Jista' l-Ministru jitlob lill-Transport Malta biex tinsisti ma' korporazzjoni kkonċernata ħalli t-tappieri tal-ħadid li hemm hekk kif wieħed joħroġ mill-Magħtab fid-direzzjoni tan-Naxxar, fid-direzzjoni Salina/Naxxar, jitqegħdu b'mod tajjeb għaliex qed nirriskjaw li dawn it-tappieri jikkawżaw xi inċidenti tat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jekk qed jirreferi għat-Triq T'Alla w' Ommu, Naxxar, il-manutenzjoni tagħha taqa’ taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali tan-Naxxar u għalhekk għandu jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
San Pawl il-Baħar — triq is-Simar - tender dwar xogħlijiet fit-triq
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi żviluppi kien hemm għal dak li jikkonċerna t-tender dwar ix-xogħol fi Triq is-Simar, f'San Pawl il-Baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Triq is-Simar f’San Pawl il-Baħar tagħmel parti mill-programm ta’ xogħlijiet ta’ din is-sena, pero' hemm problema biex jinbeda x-xogħol minħabba raġunijiet ta' ffurmar ta' triq. Huwa l-obbligu legali tas-sidien tal-proprjetajiet li jiffurmaw it-triq ta’ quddiemhom, sa nofs it-triq għal triq bi proprjetajiet fuq iż-żewġ naħat tat-triq, u il-wisgħa kollha ta’ triq għal triq bi proprjetajiet fuq naħa waħda ta’ triq. Meta t-triq tkun iffurmata sew, il-Gvern Ċentrali għandu l-obbligu li jagħti l-wiċċ fuq dawn it-toroq. F’dan il-każ, it-triq mhix iffurmata sew u lanqas hija ffurmata l-wisgħa kollha. It-triq hija wkoll magħmula minn materjal dgħajjef u hemm diżlivell qawwi fuq naħa waħda. Għaldaqstant, Transport Malta se tagħmel studju ddettaljat sabiex tinstab soluzzjoni għal din it-triq.
Jista' l-Ministru, flimkien mal-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, jikkordina biex xi siġar li hemm fil-bicycle lane matul il-coast road sa ħdejn Kennedy Grove, jiġu miżbura għax f'xi partijiet jistgħu jkunu ta' periklu għal dawk li jużaw dawn il-lanes?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xoghol imsemmi isir perjodikament skont programm li jkun imfassal. Ninsab infurmat li skont dan il-programm dan ix-xogħol beda t-Tnejn 9 ta' Lulju, 2012 u tlesta fi żmien ġimgħa.
Awtorità Maltija għat-Turiżmu — talbiet minn resataurnats
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet quddiem l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jinfeħtu restaurants jew jinbidlu l-klassijiet tal-istess restaurants fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, n-Naxxar u San Pawl il-Baħar?
Response (MARCO, MARIO DE)
Mir-riċerka li saret jirriżulta illi bħalissa quddiem l-Awtorita’ tat-Turiżmu hemm dawn l-applikazjonijiet għall-restaurants.
Il-Mellieha 2
Naxxar 1
San Pawl Il-Bahar 12
M’hemmx talbiet biex jinbidlu l-klassijiet tal-istess
restaurants.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-persuni/kumpaniji li kienu awtorizzati li jimpurtaw żerriegħa tal-patata fl-istaġun li għadda? Kemm kien hemm persuni/kumpaniji li kienu awtorizzati jesportaw/jibagħtu patata fis-suq intern tal-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17979, niġbidlu l-attenzjoni li ċaqlieq ta’ prodotti u materjal fis-suq intern tal- Unjoni Ewropea mhuwiex meqjus bħala importazzjoni/esportazzjoni iżda sempliċement meqjus bħala movement peress li s-suq Ewropew huwa wieħed ħieles. Għaldaqstant m’hemm ebda kontroll u wisq inqas ħtieġa ta’ liċenzji biex isir dan. Fid-dawl ta’ dan kollu, ma tinżammx l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex preżentament applikazzjonijiet pendenti għall-permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal xi bini? Fil-każ li iva, f'liema lokalitajiet huma dawn l-applikazzjonijiet? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-awtorità għandhiex permessi validi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li għandhom mhux mibnija? Fil-każ li iva, f'liema lokalitajiet huma dawn il-permessi u kemm hemm appartamenti involuti?
Response (SAID, CHRIS)
ninforma lill-Onorevoli INterpellant sabiex isib l-Informazzjoni mitluba hawn taht:
LOKALITA’
Numru Totali ta’ Units ghal kull Lokalita’
Fgura
42
San Lawrenz
70
Ta’ Giorni
62
Numru Totali ta’ Units
174
Permessi tal-MEPA validi li ghandha l-Awtorita’ tad-Djar (li ghadhom mhux mibnija)
LOKALITA’
Numru Totali ta’ Units
Ghal Kull Lokalita’
Attard
6
Birkirkara
51
Burmarrad
17
Cospicua
56
Floriana
12
Kirkop
140
Luqa
159
Marsaskala
36
Mellieha
11
Mgarr
6
Mriehel
6
Msida
143
Naxxar
9
Paola
8
Qormi
21
Qrendi
73
Rabat
18
San Gwann
3
Senglea
3
Siggiewi
100
Valletta
11
Vittoriosa
3
Zabbar
69
Zebbug
73
Zejtun
5
Zurrieq
46
Numru Totali ta’ Units
1085
San Pawl il-Baħar — Triq Jean de la Cassiere - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-aħħar parti ta' Triq Jean de la Cassiere f'San Pawl il-Baħar tingħata wiċċ biex l-aċċess li hemm nieqes ikun jista' jinfetaħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Transport Malta — xogħol fuq triq il-Port Ruman f'San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar fiex waslu l-preparamenti ta' Transport Malta, f'dik li hi koordinazzjoni mal-entitajiet l-oħra tal-Gvern, biex jitkompla x-xogħol fuq triq il-Port Ruman f'San Pawl il-Baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux qed jagħmel xi sperimentazzjoni partikulari għal dak li jikkonċerna l-ġenetika tal-majjal, għat-trobbija f'Malta? Jekk iva, fejn qed isiru dawn l-esperimenti u min qed jikkollabora biex l-istudju jkollu s-suċċess meħtieġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern mhux jagħmel sperimentazzjoni fil-ġenetika tal-majjal għat-trobbija f'Malta u ma jidhirx li hemm lok li dan isir lokalment meta din it-tip ta’ riċerka titlob speċjalizazzjoni għolja ħafna u għaldaqstant riċerka simili qatt ma tista’ tkun ekonomikament vijabbli.
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34212,. tajjeb ukoll li infakkru li dan il-Ministeru, flimkien mal-Koperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjali, kien vara programm ta’ bdil ta’ ġenetika u dejjem ta l-appoġġ tiegħu meħtieġ biex jintlaħaq il-għan li jkun hawn majjali ta’ ġenetika li jagħtu l-aħjar rendiment. Ninfurmah li fl-għażla tal-varjeta magħżula ngħatat konsiderazzjoni għall-addattabilità għall-klima u ambjent ta’ dawn il-gżejjer.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jirċeviex b'mod regolari rapporti dwar in-nefqiet li jkunu qed isiru b'direct order mill-kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex? Jekk iva, kull kemm żmien jiġri dan?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Uffiċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-MInistru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri fil-qrati Maltin? X'tip (b'mod ġenerali) ta' reati huma akkużati bihom dawk li qed jistennew dawn l-istess ġurijiet? Kemm ilu pendenti l-iktar każ li hemm bħalissa?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li presentement qed jistennew li jgħaddu ġuri quddiem il-Qorti Kriminali huwa ta’ 106.
It-tipi ta’ reati li huma akkuzati bihom dawk li qed jistennew li jgħaddu guri huma:
Traffikar ta’ droga,
money laundering
, serq aggravat, omicidju, tentattiv ta’ omicidju, stupru, u traffikar ta’ persuni.
L-aktar każ li ilu pendent quddiem il-Qorti Kriminali ilu hekk pendenti mis-sena 2002. Dan il-każ qiegħed jistenna l-eżitu ta’ kaz ieħor, liema każ huwa appuntat ghal November, 2012.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi ħsieb partikulari biex għal dak li jirrigwarda l-liġi tal-istampa ma jkunx iktar permissibli li l-istampa, u l-mezzi l-oħra ta' komunikazzjoni sservi biex tqarraq b'dawk li jkunu qed jaqraw jew jisimgħu l-mezzi tax-xandir, minflok, mal-mezzi tax-xandir jintużaw bħala għodda ta' informazzjoni, jew tagħlim?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Il-ligijiet dwar l-istampa izommu l-bilanc bejn id-dritt tal-liberta’ ta’ l-espressjoni, d-dritt ta’ kull persuna ghall-integrita tar-reputazzjoni taghha u d-dritt ta’ kulhadd illi jithalla liberament jifforma l-opinjonijiet u l-ideat tieghu minghajr ma jigi indottrinat.
Mezzi ta’ l-istampa illi jghawwgu u jivvintaw il-fatti b’ mod illi jqarrqu bl-udjenza jew bil-qarrejja taghhom ikunu fil-fatt qeghdin jonqsu serjament mir-rispett ghad-dritt ta’ dawk il-qarrejja jew ta’ dik l-udjenza li jiffurmaw l-ideat u l-opinjonijiet taghhom fil-liberta’ u jkunu fil-fatt qeghdin jiehdu s-sura ta’ mezzi ta’ kommunikazzjoni ta’ kultura dittatorjali.
Il-ligijiet ta’ l-istampa diga jinkludu dispozizzjonijiet li jipprovdu kontra l-abbuz tal-mezzi tax-xandir u ta’ l-istampa izda dan ma jfissirx illi fil-prattika ma jkunx hawn xorta wahda min jabbuza.
Naturalment kull tibdil fil-ligijiet ta’ l-istampa irid ikun konformi tad-dritt ghall-liberta’ ta’ l-espressjoni u ghalhekk certament li ma jkunx ghaqli li wiehed jintroduci ligijiet ta’ l-istampa li jxekklu d-dritt tal-media li tikkritika u li twettaq ir-rwol taghha f’ socjeta’ demokratika.
F’ dan l-istadju jkun tajjeb illi dawn il-ligijiet u l-mod kif ikunu qeghdin jitwettqu jigu ezaminati minn zmien ghal zmien sabiex jigi determinat jekk hemmx bzonn xi tibdil fihom u dan dejjem fir-rispett shih ghad-dritt tal-liberta’ tal-espressjoni.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux se jkun, permezz tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, jorganizzaxi attivitajiet partikulari matul il-ġimgħat tas-sajf li qegħdin fih? Jekk iva liema huma dawn l-attivitajiet?
Response (DEMARCO, MARIO)
Il-Ministeru jara li jiġu organizzati numru ta’ attivitajiet matul is-sajf permezz tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura. Fix-xahar ta’ Ġunju kien hemm il-Malta Music Week u l-kunċet tal-Isle of MTV fl-organizzazzjoni ta’ liema l-MTA jagħtu sehemhom. L-MTA tagħti għajnuna wkoll sabiex jiġu organizzati mill-Privat matul is-sajf numru ta’ kunċerti. Jiġu mgħejjuna wkoll attivitajiet minn numru ta’ Kunsilli Lokali.
Min-naħa tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura jiġu organizzati l-Għana Fest, il-Malta Arts Festival u l-Jazz Festival.
Billi kien hemm persuni, li kkritikaw il-ftuħ tal-Water Park f'Buġibba, ftit tal-jiem ilu, jista' l-Ministru jaghti tagħrif dwar jekk il-water park infetaħx għalxejn, li kien ta' ħela ta' flus, u li permezz tiegħu l-gvern qed jagħti eżempju ħazin? Kemm kienu s'issa dawk li attendew f'dan il-post?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għal-kuntlarju ta’ dak li jintqal is-suċċess tal-park jidher mill-attenza ta’ medja ta’ 900 tifel u tifla kuljum li qed imorru jiddevertu f’dan il-Park.
Permezz ta’ proġetti ta’ dan it-tip, it-tfal qed ikollhom aktar spazju fejn joħorġu l-kreattivita’ tagħhom filwaqt li qed igawdu minn livell t’għixien aħjar. It-tfal qed igawdu u jiddevertu f’din l-avventura ġdida u innovattiva li qed toffri 17-il
water feature
differenti. Dan il-Park qed jopera bejn Gunju u l-aħħar ta’ Settembru mill-10.00am sas-7.00pm.
L-ilma kollu li jintuża fil-Park huwa riċirkolat u jinżamm f’
reservoir
taħt l-istess park. L-ilma ħiereġ mill-water features wara li jinġabar lura jiġi ffiltrat u sanitizzat bl-użu ta’
UV sterilisation
kif ukoll bl-użu ta’
chlorine
. Dan iċ-ċiklu dejjem jirrepeti ruħhu biex b’hekk l-ilma ma jkun qatt ta’ periklu għas-saħħa tat-tfal.
Il-Park qed jitmexxa b’sistema fejn jidħlu gruppi ta’ 50 tifel u tifla wara xulxin kull 20 minuta. Dan biex kulħadd jingħata l-opportunita’ li jilgħab f’dan il-park uniku. Dan il-park hu mibni f’forma ta’ dgħajsa jinkludi wkoll locker room u servizzi sanitarji. Dan hu proġett li sar b’investiment tal-Gvern ta’ €600,000.
Apparti l-fatt li dan il-proġett huwa investiment dirett fit-tfal, huwa wkoll proġett li se jkompli jagħti spinta ’l quddiem lill-komunita’ kummerċjali ta’żona turistika Buġibba.
Tajjeb li inżid li dan il-Ministeru irċieva numru konsiderevoli ta’ kummenti favorevoli. Fosthom kien hemm ukoll fejn intwera interess li faċilitajiet simili jinfetħu f’postijiet oħra Dan il-Ministeru dejjem lest li jisma’ kwalunkwe suġġeriment biex inkunu nistgħu intejbu fejn hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ħarġu notifikazzjonijiet ta' non executable permits li ħarġet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar din is-sena? F'liema lokalitajiet ħarġu dawn in-notifikazzjonijiet u kemm f'kull lokalità?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' tal-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet 170 notifika li ser jinħareġ permess li ma huwiex esekuttibli.
Permess mhux esekutibbli huwa kunċett ġdid li l-MEPA ressqet bħala għajnuna lill-klijenti.
S’issa, wara li tittieħed id-deċiżjoni, normalment il-klijent jista’ ikun jinħtieġ, fost affarijiet oħra, jissottometti dokumentazzjoni, iħallas multi għal sanzjonar, iqiegħed garanziji bankarji u jħallas għal parkeġġ mhux provdut permezz tas-ĊPPS jew il-UIF. Fejn il-klijent ikollu wieħed jew kollha minn dawn ir-rekwiżiti, il-permess ma jistgħax jinħareġ qabel dawn il-ħlasijiet ikunu effettwati. Jekk il-ħlasijiet ma jsirux sa sitt xhur il-permess jaqa’.
Issa, il-MEPA fasslet strateġija biex il-klijent jista juża t-terminu sħiħ tal-permess, jiġifieri il-validita’ legali skond il-kundizzjoni li tirregola l-validita sabiex jagħmel il-ħlasijiet meħtieġa. Wara xahar mid-deċiżjoni u fejn l-applikant ma jkunx ħallas jew talab rikonsiderazzjoni, tinħareġ kopja tal-permess, li l-klijent jista juża, per eżempju, biex juri lill-Bank li tassew għandu permess. Dan il-permess jibqa validu skond il-kundizzjoni tal permess maħruġ. Jekk permess huwa validu għal ħames snin jista’ jissottometti l-flus meħtieġa tul dak il perjodu imam jekk ngħidu aħna, jagħmel dan wara sentejn, ikun għad fadallu 3 snin biex isarraf dak il-permess. Fejn ikun hemm multa applikabbli għax ikun diġa sar xogħol fuq is-sit bla permess, il ħruġ ta permess mhux eżekuttibli, mhux applikabli qabel ma jitħallsu l multi meħtieġa.
Din allura hija miżura amministrattiva biex taġevola lill-klijent u ma timponix ħlasijiet immedjati meta forsi l-permess ma huwiex maħsub li jintuża minufih. Din il miżura hija favorevoli ukoll għall min ikun oġezzjona fil ħin stipulate, fuq l-applikazzjoni, għaliex jista’ jissottometti appell immedjatament quddiem it-Tribunal.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet għal bidla tal-perit, minn klijenti li kellhom applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema tal-informatika ta' l-Awtorità, kien hemm mija u tmienja u ħamsin (158) bidla tal-perit magħmula fl-istess sistema msemmija, f'applikazzjonijiet quddiem l-istess Awtorità, matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena.
Kunsilli lokali — applikazzjoni għal programm ġdid tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali mis-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali, matul l-ewwel xhur (sal-aħħar ta' Ġunju) applikaw għal xi programm ġdid tal-Unjoni Ewropea? Liema kienu dawn il-programmi li saru l-applikazzjonijiet għalihom kunsill kunsill? Meta ħarġu s-sejħiet ghħal dawn il-programmi?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, Transport Malta, irċeviet talbiet biex l-ispeed limit jonqos għal 20 kilometru s-siegħa fil-lokalitajiet tat-12-il distrett elettorali? Kemm talbiet simili ġew approvati ,atul dan l-istess perjodu u f'liema lokalitajiet ġew hekk approvati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba kif indikat mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' u-bends ( u t-tabelli ta' fuqhom) li huma approvati mill-Kunsilli Lokali tal-Imġarr, il-Mosta, il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar? F'liema toroq tal-lokalitajiet rispettivi jinsabu dawn it-tabelli? Kemm hu l-ħlas globali li daħlu l-kunsilli lokali (kunsill kunsill) għal dawn it-tabelli, matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif, dwar jekk ir-renewal feetal-Gold Cards, tneħħitx, u allura, m'għadhiex titħallas? Jekk tneħħiet minn meta, u jekk le meta hu mistenni li titneħħa?
Response (FENECH, TONIO)
Nifhem illi l-Onorevoli Interpellant qed jistaqsi dwar Gold Credit Cards.
It-tariffi applikabbli għal dan it-tip ta’ cards huma determinati mill-banek kummerċjali li joffruhom skont il-kriterji kummerċjali rispettivi tagħhom. Għaldaqstant, l-interpellant jew il-konsumatur irid jivverifika mal-bank rispettiv tiegħu fir-rigward tat-tariffi applikabbli.
Il-Ministeru ma jindaħalx f’deċiżjonijiet purament ta’ natura bankarja u kummerċjali.
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għat-taxxa fuq il-credit cards, allura nfakkar li din tneħħiet mill-1 ta’ Jannar 2010.