Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ta' Qali — ħinijet tal-ftuħ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm xi bidliet għal dawk li huma l-ħinijiet tad-dħul tal-bdiewa u x-xerrejja fil-pitkalijia ċentrali f'Ta' Qali? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-ministeru rċeviex xi rappreżentazzjonijiet dwar dawn il-ħinijiet jew mingħand il-bdiewa nkella mingħand ix-xerrejja?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Għaqda tal-Bdiewa, flimkien mal-Koperattiva tal-Bdiewa ressqu talba sabiex isir bdil fil-ħin, din it-talba qiegħda tingħata l-konsiderazzjoni xierqa imma wieħed irid ifakkar li fl-operat tal-Pitkalija hemm involuti operaturi oħra barra l-bdiewa u għaldaqstant mhux faċli li l-proposta tkun aċċettata minn kulħadd.

Buġibba- qtugħ ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-qtugħ ta' siġar li sar fuq il-front ta' Buġibba, fejn uħud mis-siġar inqatgħu, (suppost inżabru), iżda oħrajn ma nżabrux? (mhux qed nirreferi għall-palm)

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru, la permezz tad-Dipartiment tal-PARKS u lanqas permezz ta’ ELC, ma kien involut fil-qtugħ jew żbir ta’ siġar fuq il-front ta’ Buġibba. Tali investigazzjoni għaldastant trid issir mill-MEPA għax hi l-awtorità kompetenti.

MEPA — guidelines għaż-żbir tas-siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jew xi dipartiment ieħor li jaqa taħt ir-responsabiltà tiegħu għandux guidelines partikulari, li jridu jiġu osservati meta ssir ż-żabra tas-siġar? Jekk iva jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-guidelines? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar jekk il-kunsilli lokali humiex infurmati b'dawn l-istess guidelines li jridu jiġu osservati?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Restawr ta' niċċeċ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm talbiet, minn residenti jew għaqdiet li ġejjin mis-7, il-11 u t-12 il-distrett elettorali li talbu għajnuna biex ikunu jistgħu jirrestawraw niċeċ li jinsabu fil-propjetajiet tagħhom? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet, minn liema lokalitajiet kienu ġejjin, u kemm minnhom ġew aċċettati?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #36117 Sitting 498 2012-07-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Minuti tal-Kunsill lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kull kemm żmien għandhom jitqiegħdu fuq is-sistema tal-gvern, il-minuti tal-laqgħat tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li skont Artiklu 14A (8) tal-Ordinijiet Permanenti elenkati fis-Sitt Skeda “Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jara li l-minuti approvati jiġu mdaħħla sew fil-file u jkun responsabbli għall-kustodja tagħhom. Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jara li l-minuti approvati jitpoġġew fuq il-website uffiċjali tal-Kunsill.” Dwar dan ukoll il-Kunsilli Lokali huma gwidati permezz ta’ Memo 36/2011, li kopja tiegħu qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-liġi u l-ordinijiet permanenti ma jsemmu xejn dwar terminu ta’ żmien.
Leg 11 PQ #36118 Sitting 498 2012-07-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali — staff vacancies

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma r-reġjuni (skont l-Att dwar il-Kunsilli Lokali) li għandhom staff vacancies fir-reġjun tagħhom? Kemm minnhom, u liema minnhom għandhom xi impjegati temporanji biex jaqdu l-funzjonijiet li suppost iwettaq ir-reġjun partikulari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali għandu talba għal impjegati klerikali mir-Reġjun tat-Tramunata, liema talba kienet approvata u l-istess Reġjun qiegħed jipproċessa s-sejħa tal-ingaġġ ta’ skrivan. L-istess Reġjun għandu wkoll talba pendenti għal impjegat ieħor. Ir-Reġjuni kollha għandhom impjegati temporanji biex jaqdu l-funzjonijiet li suppost iwettaq ir-Reġjun, ossija dawk relatati mal-funzjonijiet tat-Tribunali Lokali.

rapporti dwar qtugħ ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru, jew xi dipartiment li jaqa' taħtu rċeviex rapporti ta' qtugħ ta' siġar mhux awtorizzat, minn xi kunsilli lokali? Jekk iva, fejn kienu l-każijiet u x'passi ttieħdu fil-konfront ta' min ma osservax l-istess regolamenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-PARK u Inizjattivi ma rċevejna l-ebda rapport minn Kunsill Lokali ta’ qtugħ ta’ siġar mhux awtorizzat.

każijiet ta' sajd illegali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm każijiet ta' sajd illegali li ġew rappurtati lid-dipartiment ikkonċernat, jew lil Ministeru? Jekk kien hemm x'tip ta' illegalità ġiet irrapurtata u f'liema lokalitajiet allegatament seħħet din l-illegalità?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar tlett xhur daħlu tlett rapporti lid-Dipartiment tal-Kontroll tas-Sajd li kienu jirrigwardaw possibiltajiet ta’ sajd illegali, kif ġej: 1. Sajd illegali bil-parit f’San Pawl l-Bahar u għaddejin proċeduri fil-Qorti fil-konfront tal-persuna konċernata 2. Rapport ta’ sajd f’żona protetta fl-inħawi tad-Dwejra Għawdex, li wara rriżulta li ż-żona ma kienetx protetta 3. Sajd bil-pariti fil-Marfa iżda li wara li saret spezzjoni l-AFM irriżulta li kien fin-negattiv
Leg 11 PQ #36025 Sitting 497 2012-07-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

San Pawl il-Baħar — Tenders biex isir xogħol ta' achorage fit-telgħa tal-Wardija

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kenux sottomessi tenders biex isir xogħol ta' anchorage jew issudar tal-blat li hemm fit-telgħa tal-Wardija f'San Pawl il-Baħar, wara li l-kunsill kien ħareġ tender għal dan ix-xogħol xi ġimgħat ilu? Jek kien hemm, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi forma ta' rispons għal dan it-tender, kif ukoll jekk l-istess tender ġietx allokata? Fil-każ lil min ingħata x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-baħar li rċieva żewġ offerti. Intgħażlet l-offerta ta’ Terracore Ltd. li kienet l-orħos u skont l-ispeċifikazzjonijiet kollha mitluba. Ix-xogħlijiet mistennija li jibdew fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla.
Leg 11 PQ #36026 Sitting 497 2012-07-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli Lokali — massimu ta' flus allokati għall-direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-kunsilli lokali għandhomx xi massimu ta' flus li jistgħu jallokaw għal dawk li huma nefqiet b'direct order, bħala parti mill-budget globali? Jekk iva, kif jiġi assigurat li dan il-massimu jiġi osservat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) – A.L. 155 tal-1993, ma jistipulawx xi massimu ta’ flus li l-Kunsilli Lokali jistgħu jallokaw għal dawk li huma nefqiet b’direct order. Madanakollu, meta jsir nfieq ta’ dan it-tip, ma jistgħux jinxtraw oġġetti ta’ l-istess xorta f’perjodu ta’ erba’ xhur konsekuttivi.
Leg 11 PQ #36027 Sitting 497 2012-07-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Telgħa tax-Xemxija — xogħlijiet fuq il-moll

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li x-xogħol meħtieġ fuq il-moll żgħir li hemm taħt it-telgħa tax-Xemxija, fid-direzzjoni ta' bejn il-bajja u l-Knisja tal-Kappuċini jiġi rranġat, għaliex jinsab fi statħażin wara l-ħsarat li sofra riċentament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-kunsill jinsab fil-proċess li jara x’inhuma x-xogħlijiet rikjesti biex jagħmel it-tiswijiet fuq il-moll imsemmi.

San Pawl il-Baħar — triq is-Simar - tender dwar xogħlijiet fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi żviluppi kien hemm għal dak li jikkonċerna t-tender dwar ix-xogħol fi Triq is-Simar, f'San Pawl il-Baħar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Leg 11 PQ #36029 Sitting 497 2012-07-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

talbiet pendenti għal stallazzjoni ta' dwal pubbliċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti għal stallazzjoni ta' dwal pubbliċi f'kull waħda mil-lokalitajiet tas-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali? F'kull lokalità kemm hu n-numru ta' dwal li huma diġà approvati, li iżda għadhom ma ġewx stallati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

funzjoni tas-sejħiet għall-interess

Question

Billi jidher li l-funzjoni tas-sejħiet għall-interess (call for expression of interest) hi waħda intenzjonata biss biex tinġabar informazzjoni dwar min ikun jista' jkollu interess li jipparteċipa fi proċess eventwali ta' tender, jista' l-Ministru jgħid x'passi jieħu l-Ministeru tal-Finanzi fil-konfront ta' dawk li jallokaw lil xi ħadd partikulari dan il-call for expression of interest?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-passi li jittiehdu jiddependu ħafna fuq in-natura ta’ l-expression of interest. Jekk din is-sejħa tikkonċerna konċessjoni allura din ma’ taqax fil-kompetenza tal-Ministeru tal-Finanzi imma fil-kompetenza tal-Ministeru li jkun ippublika din is-sejħa. Jekk l-expression of interest se twassal għall-kuntratt ta’ xiri allura l-proċess irid jimxi skont kif jitolbu ir-Regolamenti dwar Kuntratti Publiċi.

warrants ta' avukati, nutara u prokaturi legali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta' persuni li għandhom warrant biex jipprattikaw bħala avukati, nutara u prokaturi legali separatament? Kemm f'kull każ huma nisa u rġiel?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinżammx statistika ta’ persuni li preżentement għandhom il-warrant biex jipprattikaw bħala avukati u prokuraturi legali. Dan għaliex l-uffiċċju minfejn isir ix-xogħol konness mal-ħruġ tal-warrants, ma jkunx infurmat meta persuna fil-pussess ta’ tali warrant tmut u għaldaqstant ma tistax tinżamm statistika korretta. Dwar persuni li preżentement għandhom il-warrant biex jipprattikaw bħala nutar, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Qtugħ ta' siġar bejn il-Lukanda Dolmen u ta' Fra Ben

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru kienx involut fil-qtugħ ta' siġar bejn il-lukanda Dolmen u Ta' Fra Ben (mhux fejn qed isir il-proġett tal-akwarju)? Jekk iva, x'wassal biex jinqatgħu biss parti mis-siġar tal-front u ż-żabra ma saritx fuq is-siġar kollha? Min kien responsabbli minn dan il-qtugħ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-PARK ma kienx involut fil-qtugħ ta’ siġar li hemm fis-sit indikat.

Xemxija — Trejqet Għar Berbaħ - sistema mħaddma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qiegħda se titħaddem is-sistema tad-drenaġġ u tal-ilma ta' Trejqet Għar Berbaħ, ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti ukoll tagħrif dwar jekk is-sistema fi Triq is-Simar kantuniera ma' Trejqet Għar Berbaħ tlestitx?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi id-drenaġġ fit-Triq Għar Berbaħ ġewwa x-Xemxija qed jitħaddem bis-sistema ta’ gravity mains, filwaqt li l-ilma qed titħaddem bis-sistema ta’ pressa fil-mains. Is-sistema fil-kantuniera bejn Triq is-Simar u Għar Berbaħ fl-istess lokalità hija lesta.

MEPA — permessi ta' qtugħ ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kelliex talbiet għall-permessi ta' qtugħ ta' siġar minn kunsilli lokali, kif indikat fil-mistoqsija parlamentari 35729? Jekk iva, liema kienu l-kunsilli lokali li talbu tali permessi, matul din is-sena?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2012 saru seba' talbiet minn kunsilli lokali biex jinqalgħu siġar protetti. Dawn kienu l-Kunsilli Lokali tal-Mosta, tal-Imsida, tan-Naxxar (x2), tal-Munxar, ta' Ħal Luqa u Ta' Sannat.

Xemxija — mobile toilet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35923, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta saritx taf min poġġa l-mobile toilet fil-parti indikata fil-mistoqsija? Tista' Transport Malta tinvestiga min talab li tali toilet jitpoġġa fejn tpoġġa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma tafx min poġġa l-mobile toilet fil-parti indikata fil-mistoqsija u li mhux kompitu ta' Transport Malta li tagħmel xi investigazzjoni fir-rigward.