Kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali — Quotations
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' quotations li ħarġu mill-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali matul l-aħħar sitt xhur sa Settembru 2012 kunsill kunsill? X'tip ta' xogħol inħareġ permezz ta' kwotazzjonijiet? X'ġustifikazzjoni kien hemm biex dawn ix-xogħlijiet isiru bi kwotazzjoni mhux permezz ta' tenders speċifiċi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-bdiewa/delettanti li attendew xi wieħed mill-korsijiet indirizzati għal tagħlim dwar il-bexx li organizzat l-MCCAA?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi kienu 2,707 bidwi jew dilettant li attendew xi wieħed mill-korsijiet organizzati mill-MCCAA dwar it-tagħlim tal-bexx.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema siġar (speċi partkulari) ġew dikjarati li ma jistgħux jidħlu f'Malta, matul l-ewwel disa xhur ta' din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-siġar li ġew iddikjarati li ma jistgħux jidħlu f'Malta matul l-ewwel disa’ xhur ta' din is-sena huma l-istess siġar li ġew iddikjarati li ma jistgħux jidħlu fl- Unjoni Ewropea liema lista kienet ippublikata fl-Avviż Legali 97 ta’ l- 2004, Skeda III, Parti A.
Ninfurmah ukoll li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li juri din il-lista kif publikata fl-Avviż Legali 97 ta’ l- 2004.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru waslulux rapporti ta' importazzjoni ta' siġar minn pajjiżi fejn setgħa kien hemm riskju ta' mard partikulari, u li kien għadu ma ġiex rekordjat f'Malta? Jekk iva x'passi ttieħdu dwar dawn is-siġar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif diġa kien indikat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 37494, l-importazzjoni tas-siġar f’pajjizna ssir skont l-Avviż Legali 97 ta’ l- 2004 u l-emendi. Dan l-Avviż ma jikkonċernax biss siġar imma jkopri wkoll planti u partijiet u/jew derivattivi tagħhom bħal injam u fjuri.
Kull importazzjoni ta’ siġar minn pajjiżi terzi jridu jkunu notifikati minn qabel u għalhekk huwa diffiċli li jidħlu konsenji mingħajr ma dawn ikunu spezzjonati.
Hemm pajjizi li fihom hemm riskju ta' mard partikulari, u għaldaqstant biex tkun tista’ issir l-importazzjoni minn dawn il-pajjizi jkun hemm bżonn ta’ dokumentazzjoni u nfomazzjoni addizzjonali skont l-Avviż Legali 97 ta’ l- 2004, Skeda IV, Parti A qabel ma dawn jidħallew jidħlu fil-pajjiż/Unjoni Ewropea..
Tajjeb li jingħad li f’dawn l-aħħar disa’ xhur kien ta’ 225 każ ta’ importazzjoni li fuqhom kollha saret ispezzjoni iżda fl-ebda każ ma rriżulta li kien hemm mard. Inżid billi ngħid li fil-każ li jinstab
mard, il-konsenja jew terġa’ tintbgħat lura jew inkella tiġi distrutta fl-inċineratur.
Jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-problema tal-Bumunqar l-Aħmar għadhiex qed teffetwa s-siġar tal-palm li għandna f'Malta u f'Għawdex? Kemm siġar hu rrapurtati li ġew infettati matul l-aħħar disa' xhur? Kif jitqabbel dan in-numru man-numru ta' rapporti li kien hemm fis-snin ta' qabel?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-problema tal-Bumunqar l-Aħmar għadha taffettwa lis-siġar tal-palm f'Malta u f'Għawdex però x-xejra matul is-snin tindika li din naqset.
Ninfurmah ukoll li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li juri din il-lista in- numru ta’ siġar tal-palm meqruda fl-ewwel disa’ xhur tas-sena f’dawn l-aħħar erba’ snin
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-pjanijiet għall-policies li jikkonċernaw ix-shooting ranges, il-kmamar tan-nar u l-applikazzjonijiet għal faċilitjiet marbutin mal-pompi tal-petrol?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li iktar kmieni din is-sena, l-abbozz tal-Policy Guidance dwar is-Shooting Ranges intbgħat lill-Ministeru responsabbli mill-Isport biex jiġi analizzat minnu.
Sar ukoll rapport dwar is-sitwazzjoni tal-pompi tal-petrol li ttella għall-attenzjoni tal-bord tal-MEPA. Abbażi ta' dan ir-rapport il-bord tal-MEPA ddeċieda li l-applikazzjonijiet dwar il-pompit tal-petrol jistgħu jiġu pproċessati bil-policies viġenti li għandha l-istess Awtorita'.
Fir-rigward il-policy li tikkonċerna l-kmamar tan-nar, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajna għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 5597, 15711, 19250, 19321, 30564 u 35336.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' donazzjonijiet huma permissibbli mill-kunsilli lokali għal dawk li huma ċelebrazzjonijet tal-festi tal-lokal, ta' għoti ta' xi forma ta' soveniers f'okkazjonijiet bħal preċetti, u festi (bħal dik ta' San Martin), u għotjiet oħra simili?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li legalment kull donazzjoni kemm fi flus kif ukoll mhux bi flus minn xi kunsill lokali hi pprojbita.
MEUSAC — skemi għat-titjieb ta' faċilitajiet sportivi
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' skemi hemm, imħaddma mill-MEUSAC, biex faċilitajiet sportivi jtejbu l-attrezzaturi tagħhom? X'tip ta' skemi kien hemm għal dawk li huma għajnuniet biex jitwaħħlu LEDs fil-grounds partkulari, u li għalihom tista' tapplika s-soċjeta li tmexxi l-faċilità?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEUSAC ma tħaddem ebda skema indikata mill-onorevoli interpellant. Ir-rwol tal-MEUSAC hu li jassisti organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u kunsilli lokali biex japplikaw għal proġetti ffinanzjati jew ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea.
Fil-perjodu ta’ programmar finanzjarju 2007-2014, ma kienx hemm programm ta’ fondi partikolari, li jippermetti li entita’ tibbenifika minn somma sostanzjali biex jinxtraw attrezaturi meħtieġa għall-għaqdiet sportivi.
Madankollu, il-MEUSAC assista proġett li ġie sottomess taħt il-Youth in Action Programme fejn żgħażagħ minn klabb tar-regatta ħadmu flimkien biex jitgħallmu kif tinbena dgħajjsa tradizzjonali tal-pass u kif ukoll biex jtejbu l-attrezzaturi fil-gym li jinsab fil-klabb. Pero l-għan ta’ dan il-proġett ma kienx li tinxtara l-attrezzatura iżda li ż-żgħażagħ jaħdmu flimkien biex itejbu il-ħiliet tagħhom u kif ukoll biex jippromwovu l-inkużjoni soċjali. Dan il-programm jiffinanzja sa massimu ta’ €5,200 biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jwettqu inizjattiva lokali marbuta ma prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Youth in Action Programme.
Bħala punt ta’ informazzjoni, ngħarraf lill-onorevoli membru li jeżisti Fond Ewropew li jippermetti investimenti li jagħmlu użu minn riżorsi ta’ enerġija effiċjenti, bħal LEDs. Dan huwa il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) fejn waħda mill-prijoritajiet ta’ dan il-fond hija l-Mitigazzjoni u l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima. Dan il-Fond huwa mmeniġjat mid-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Kordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. L-aktar sejħa riċenti fejn għaqdiet volontarji setgħu japplikaw biex jwettqu proġetti li jiffukaw fuq l-użu ta’ enerġija effiċjenti għalqet fit-30 ta’ Awissu 2012.
San Pawl il-Baħar — estensjoni tal-iskola primarja
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm ġiet tiswa l-estensjoni fl-iskola primarja f'San Pawl il-Baħar? Kemm tfal se jibbenefikaw minn din l-estensjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
S’issa l-estensjoni fl-iskola primarja f’San Pawl il-Baħar ġiet tiswa €300,000. Għad fadal xogħol li qed isir li l-ħlas tiegħu għadu ma ġiex iffinalizzat. Se jibbenefikaw 420 studenti minn din l-estensjoni.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema stat tinsab il-Fortizza Campbell, limiti tal-Mellieħa? Xi pjanti għandu d-dipartiment ikkonċernat ta' din il-fortizza?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min liema lokalitajiet huma l-bdiewa li qed ikabru t-tadam għal skop ta' proċessar? Kemm hu n-numru ta' bdiewa, raħal raħal skont ir-raħal li minnhom ġejjin li ikabbru t-tadam? Kif jinqasmu skont l-irħula t-tunellati ta' tadam li ġie proċessat din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux normali li meta kunsill lokali joħroġ sejħiet għal works managers dawk li japplikaw ma jkollhomx xi bażi ta' kwalifika qabel japplikaw? Jista' jassigura li f'każijiet bħal dawn jintalbu kwalifiċi jew esperjenzi partikolari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa sta għall-Kunsill Lokali li jispeċifika u jitlob ir-rekwiżiti meħtieġa skont is-sejħa li jagħmel. Madankollu kull Kunsill Lokali huwa mistenni li f’tali sejħiet jara li l-kundizzjonijiet għandhom ikunu tali li l-persuna li tintgħażel tkun l-aktar persuna idonea u kompatibbli mas-servizz li l-Kunsill għandu bżonn.
Triq tas-Salina u Triq tal-Magħtab — rranġar ta' tappieri
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-tappieri li hemm fil-ħruġ tat-triq fejn it-Triq tal-Magħtab tgħaqqad ma Triq tas-Salina (direzzjoni Naxxar) jiġu rranġati għaliex qed jikkawżaw periklu għas-sewwieqa li jgħaddu minn dawn l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Għalkemm dan ix-xogħol ma jaqax taħt il-Ministeru tiegħi, ninsab infurmat li Transport Malta diġà avżat lill-Kunsill Lokali konċernat u qiegħda ssegwi s-sitwazzjoni.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex id-dawl (traffic lights) ħdejn il-każin Laburista tal-Imsida jiġu rranġati għal dawk li huma ħinijiet għaliex dawn l-istess lights qed jikkawżaw problemi fil-flow tat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sekwenza tal-ħin tas-sistema tad-dwal li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hija ottimiżżata u li tali sistema titħaddem manwalment mill-pulizija fil-ħinijiet kritiċi għat-traffiku filgħodu u filgħaxija.
11-il distrett elettorali — Sinjali tat-traffiku u traffic calming measures
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, u liema kienu s-sinjali tat-traffiku, jew traffic calming measures li ġew approvati minn Transport Malta f'kull lokalità tal-11-il distrett elettorali bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-aħħar ta' Settembru 2012?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
12-il distrett elettorali — Sinjali tat-traffiku u traffic calming measures
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, u liema kienu s-sinjali tat-traffiku, jew traffic calming measures li ġew approvati minn Transport Malta f'kull lokalità tat-12-il distrett elettorali bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-aħħar ta' Settembru 2012?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm talbiet għal persuni li kienu mitluba jixhdu quddiem il-qrati Malti, (matul l-ewwel sitt xhur tal-2012) u l-avviż ta' notifika ntbagħat f'xi dipartiment/Awtorità tal-Gvern, ukoll meta l-kawżi li fihom suppost ikollu jixhed dak l-individwu ma' tikkonċernax id-dipartiment li fih tintbgħat in-notifika? Billi normalment il-posta ma tasalx għand l-individwu li jkunu mħarrek imma b'mod ċentrali fid-dipartiment/awtorità konċernata, kif jiġi assigurat li tali taħrika tasal lill min tkun indirizzata?
Response (SAID, CHRIS)
B’referenza ghall-interpellazzjoni tal-Onor Membru jinghad li ma tinzamm l-ebda statistika ta’ persuni li jkunu mitluba biex jixhdu quddiem il-Qorti Civili u Tribunali Civili u n-notifika tintbaghat f’xi Dipartiment jew Awtorita’ tal-Gvern. Meta tahrika tintbaghat bil-posta din tintbaghat permezz ta’ posta registrata u l-Qorti tircievi l’ pink card li fuqha jkun hemm firma ta’ min ikun irceva t-tahrika. Meta tahrika tohrog bil-purtier, jigifieri bl-idejn, allura l-purtier jistaqsi ghal dik il-persuna u jghaddiha f’idejn il-persuna koncernata. Jekk il-persuna ma tkunx hemm din tithalla f’idejn min ikun responsabbli u jiffirma ghan-nom tal-persuna koncernata. Meta jsir hekk minn jircievi l-att u jiffirma ghalih ikun qed jerfa r-responsabilta’ li dak l-att jasal ghand il-persuna hekk imharrka.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-bdiewa/delettanti li attendew xi wieħed mill-korsijiet indirizzati għal tagħlim dwar il-bexx li organizzat l-MCCAA?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentement in-numru ta' persuni li huma awtorizzati li jdaħħlu fis-suq Malti siġar li ġejjin, kemm mis-suq intern tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll minn barra dan is-suq?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li preżentement in-numru ta’ persuni li huma rreġistrati fir-Reġistru Uffiċċjali ta’ Malta sabiex ikunu jistgħu jiddaħħlu siġar fis-suq Malti jammonta għal madwar 304. Dan l-ammont jinkludi persuni li jġibu siġar kemm mis-suq intern tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll minn pajjiżi terzi.
Ta’ min wieħed jgħid li bħalissa d-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti qed jirrevedi l-applikazzjonijiet f’dan ir-reġistru sabiex jiġi stabbilit kemm minn dawn il-persuni rreġistrati huma attivi jew le
.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' servizzi ta' Telecare li hemm għand anzjani f'kull waħda mill-lokalitajiet tas-7, il-11 u t-12-il distrett elettroali? Kif jitqabbel dan in-numru ta' servizzi man-numru ta' anzjani li hemm residenti fl-istess lokalitajiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta’ servizzi ta’ Telecare li hemm għand l-anzjani f’kull waħda mill-lokalitajiet huwa kif indikat hawn:
Distrett 7: 676 klijent
Zebbuġ (Malta): 180; Mgarr: 74; Rabat/Baħrija: 355; Rabat/Virtu: 2; Dingli: 51, Mtarfa: 74
Distrett 11: 556 klijent
Mdina: 14; Balzan: 116; Attard: 127; Mosta: 299
Distrett 12: 525 klijent
Naxxar/Bahar iċ-Ċaghaq: 145; San Pawl il-Baħar: 255; Mellieħa: 125.
Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ m’għandux informazzjoni ta’ numru ta’ anzjani li hemm residenti fl-istess lokalitajiet imsemmijin hawn fuq.