Legislature:
Category:
Reset
Active:

persuni reġistrati li jkabbru l-fjuri

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hawn persuni reġistrati bħala li jrabbu l-fjuri f'Malta u Għawdex? F'liema lokalitajiet huma reġistrati dawk li jkabbru l-fjuri?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont ir-regolamenti maħruġa fl-Avviz Legali 97 tal-2004 u l-emendi sussegwenti, kull min huwa involut f’attivitatjiet ta' importazzjoni, moviment, tkabbir u bejgħ ta' fjuri irid ikun reġistrat mad-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti. Fil-preżent hemm reġistrati sitta u sittin (66) l-attività f’dan is-settur tal-fjuri. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba rigward il-lokalità ta’ dawk reġistrati.

Esperimenti għat-trobbija tal-annimali u tjur

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi progress sar f'dawk li huma esperimenti għat-trobbija tal-annimali/tjur li huma meqjusa bħala tradizzjonalment Maltin, u li fuqhom kienu qed isiru esperimenti fl-għammieri?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li preżentament qed issiru dawn it-trials fis-sezzjoni tal-animali; 1. Din is-sena saru provi fuq forma alternativa ta’ magħlef. Ir-rizultati jkunu disponibli fi xhur li ġejjien. 2. Ir-riċerka u t-tkattir ta’ speci awtoktoni li jinkludu fost oħrajn; § il-gendus Malti, § it-tiġieġa Maltija, § il-mogħza Maltija. It-tkattir ta dawn l-animali ġewwa dan iċ-ċentru qed tirriżulta f’ żieda fin-numru ta’ dawn l-animali u tjur b’hekk tkun assigurata li dawn l-animali ma jiġux estinti. Tajjeb li nsemmi li tingħata assistenza lil studenti kemm lokali u barranin fir-riċerka tagħhom dwar is-settur agrikolu. Għaddej il-proċess biex fil-ġimgħat li ġejjin ikun maħtur Kumitat ta’ Riċerka Agrikola li jkun inkarigat li jħejji u jimplimenta pjan għal riċerka li tkun xjentifikament aktar rigoruża.

Tal-Kmand — Ċentru tal-Mikroprobazzjoni - esperimenti fuq xtieli u pjanti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi pjanti/xtieli li fuqhom qed isiru esperimenti għat-tkabbir fiċ-ċentru tal-Mikroprobazzjoni f'Tal-Kmand?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34091, ninfurmah li x-xogħol imsemmi fl-istess tweġiba għadu għaddej.

Lukandi li qed jitolbu għal estensjoni fil-binja tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm lukandi eżistenti li qed jitolbu li jingħataw estensjoni fil-binja tagħhom? Fejn jinsabu l-istess lukandi?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MTA — programm ta' marketing

Question

Billi jidher li filwaqt li n-numru globali ta' turisti li ġew Malta din is-sena hu wieħed record, s'issa, iżda fl-istess ħin jidher li hemm pajjiżi li minnhom kien hemm tnaqqis f'dawk li huma wasliet f'Malta, jista' l-Ministru jindika x'raġuni possibli għal dan it-tnaqqis? Jista' l-MInistru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu hux qed tipprepara xi programm partikulari ta' marketing f'dawn id-destinazzjonijiet?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Costa — Ponta ta' Qalet Marku, u l-Ġnejna - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mollijiet ġew mogħtija xi forma ta' wiċċ ġdid, matul il-kosta li twassal bejn il-Ponta ta' Qalet Marku, u l-Ġnejna matul din is-sena? F'kull każ min għamel ix-xogħol u kif ġiet garantita l-kwalità tax-xogħol li sar fuq dawn il-mollijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Marsa — Triq Diċembru - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fi Triq Diċembru tlesta, direzzjoni mill-Marsa lejn il-Belt fil-parti tat-triq, li kienet magħluqa jingħata wiċċ ta' tarmak fejn bħalissa hemm il-konkoss jidher?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li huwa ppjanat li f’din il-parti ta’ Triq Diċembru 13 se jingħata wiċċ temporanju ta’ asphalt biex iservi sakemm ix-xogħlijiet maġġuri fuq Triq Diċembru 13 li jagħmlu parti mill-proġett tal-underpass, jitkomplew.

Toroq arterjali u distributorji managed biex jitnaqqas it-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jara li fejn hemm toroq arterjali jew distributorji li matulhom hemm ukoll toroq lokali li jservu lill-komunità li tgħix f'dawk l-inħawi (eżempju bypass tan-Naxxar, u l-parti tal-bypass ta' Birkirkara fejn l-Iklin), it-toroq mhux arterjali jiġu managed b'mod li ma jkunx possibli li t-traffiku joqgħod jidħol fihom biex jaqbeż il-kjun li jista' jkun hemm fil-bypass, minħabba konġestjonijiet li qed jinħolqu f'dawn il-postijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 37843, naħseb li l-problemi li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari għandhom jitnaqqsu.

Imġarr s'Għajn Tuffieħa — barriers

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex matul it-triq li tagħti mill-Imġarr s'Għajn Tuffieħa, jitwaħħlu barriers ta' sigurtà fejn hemm kisriet li jistgħu jikkawżaw diffikulatjiet ta' sewqan fl-istess triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li uffiċċjali ta' Transport Malta ser jagħmlu spezzjoni fuq il-post ħalli jaraw x'jista' jsir.
Leg 11 PQ #37979 Sitting 521 2012-11-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — skedi ta' ħinijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kull kemm żmien suppost li l-kunsilli lokali jibgħat l-iskeda tal-ħlas tagħhom lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali? jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx kunsilli li ma jibagħtux dawn l-iskedi fil-ħin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37664.

Farms għat-trobbija tal-baqar, majjal u tiġieġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhuma mqassma, lokal lokal, il-farms għat-trobbija tal-baqar, tal-majjal u tat-tiġieġ, madwar Malta u Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 36007.

Santa Venera — Regional Road - traffic jam

Question

Billi fil-ħinijiet ta' filgħodu u filgħaxija, (7:00am - 9:00am u 4:30pm - 7:00pm) qed ikun hemm problemi kbar tat-traffiku li qed jikkawżaw traffic jams esaġerati fil-bypass ta' Birkirkara, fil-mili ta' Santa Venera, Regional Road, u fejn il-Monument tal-Ħaddiem fl-Imsida, liema traffic jams qed iwasslu għal inkonvenzjenzi kbar għas-sewwieqa, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din il-problema tiġi rimedjata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li peress illi l-immaniġġjar tat-traffiku huwa primarjament responsabbilta` tal-Pulizija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu ukoll lill-Ministru kkonċernat. Madankollu, jien infurmat ukoll li uffiċċjali tal-Infurzar ta’ Transport Malta diġa' qegħdin jiġu stazzjonati f’postijiet strateġiċi matul il-ħinijiet indikati sabiex jgħinu lill-Pulizija fl-immaniġġjar tat-traffiku. Apparti dan, Transport Malta ser tibda timplimenta proġett ta' Immaniġġjar tat-Traffiku Intelliġenti fix-xhur li ġejjin, liema proġett huwa ntiż sabiex jindirizza w jikkontrolla s-sistemi tat-traffiku fuq it-toroq prinċipali bil-għan li tali sistemi jsiru aktar effiċċjenti u effettivi. Dan il-proġett ser ikun jikkonsisti minn qafas ta' Closed Circuit Cameras u Variable Message Signs sabiex ikun hemm moniteraġġ kontinwu tas-sistema tat-traffiku u permezz tal- Variable Message Signs u xandiriet fuq il- media, s-sewwieqa jkunu nfurmati dwar il-kundizzjoni tat-traffiku sabiex ikunu f'pożizzjoni li jagħżlu rotot alternattivi. Ser ikun hemm ukoll sistema ta' ottimizzazzjoni tal-ħinijiet tas-sistemi tat- traffic lights sabiex tali inkroċji fit-toroq jaħdmu bl-aktar mod effiċjenti.

Cheque tas-sussidju — isem indirizzat fuq it-tenant

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-mod ta' kif persuna li rċeviet iċ-cheque tas-sussidju (dak li jintitola żewġ persuni għall-€80), li iżda minflok fuq l-isem tal-persuna kien indirizzat bħala the tenant, u meta mar biex isarraf jew jiddeposita l-flus il-bank qalulu li ma jistax la jsarraf u lanqas jiddeposita l-istess flus għaliex ma kienux fuq ismu, jkunu jista' jingħata dak li fl-aħħar mill-aħħar hu tiegħu bħal ta' kull persuna oħra?

Response (SAID, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħti aktar informazzjoni dwar il-benefiċċjarju biex jiġi kkuntatjat u infurmat x'għandu jagħmel biex jinħareġ il-pagament korrett.
Leg 11 PQ #37899 Sitting 520 2012-11-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

ċitazzjonijiet mogħtija minn wardens u pulizija

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu, mill-wardens u l-pulizija rispettivament, f'kull waħda mil-lokalitajiet li jqagħu taħt ir-reġjun tat-tramuntana, xahar xahar mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Ottubru 2012? Kemm minn dawn iċ-ċitazzjonijiet tħallsu, s'issa, kemm ġew ikkontestati għand it-tribunal rivesur? Minn dawk li għażlu li jikkontestaw iċ-ċitazzjoni kemm ingħataw raġun?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #37900 Sitting 520 2012-11-12 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Ċitazzjonijiet maħruġa minn cameras

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet li jaqgħu taħt ir-reġjun tat-tramuntana hemm cameras fissi li jistgħu joħorġu ċitazzjonijiet? Kemm ħarġu ċitazzjonijiet mill-istess cameras minn Jannar sa Settembru 2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ċitazzjonijiet maħruġa minn cameras

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet tas-7, 11 u t-12-il distrett elettorali hemm cameras fissi li jistgħu jagħtu ċ-ċitazzjonijiet u meta ġew approvati tali cameras?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fl-arkivji ta’ Transport Malta, rriżulta li fis-7 distrett elettorali hemm speed camera fissa fi Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ li ġiet approvata fl-1 ta’ Novembru 2005, fil-11-il distrett elettorali hemm speed camera fissa fi Triq Nutar Żarb Ħ’Attard li ġiet approvata fit-13 t’April 2006, u fit-12-il distrett elettorali hemm speed camera fissa fi Triq Burmarrad San Pawl il-Baħar li ġiet approvata fit-2 ta’ Frar 2006.

MEPA — Żvilupp tal-Fortizza Campbell

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ippreparatx xi development brief dwar il-possibilità li l-Fortizza Campbell fil-Mellieħa tiġi żviluppata, għal xi skop partikulari?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — restawr fuq it-Torri ta' Wignacourt

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni jibda x-xogħol ta' restawr fuq it-Torri ta' Wignacourt, f'San Pawl il-Baħar?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sejħa għall-bejgħ tas-Selmun Palace Hotel

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-lukanda Selmun Palace hux se terġa' toħroġ għall-bejgħ, jekk il-proċess ta' qabel ma ġiex konkluż?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.