Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #36913 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali — il-11-il distrett elettorali - adjudication committee

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-kunsilli lokali tal-11-il distrett elettorali għandhom adjudication committee għal dawk li huma tenders/kundizzjonijiet li joħorġu l-istess kunsill? Liema kunsilli lokali għandhom/kellhom rappreżentanti mill-pubbliku fuq dawn it-tendering committee? Min kienu, għal kull kunsill għal kull tender, il-persuni li jirrapreżentaw il-pubbliku? Kif inħatru dawn il-membri mill-pubbliku għal perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sa t-30 ta' Settembru 2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #36914 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali — It-12-il distrett elettorali - adjudication committee

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali għandhom adjudication committee għal dawk li huma tenders/kundizzjonijiet li joħorġu l-istess kunsill? Liema kunsilli lokali għandhom/kellhom rappreżentanti mill-pubbliku fuq dawn it-tendering committee? Min kienu, għal kull kunsill għal kull tender, il-persuni li jirrapreżentaw il-pubbliku? Kif inħatru dawn il-membri mill-pubbliku għal perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sa t-30 ta' Settembru 2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #37021 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali — sejħiet għall-works managers

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36776, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm persuni li applikaw għal post indikat, xi kwalifiċi/esperjenza għandhom dawk li applikaw? Peress li mid-dokument anness mar-risposta jidher li t-talba kienet għal quotation kemm hu l-massimu li tali kwotazzjoni tista' tilħaq għal kemm żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li rċieva sittax (16)-il applikazzjoni għal servizz ta’ works manager għal San Pawl il-Baħar (SPBLC-Q-13-2012), sittax (16)-il applikazzjoni għal servizz ta’ works manager għal Buġibba u l-Qawra, ħmistax (15)-il applikazzjoni għal servizz ta’ works manager għal Burmarrad u l-Wardija u erbatax (14)-il applikazzjoni għal servizz ta’ works manager għax-Xemxija, l-Limbordin u San Martin. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-kwalifiċi u l-esperjenzi tal-applikanti. Peress li s-sejħa saret a bażi ta’ kwotazzjonijiet, l-ammont massimu ta’ xogħol li jista’ jingħata jammonta għal 4,660 ewro f’ammont ta’ siegħat, liema ammont ikun stabbilit skont ir-rata kwotata.
Leg 11 PQ #37037 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

San Pawl il-Baħar, Buġibba u Qawra — ġbir ta' skart

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-ħinijiet tal-ġbir tal-iskart f'San Pawl il-Baħar u b'mod partikulari fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra għaliex in-nies qed kontiwament jilmentaw mil-ħinijiet tal-ġbir tal-istess skart, u minħabba l-iskart li qed ikun hemm fit-toroq tal-inhawi matul il-jum kollu? Billi saru bidliet fil-ħinijiet tal-ġbir fl-inħawi ta Buġibba u l-Qawra. jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm ukoll bidliet f'dawk li huma kuntratturi responsabbli mill-ġbir tal-iskart kemm ilhom li bdew jaħdmu l-kuntratturi ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-ġbir tal-iskart fiż-żona ta’ Buġibba u l-Qawra, mit-Tnejn 15 ta’ Ottubru, se jibda jsir wara t-8.30 am. Intant infurmat ukoll li ma kien hemm l-ebda tibdil fil-kuntrattur li jipprovdi s-servizz. Huma l-istess kuntratturi li ngħataw it-tender f’Settembru.
Leg 11 PQ #37038 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar — investigazzjoni dwar insulti lill-ħaddiema tal-kunsill lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sarux investigazzjonijiet dwar allegazzjonijet ta' insulti minn persuni mhux imħaddma mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar fil-konfront ta' ħaddiema tal-istess kunsill lokali? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt sarux tali rapporti, li iżda wara ġew irtirati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li fl-aħħar ġimgħat irċieva ittra mingħand l-impjegati tal-kunsill rigward ċertu mġieba min terza persuna fil-konfront tal-ħaddiema. Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali għadda kopja ta’ din l-ittra lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali sabiex jimmoniterja l-każ. Intant infurmat ukoll li ma jirriżultax li kien hemm rapporti b’xi involviment ta’ impjegati, u li wara kienu rtirati.

MEPA — applikazzjoni għal żviluppi fil-lokalità tat-12-il distrett

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-kunsilli lokali tat-12-il distrett għandhom pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar applikazzjonijiet għal żviluppi fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom? Fil-każ tal-kunsilli li għandhom applikazzjonijiet pendenti x'inhuma l-iżviluppi li għandhom proposti u li għadhom pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha quddiema sitt applikazzjonijiet pendenti fejn l-applikant huwa wieħed mill-Kunsilli lokali li jaqgħu taħt it-tnax il-distrett. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba. Din l-informazzjoni ngabret mis-sistema tal-informatika ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn ġew mfittxija applikazzjonijiet pendenti li fl-isem jew l-indirizz ta' l-applikant hemm xi waħda mill-kliem • Kunsill • Council • Local • Lokali u li huma mill-Kunsilli ta' l-Mellieħa, San-Pawl il-Baħar u n-Naxxar.

MEPA — guidelines għaż-żbir tas-siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jew xi dipartiment ieħor li jaqa taħt ir-responsabilità tiegħu għandux guidelines partikulari, li jridu jiġu osservati meta ssir ż-żabra tas-siġar? Jekk iva jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-guidelines? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar jekk il-kunsilli lokali humiex infurmati b'dawn l-istess guidelines li jridu jiġu osservati?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-Regolamenti tal-2011 dwar il-Ħarsien tas-Siġar u l-Imsaġar, Avviż Legal 200 tal-2011, jirreferi għall-“żbir” bħala l-prattika li jinqatgħu l-friegħi bil-għan li jitneħħew il-partijiet tas-siġra li jkunu morda jew imħassra, jew biex jiġi kontrollat l-għoli jew il-ftuħ laterali, jew biex tiżdied il-produzzjoni tal-fjur jew tal-frott. Dan jeskludi forom ta' żbir li jaffetwa s-siġra jew il-forma tagħha b'mod negattiv. F'applikazzjonijiet għall-żbir ta' siġar, il-MEPA tiġbed l-attenzjoni ta' l-applikanti sabiex jiġu segwiti l-prattiċi tajbin ta' l-arborikultura, skond kif preskritt fil-liġi msemmija.

San Pawl il-Baħar — Triq Jean de la Cassiere - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-aħħar parti ta' Triq Jean de la Cassiere f'San Pawl il-Baħar tingħata wiċċ biex l-aċċess li hemm nieqes ikun jista' jinfetaħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sabiex jinfetaħ l-aċċess li hemm nieqes tal-aħħar parti ta’ din it-triq, it-triq trid tiġi ffurmata mis-sidien tal-art ta’ din il-parti ta’ triq. Madankollu, Transport Malta ġiet infurmata li fl-istess triq, hemm parti oħra li hija diġa' ffurmata u għalhekk din il-parti ġiet inkluża fil-lista sottomessa mill-Kunsill Lokali sabiex tiġi kkunsidrata fil-programm tax-xogħlijiet li jmiss.

mellieħa — xogħol fuq toroq arterjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol fuq it-toroq arterjali fl-inħawi tal-Mellieħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq it-toroq arterjali fl-inħawi tal-Mellieħa mistenni jitlesta hekk kif ġej: Triq Meta mistenni li jitlesta x-xogħol Triq il-Marfa, Ċirkewwa / Mellieħa Ottubru 2012 (“ snags” mhux inklużii) Mellieħa Bypass, Mellieħa Jannar / Frar 2013 (“ snags” mhux inklużii)
Leg 11 PQ #36896 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali — injections tal-influwenza b'xejn

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar min huma l-persuni li huma intolati li jingħataw l-injections tal-influwenza b'xejn mill-kunsilli lokali rispettivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li din it-tilqima hija intitolata lil dawk il-persuni li huma l-aktar vulnerabbli: 1. kull min għandu iżjed minn 55 sena 2. trabi u tfal ta’ bejn 6 xhur u 5 snin 3. kull min qed ibati minn mard kroniku tal-pulmun, tal-qalb, tal-fwied, tal-kliewi, tad-dijabete u mard relatat mal-immunodefiċjenza bħal HIV jew l-AIDS 4. residenti kollha fl-Istituzzjonijiet. Huma eliġibbli wkoll għat-tilqima: - Professjonisti tas-saħħa u staff ieħor li għandu kuntatt mal-pazjenti - Staff li jaħdem f’istituzzjonijiet u djar tal-anzjani, kif ukoll ir-residenti fid-djar tal-anzjani U dawk li jaħdmu f’dawn l-oqsma: § Korp tal-Pulizija § Forzi Armati § Protezzjoni Ċivili § Ċentri ta’ Detenzjoni u Ċentri miftuħa § Servizzi Veterinarji § Biċċerija § Dipartiment tat-Tindif § Uffiċjali tad-Dwana § Staff u residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin § Studenti li jattendu skejjel għall-persuni b’diżabilità. Persuna inqas minn 55 sena, għandu jippreżenta jew il-kartuna s-safra jew ċertifikat mediku riċenti bhala evidenza ta’ mard kroniku biex jingħata t-tilqima b’xejn. Il-persuni li jkunu rikoverati l-isptar fil-perjodu tal-vaċċinazzjoni jkunu jistgħu jieħdu l-vaċċin l-isptar.
Leg 11 PQ #36898 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — żieda ta' skips/bring-in sites

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-kunsilli lokali tas-7-il distrett elettorali, minn l-1 ta' April 2012, sat-30 ta' Settembru 2012, iddeċidew li jżidu l-iskips/bring-in sites li għandhom fil-lokalità tagħhom? F'liema laqgħa tal-kunsill iddeċidew b'kemm jiżdiedu dawn is-sites, u fejn jitqegħdu? Min intgħażel u kif intgħażel il-kuntrattur li se jipprovdi dawn l-istess servizzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-ebda mill-kunsilli lokali illi jiffurmaw parti mis-7 Distrett Elettorali ma żiedu l-iskips u l-bring-in sites, mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Settembru 2012.
Leg 11 PQ #36899 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — żieda ta' skips/bring-in sites

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-kunsilli lokali tal-11-il distrett elettorali, minn l-1 ta' April 2012, sat-30 ta' Settembru 2012, iddeċidew li jżidu l-iskips/bring-in sites li għandhom fil-lokalità tagħhom? F'liema laqgħa tal-kunsill iddeċidew b'kemm jiżdiedu dawn is-sites, u fejn jitqegħdu? Min intgħażel u kif intgħażel il-kuntrattur li se jipprovdi dawn l-istess servizzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #36900 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — żieda ta' skips/bring-in sites

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali, minn l-1 ta' April 2012, sat-30 ta' Settembru 2012, iddeċidew li jżidu l-iskips/bring-in sites li għandhom fil-lokalità tagħhom? F'liema laqgħa tal-kunsill iddeċidew b'kemm jiżdiedu dawn is-sites, u fejn jitqegħdu? Min intgħażel u kif intgħażel il-kuntrattur li se jipprovdi dawn l-istess servizzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #36910 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli Lokali — laqgħat - mistiedna

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36741, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta u fejn saru l-laqgħat ta' konsultazzjoni msemmija fir-risposta? Min organizza dawn il-laqgħat? Min kien mistieden għal dawn il-laqgħat u kif saru l-istediniet biex il-pubbliku jkun mistiden għal dawn l-istess laqgħat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #36912 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali — is-7 distrett elettorali - adjudication committee

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-kunsilli lokali tas-7 distrett elettorali għandhom adjudication committee għal dawk li huma tenders/kundizzjonijiet li joħorġu l-istess kunsill? Liema kunsilli lokali għandhom/kellhom rappreżentanti mill-pubbliku fuq dawn it-tendering committee? Min kienu, għal kull kunsill għal kull tender, il-persuni li jirrapreżentaw il-pubbliku? Kif inħatru dawn il-membri mill-pubbliku għal perjodu 1 ta' Jannar 2012 sa t-30 ta' Settembru 2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #36776 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali — sejħiet għall-works managers

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali ħarġu sejħiet għall-impjieg ta' works manager bejn l-1 ta' April 2012 u t-30 ta' Settembru 2012? Xi kwalifiki speċifiċi kienu mitluba minn dawk li setgħu jikkwalifikaw għal dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mill-Kunsilli Lokali tat-12-il distrett elettorali l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar biss ħareġ sejħa għall-impjieg ta’ works manager skont kif indikat mill-Onorevoli Interpellant. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba.
Leg 11 PQ #36739 Sitting 505 2012-10-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali — laqgħat ta' konsultazzjoni fis-7 distrett elettorali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru laqgħat ta' konsultazzjoni, għal kull kunsill lokali tas-7 distrett, saru mill-1 ta' April 2012 sat-30 ta' Settembru 2012? X'kien is-suġġett li dwaru saret il-konsultazzjoni f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsilli rispettivi li saret laqgħa waħda ta’ konsultazzjoni fil-perjodu msemmi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji skont kull Kunsill Lokali.
Leg 11 PQ #36740 Sitting 505 2012-10-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali — laqgħat ta' konsultazzjoni fil-11-il distrett elettorali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru laqgħat ta' konsultazzjoni, għal kull kunsill lokali tal-11-il distrett elettorali, saru mill-1 ta' April 2012 sat-30 ta' Settembru 2012? X'kien is-suġġett li dwaru saret il-konsultazzjoni f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-kunsilli rispettivi li saru tliet laqgħat ta’ konsultazzjoni fil-perjodu msemmi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tal-laqgħat skont kull kunsill lokali.
Leg 11 PQ #36741 Sitting 505 2012-10-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali — laqgħat ta' konsultazzjoni fit-12-il distrett elettorali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru laqgħat ta' konsultazzjoni, għal kull kunsill lokali tal-12-il distrett elettorali, saru mill-1 ta' April 2012 sat-30 ta' Settembru 2012? X'kien is-suġġett li dwaru saret il-konsultazzjoni f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsilli rispettivi li saru seba’ laqgħat ta’ konsultazzjoni fil-perjodu msemmi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tal-laqgħat skont kull Kunsill Lokali.
Leg 11 PQ #36742 Sitting 505 2012-10-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

San Pawl il-Baħar — Kunsill Lokali - theddid

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36635, u b'referenza għar-rapport li deher dwar ħruq ta' skips u theddid lill-ħaddiema fl-istess stqarrija li dehret fil-media u mhux għal dak mogħti bħala parti mir-risposta, jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm rapporti lill-kunsilli lokali li għalihom kienu riferenza fl-istqarrija li ħareġ il-kunsill? Min kien involut f'dan l-inċident?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi għat-twegiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 36635, ibbażata fuq informazzjoni li kienet inkisbet mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar kien qed jirreferi għal każ ieħor li ma għandux x’jaqsam ma’ dak oriġinali msemmi fil-Mistoqsija Parlamentari 36635. F’dan id-dawl il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar talab li ssir kjarifika peress li proprjament it-theddid li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant kien taħt forma ta’ graffiti miżbugħa fil-post fejn inħarqu xi skips fil-lokalità. Dan it-theddid sar fil-konfront tal-kuntrattur responsabbli mill-ġbir tal-iskart riċiklabbli fil-lokalità. Infurmat ukoll li l-aġent Segretarju Eżekuttiv mar fuq il-post u nforma lill-Pulizija bil-każ. Mill-informazzjoni li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għadda lid-Dipartiment jirriżulta wkoll li sar rapport minn terzi persuni dwar il-każ u li l-Pulizija qed tinvestiga l-każ.