Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #36022 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Operaturi tal-bejgħ ta' ikel u xorb — permessi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35727, ladarba skont ir-risposta li ngħatat, dawk kollha li armaw imxew mal-kundizzjonijiet imposti fil-permess, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif kien hemm stqarrijiet, uħud minnhom pubbliċi, biex jikkundanaw id-diżorganizzazzjoni li kien hemm fuq il-post?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi il-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar ma ħareġ l-ebda stqarrijiet ta’ kundanna imma stqarrija fejn b’dispjaċir innota li l-influss ta’ klijenti f’dan il-party ħoloq ħafna problemi fosthom fit-tmexxija u l-parkeġġ tal-vetturi apparti wkoll li l-ħoss tal-mużika urtat bil-kbir lir-residenti fl-inħawi.

Transport Malta — car park fejn is-Sirens Waterpolo Club

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għandiex xi talba pendenti biex art li tinsab ħdejn il-bini tas-Sirens Waterpolo Club, taħt it-Torri ta' Wignacourt tiġi mmarkata bħala car park? Jekk iva, fiex waslet l-konsiderazzjoni ta' din it-talba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma' rċeviet l-ebda talba biex art li tinsab ħdejn il-bini tas-Sirens Waterpolo Club, taħt it-Torri ta' Wignacourt tiġi mmarkata bħala car park.

Transport Malta — tappieri

Question

Jista' l-Ministru jitlob lill-Transport Malta biex tinsisti ma' korporazzjoni kkonċernata ħalli t-tappieri tal-ħadid li hemm hekk kif wieħed joħroġ mill-Magħtab fid-direzzjoni tan-Naxxar, fid-direzzjoni Salina/Naxxar, jitqegħdu b'mod tajjeb għaliex qed nirriskjaw li dawn it-tappieri jikkawżaw xi inċidenti tat-traffiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — traffic management - mirja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' mirja għat-traffic management li ġew approvati minn Transport Malta mill-1 ta' Jannar 2012 sal-lum fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? F'liema toroq ta' San Pawl (lokalità sħiħa) ġew approvati dawn il-mirja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din is-sena ġol-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar ġew approvati tliet mirja tat-toroq fi Triq San Pawl, Triq l-Għaxra ta’ Frar u fi Triq Manwel Bonnici rispettivament.

Swimmer's Zone f'Buġibba

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'bidliet saru fis-swimmers' zone li hemm taħt il-pjazza (fil-baħar) ta' Buġibba, meta mqabbla mas-sena l-oħra? X'wassal għal dawn il-bidliet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din is-sena inbidlet il-pożizzjoni tal-launching lane. Din ġiet installata quddiem is-slipway u l-moll li jintużaw minn numru ta' sidien li għandhom dgħajjes li jinżammu fil-boathouses li hemm taħt il-pjazza. Fiż-żona hemm ukoll operatur tal-watersports li jagħmel użu mill-moll biex jgħabbi u jniżżel il-klijenti mid-dgħajjes jew bċejjeċ oħra tal-baħar li għandu għall-kiri.
Leg 11 PQ #35888 Sitting 494 2012-06-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

San Pawl il-Baħar — talbiet pendenti quddiem kunsill lokali rigward reserved parking bays

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il talba għamel il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar biex jitneħħew sinjali ta' reserved parking u fl-istess perjodu kemm-il talba għamel biex jinżebgħu reserved parking bays fl-istess lokalità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-applikazzjonijiet isiru mir-residenti direttament ma’ Transport Malta. Il-Kunsill Lokali għaddej b’eżerċizzju ta’ verifika ma’ Transport Malta fuq il-parkeġġi riservati fil-lokalità. La darba jkun lest dan l-eżerċizzju l-Kunsill Lokali ser jitlob il-permess biex ineħħi dawk il-parkeġġi li jirriżultaw li ma jkunux in regola.
Leg 11 PQ #35889 Sitting 494 2012-06-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

MEPA — zviluppi f'San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il każ kien hemm fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, mill-1 ta' Jannar 2012 sal-lum, li fih il-kunsill approva li tiġi released l-garanzija li kien għamel mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar l-applikant ta' żviluppi partikolari wara li l-kunsill iċċertifika x-xogħol biex isiru sew u bla ħsarat fuq l-istess bankini? F'liema toroq kienu l-bankini li għalihom ġew approvati r-releases?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2012 sa llum il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar approva li jiġu released il-garanziji li kienu saru mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar relatati ma’ dawn il-permessi: a. PA/03678/08 : Barkley Court, Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar ( 16.01.2012 ) b. PA/03891/08 : No 4, Dawret il-Gżejjer, San Pawl il-Baħar ( 02.02.2012 ) c. PA/03618/10 : No 37, Santa Maria, Triq l-Arznell, San Pawl il-Baħar ( 08.02.2012 ) d. PA/02202/07 : Il-Ġifen, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar ( 08.03.2012 ) e. PA/05785/09 : 81 / 83, Tedant, Triq San Publiju, San Pawl il-Baħar ( 08.03.2012 ) f. PA/05152/09 : Bognor Beach Flats, Plajjet Bognor, San Pawl il-Baħar ( 08.03.2012 ) g. PA/03983/07 : St. Mark, St. Chris Apartments, Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar ( 08.03.2012 ) h. PA/02903/07 : Site at Triq Ċensu Tanti c/w Triq il-Korp tal-Pijunieri, San Pawl il-Baħar ( 15.03.2012 ) i. PA/04878/07 : Site at Triq il-Preistorja c/w Triq l-Imġiebaħ, San Pawl il-Baħar ( 30.03.2012 ) j. PA/01391/10 : Falinda Crt / 9, Triq Santa Marija c/w Triq Sant Antnin, San Pawl il-Baħar ( 01.06.2012 ) k. PA/02356/10 : 24, Seastar, Triq Għajn Razul, San Pawl il-Baħar ( 05.06.2012 )
Leg 11 PQ #35890 Sitting 494 2012-06-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

recordings tal-laqgħat tal-kunsilli

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kunsilliera jistgħux jirrekordjaw il-laqgħat tal-kunsilli? Jistgħu dawn l-istess laqgħat jiġu rekordjati permezz ta' tape recorders personali? F'każ li l-laqgħat jiġu rekordjati minn segretarji eżekuttivi, jistgħu dawn ir-recordings jingħataw u jinżammu mill-kunsilliera? F'kull każ jistgħu tali recordings jibqgħu jintużaw għal skop personali mill-kunsilliera, li l-istess kunsilliera jgħaddu dawn ir-recording personali lill-persuni mhux kunsilliera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li skont l-Ordni Permanenti 14A. (9) fis-Sitt Skeda (Artikolu 43) fil-Liġi tal-Kunsilli Lokali (Kap 363) “Kunsill jista’, b’riżoluzzjoni, japprova r-rekordjar jew reġistrazzjoni oħra ta’ proċedimenti għall-iskop uniku li jiġi faċilitat l-abbozzar tal-Minuti. Dawk ir-reġistrazzjonijiet kollha jistgħu jitħassru wara li l-Minuti tal-laqgħa relattiva jkunu ġew approvati.” Għaldaqstant il-liġi teskludi li kunsillieri jistgħu jagħmlu recordings peress li s-Segretarju Eżekuttiv biss iniżżel il-minuti. Tali recordings ma jistgħux jingħataw lil, jew jinżammu minn, kunsillieri għall-ebda skop u wisq anqas jitgħaddew lill-persuni mhux kunsillieri.

Xemxija — Mobile toilets

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta awtorizzatx li jitqiegħed mobile toilet fuq il-bankina ħdejn is-siġar taż-Żebbuġ, fil-bajja tax-Xemxija? Min poġġa dan il-mobile toilet, u xi ħlasijiet qed jingħataw għal dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma tat l-ebda awtoriżżazzjoni sabiex jitqiegħed mobile toilet fuq il-bankina ħdejn is-siġar taż-żebbuġ, fil-bajja tax-Xemxija.
Leg 11 PQ #35733 Sitting 493 2012-06-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Operaturi tal-bejgħ ta' ikel u xorb — permessi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35391, billi jingħad li kull min japplika għandu d-dritt li jingħata permess, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu dawk li applikaw fl-okkazzjoni indikata u kif saru jafu bl-attività li setgħu japplikaw biex jarmaw fiha? Jista jagħti tagħrif dwar kif jiġi reklamati/jew se jiġu reklamanti attivitajiet bħal dawn għall-futur biex min ikun interessat ikun jista' japplika? Kemm minn dawk li applikaw tilfu d-depożitu tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li rċieva ħames applikazzjonijiet sabiex jarmaw għall-attività, iżda ramaw erbgħa. Dawn saru jafu bl-attività minn kuntatti li jkollhom mal-organizzaturi ta’ tali attivitajiet. Infurmat ukoll li ħadd ma tilef id-depożitu.

permessi għal qtugħ ta' siġar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35706, jista' l-Ministru jinvestiga min ta' ordnijiet biex jinqatgħu s-siġar li nqatgħu kif ukoll x'tip ta' siġar inqatgħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li s-sit konċernat jaqa’ fil-konfini li għalih huwa responsabbli l-kunsill lokali. Niġbed l-attenzjoni wkoll li l-protezzjoni bil-liġi tas-siġar huwa skont ir-Regolamenti tal-2011 dwar il-Ħarsien ta’ Siġar u Imsaġar taħt l-Att Dwar L-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 504) u/jew skedati skont termini ta’ artikolu 48 (1) tal-Att diġa imsemmi. Għaldaqstant kull permess meħtieġ kellu jintalab mill-Kunsill Lokali konċernat.

Għajn Tuffieħa — main tal-ilma li jrid jinbidel

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-main tal-ilma li hemm fit-triq ta' Għajn Tuiffieħa, Għajn Nastas, limiti ta' San Pawl il-Baħar jinbidel għax jidher li hemm partijiet sostanzjali minnu li spiċċa b'ħafna sadid u bi problema kbira ta' telf f'ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għandha pjan biex tbiddel dan il-main. Iżda biex issir irid jinħareġ il-permess mil-MEPA minħabba ż-żona li tinsab fiha din il-main hija barra miż-żona ta’ l-iżvilupp.

Sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jassigura li s-sistema tad-drenaġġ titwassal sal-inħawi ta' Ras il-Wied, San Martin, Ġnien Borġ, Għerien il-Hida, Limbordin, Għajn Nastas, Ta' Rkupru limiti ta' San Pawl il-Baħar u l-Palma, limiti tal-Imġarr?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-postijiet imsemmija bħalissa qed jinqdew bil-fosos. Ma hemmx pjan biex jitwassal id-drenaġġ f’dawn il-postijiet li jinsabu “outside development zone”.

San Pawl il-Baħar — inħawi ta' San Martin - arbli ġodda tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru, permess tal-Korporazzjoni Enemalta, jieħu l-passi neċessarji biex diversi arbli tal-elettriku fl-inħawi ta' San Martin, limit ta' San Pawl il-Baħar jinqalgħu u l-cables jitpoġġew fuq arbli ġodda li twaħħlu u fejn għad jonqos arbli ġodda, dawn jitwaħħlu minlokk il-qodma?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li x-xogħol biex jitpoġġew il-cables fuq l-arbli l-ġodda u jitneħħew l-arbli l-qodma diġà beda u għandu jitlesta fi żmien qasir.

Tagħrif speċifiku lill-Kuċċiera

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35707, jista' l-Ministru jassigura li l-kuċċiera kollha tal-karozzin, jekk ma jingħatawx tagħrif speċifiku, jingħataw informazzjoni bażika għaliex riċentament, wieħed mill-kuċċiera instema' jgħid b'vuċi għolja deskrizzjoni tal-monument tal-Gwerra bħala l-Monument tal-Indipendenza?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Leg 11 PQ #35727 Sitting 492 2012-06-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Operaturi tal-bejgħ ta' ikel u xorb — permessi

Question

B'referenza ghar-risposta ta' 35391, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dawk kollha li kellhom permessi biex jarmaw f'okkazjoni ndikata mxewx mal-kundizzjonijiet li kellhom imposti fuqhom? Billi wara l-attività kien hemm ħafna attività fuq il-media, jista' jagħti tagħrif dwar jekk ittieħdux passi kontra xi wieħed, jew aktar minn dawk li kellhom il-permessi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li dawk kollha li applikaw u armaw, imxew mal-kundizzjonijiet imposti u għaldaqstant ma kienx hemm ħtieġa li jittieħdu passi fil-konfront tagħhom.
Leg 11 PQ #35728 Sitting 492 2012-06-20 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

San Pawl il-Baħar — kontravenzjonijiet

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 34267, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema nħawi ta' San Pawl il-Baħar allegatament kienu l-kontravenzjonijiet (id-disa' kontravednzjonijiet) indikati fir-risposta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi d-disgħa kontravenzjonijiet imsemmija fit-Tweġiba għall Mistoqsija Parlamentari 34267 li kienu jikkonċernaw rapporti dwar mużika għolja minn postijiet ta’ divertiment, kienu irrapurtati li seħħew fl-inħawi ta’ Triq it-Turisti, Triq l-Imħar, Triq il-Brankutli, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Triq il-Ġifen, Triq it-Tamar, Triq il-Gandofli, Triq Ġulju u Triq Patri Feliċ Sammut.

permessi għal qtugħ jew qlugħ ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jintalbu permessi mid-dipartiment ikkonċernat, meta jkun se jkun hemm qtugħ, jew qlugħ ta' siġar, kif ukoll meta tkun se ssir żabra tal-istess siġar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għat-Turiżmu, Kultura u l-Ambjent li hu responsabbli mill-Awtorità ta’ Malta għall-Ippjanar u l-Ambjent li hija responsabbli għall-ħruġ tal-permessi msemmija.

Ta' Qali — naħa tal-Pitkala - strike

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi żviluppi seħħew fil-kwistjoni li wasslet biex ftit tal-ġimgħat ilu jkun hemm strike min-naħa tal-pitkala f'Ta' Qali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34635.

Annex il-ġdid tal-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-annex il-ġdid tal-Qorti hux mistenni li jibda jintuża wkoll għal skop ta' awli tal-Maġistrati/Mħallfin? Jekk iva, meta hu mistenni li jsir dan?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li jekk qed jirreferi għall-binja li hemm fi Triq id-Dejqa li se sservi bħala l-Qorti tal-Familja ‘l ġdida minflok dik eżistenti, il-ħsieb huwa li jkun fiha kemm awli kif ukoll sigrieti għal dawk il-Ġudikanti, Maġistrati u Mħallfin, li jkunu qegħdin jippresjedu kawżi tal-Familja.