż-Żagħzagħ u l-Isport fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u x-Xogħol. Il-pass li jmiss issa huwa li jsir ‘feasibility study’ fuq dak li qiegħed jiġi propost.